European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/124

6.1.2025

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-829/24)

(C/2025/124)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, A. Bouchagiar, M. Mataija, Zs. Teleki u J. Tomkin, aġenti)

Konvenut: L-Ungerija

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi adottat in-nemzeti szuverenitás védelméről szóló 2023. évi LXXXVIII. törvény (il-Liġi LXXXVIII tal-2023, għall-Protezzjoni tas-Sovranità Nazzjonali), l-Ungerija kisret l-Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE u 63 TFUE, u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kummerċ elettroniku (1), l-Artikoli 14, 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (2), l-Artikoli 7, 8, 11, 12, 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 5, 6, 9 u 10 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (3).

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Leġiżlazzjoni nazzjonali kontenzjuża

Fit-12 ta’ Diċembru 2023, il-Parlament Ungeriż approva n-nemzeti szuverenitás védelméről szóló 2023. évi LXXXVIII. törvény (il-Liġi LXXXVIII tal-2023, għall-Protezzjoni tas-Sovranità Nazzjonali; iktar ’il quddiem il-“Liġi kontenzjuża”).

Allegazzjonijiet prinċipali

Il-Liġi kontenzjuża toħloq Uffiċċju Nazzjonali għall-Protezzjoni tas-Sovranità, li għandu kompetenzi wiesa’ ta’ investigazzjoni, li l-parti l-kbira tal-attività tiegħu ma hijiex suġġetta għall-istħarriġ ġudizzjarju u li, abbażi ta’ differenzjar binarju bejn attivitajiet u interessi Ungeriżi u mhux Ungeriżi, huwa awtorizzat li jopera b’tali mod li, fil-funzjonament tiegħu, la tittieħed inkunsiderazzjoni l-appartenenza tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea, u lanqas l-obbligi li hija għandha taħt it-Trattati tal-Unjoni. B’mod iktar konkret, il-Kummissjoni tqis li l-Liġi kontenzjuża tippermetti l-iffokar fuq attivitajiet li huma l-espressjoni leġittima tad-drittijiet li t-trattati tal-Unjoni jagħtu liċ-ċittadini u lil-organizzazzjonijiet tal-Unjoni u tippermetti li tali attivitajiet jiġu limitati. Barra minn hekk, din il-liġi tissuġġetta lil dawn iċ-ċittadini u lil dawn l-organizzazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika li jiksru r-regoli fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u li huma inkompatibbli ma’ diversi drittijiet fundamentali, li huma l-pilastri li fuqhom hija msejjsa soċjetà pluralista u demokratika.


(1)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399).

(2)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).

(3)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU 2016, L 119, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/124/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)