|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7282 |
5.12.2024 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Novembru 2024
dwar karrieri attraenti u sostenibbli fl-edukazzjoni għolja
(C/2024/7282)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 flimkien mal-Artikolu 153(1)(b) u (i), u l-Artikoli 165(4) u 166(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
1. |
Karrieri attraenti u sostenibbli fl-edukazzjoni għolja huma essenzjali għal istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Unjoni li jirnexxu u kooperazzjoni tranżnazzjonali aktar profonda bejn l-Istati Membri, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija Ewropea li tagħti s-setgħa lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għall-futur tal-Ewropa (1). It-tisħiħ tal-edukazzjoni għolja Ewropea huwa wieħed mill-prijoritajiet strateġiċi stabbiliti mill-Kunsill (2) għad-deċennju attwali. |
|
2. |
Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni,
|
|
3. |
Xi rakkomandazzjonijiet jinkludu persunal tas-servizzi professjonali attivi fl-edukazzjoni għolja li mhuwiex strettament meqjus bħala “persunal akkademiku”, iżda li għandu għarfien espert estensiv ta' livell għoli f'oqsma strateġiċi, legali, ta' kooperazzjoni tranżnazzjonali jew ta' komunikazzjoni, professjonisti li jaħdmu f'oqsma relatati ma' kompiti akkademiċi iżda mingħajr involviment dirett fihom, jew professjonisti tal-edukazzjoni għolja b'għarfien estensiv tal-edukazzjoni għolja u ta' politika rilevanti oħra. |
|
4. |
L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja huma strateġiċi fl-indirizzar tal-isfidi soċjoekonomiċi li jikkontribwixxu għall-innovazzjoni, il-kompetittività, il-multilingwiżmu, l-iżvilupp kulturali, soċjali u demokratiku fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej. Dawn qed jesperjenzaw kundizzjonijiet li qed jinbidlu, u qed jinħolqu tipi ġodda ta' governanza, mudelli edukattivi u attivitajiet akkademiċi. Il-persunal akkademiku fl-edukazzjoni għolja huwa mistenni li jissodisfa diversi rwoli, li jvarjaw mill-edukazzjoni u r-riċerka tradizzjonali sal-ħolqien ta' opportunitajiet ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għall-ħtiġijiet li jinbidlu b'rata mgħaġġla tal-ħajja tax-xogħol, u għall-intraprenditorija u l-innovazzjoni, it-tmexxija, il-valorizzazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien, il-kooperazzjoni reġjonali, nazzjonali u tranżazzjonali, l-involviment tan-negozju u tal-komunità (3), l-iżvilupp reġjonali u lokali, il-mentoraġġ, l-appoġġ għat-tfassil tal-politika, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni u l-parteċipazzjoni fil-governanza istituzzjonali. Dawn id-diversi rwoli mhumiex rikonoxxuti b'mod uniformi. Sabiex jiġi indirizzat il-preġudizzju fl-istrutturi tal-karriera u fir-rikonoxximent soċjali ġenerali tar-riċerka għad-detriment tat-tagħlim u attivitajiet akkademiċi oħra mhux ta' riċerka, ikun xieraq li jiġu promossi approċċi li jirrikonoxxu d-diversi perkorsi ta' karriera akkademika u li dawn jiġu kkunsidrati fil-proċessi ta' evalwazzjoni tal-persunal u ta' promozzjoni tal-karriera. |
|
5. |
Il-ħolqien ta' kundizzjonijiet aħjar għall-persunal akkademiku u l-indirizzar ta' ostakli jista' jgħin biex tiżdied l-attraenza tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja bħala postijiet tax-xogħol u jsaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jiskattaw effetti konsegwenzjali pożittivi addizzjonali, b'mod partikolari fuq is-suq tax-xogħol billi jistimulaw l-iżvilupp tat-talent. Persunal akkademiku aktar apprezzat u appoġġat jista' jgħin biex titrawwem il-forza tax-xogħol meħtieġa għall-iżvilupp tal-ekonomija, li hija dejjem aktar dipendenti fuq l-għarfien, l-innovazzjoni, u persuni b'ħiliet għolja. L-importanza ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja attraenti u effettivi ġiet rikonoxxuta b'mod partikolari f'reġjuni li qed jiffaċċaw nassa tal-iżvilupp tat-talenti jew f'riskju li jaqgħu f'waħda, li għadhom lura fir-rigward tal-ħolqien ta' opportunitajiet ekonomiċi ġodda. (4) |
|
6. |
L-attivitajiet u l-kooperazzjoni nazzjonali u tranżnazzjonali strateġiċi, bħall-bini ta' alleanzi tal-Universitajiet Ewropej jew forom oħra ta' alleanzi u l-iżvilupp ta' programmi u proġetti edukattivi tranżnazzjonali, l-iskambji tal-persunal akkademiku u l-ħolqien ta' offerti ta' edukazzjoni u taħriġ għal apprendiment kontinwu, qegħdin dejjem aktar jirrikjedu li l-persunal akkademiku, kif ukoll il-persunal tas-servizzi professjonali, jiddedikaw ħin u enerġija addizzjonali għal dawk l-attivitajiet minbarra t-tagħlim u r-riċerka ewlenin. Sabiex jiġu appoġġati dawn l-attivitajiet, jeħtieġ li l-politiki tar-riżorsi umani, bħall-evalwazzjoni u l-promozzjoni, jirrikonoxxu l-involviment tal-persunal fil-ħidma dwar il-kooperazzjoni nazzjonali u tranżnazzjonali u l-ammont ta' xogħol addizzjonali li dan jista' toħloq. |
|
7. |
Ambjent tax-xogħol ħieles, sikur u nondiskriminatorju, b'politiki tal-ugwaljanza li jippromwovu l-inklużività, id-diversità u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u li jkun ħieles minn kull forma ta' fastidju u vjolenza, inkluż il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, huwa fattur importanti li jippermetti lill-persunal akkademiku jipprovdi tagħlim ta' kwalità għolja. Il-persunal akkademiku u l-persunal tas-servizzi professjonali jistgħu jiffaċċaw ukoll sfidi marbuta ma' kundizzjonijiet tax-xogħol mhux sodisfaċenti (5), ammont kbir ta' xogħol u preġudizzji tal-ġeneru fil-valutazzjoni u r-rikonoxximent. Barra minn hekk, in-nisa huma impjegati b'kuntratti prekarji u temporanji aktar ta' spiss mill-irġiel (6). Sabiex jiġu indirizzati dawk l-isfidi, huwa meħtieġ li jiġu promossi kundizzjonijiet tax-xogħol kompetittivi, trasparenti, aċċessibbli u ġusti fid-dinja akkademika. |
|
8. |
L-awtonomija istituzzjonali, il-libertà u l-integrità akkademika, il-parteċipazzjoni tal-istudenti u l-persunal fil-governanza tal-edukazzjoni għolja, u r-responsabbiltà pubblika għall-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni għolja huma mezzi ewlenin biex tiġi żgurata edukazzjoni għolja ta' kwalità għolja u jenħtieġ li jiġu protetti u promossi. |
|
9. |
L-azzjoni tal-Unjoni biex jiġu promossi l-inklużività, id-diversità u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni għolja hija bbażata fuq approċċ ta' eċċellenza inklużiv. Din tfittex li tappoġġa l-edukazzjoni għolja eċċellenti filwaqt li tiżgura l-ugwaljanza tal-parteċipazzjoni b'enfasi speċjali fuq in-nisa, gruppi sottorappreżentati u komunitajiet żvantaġġati. Sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni li qed jiffaċċaw ċerti gruppi sottorappreżentati, b'mod partikolari f'pożizzjonijiet ta' tmexxija, ikun xieraq li jiġu promossi pjanijiet ta' ugwaljanza, diversità u inklużjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, u fil-proċessi ta' promozzjoni tal-karriera. |
|
10. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija mfassla f'sinerġija mill-qrib mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar qafas Ewropew biex jiġu attirati u miżmuma t-talenti fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija fl-Ewropa (7), li għandha l-għan li tippromwovi karrieri fir-riċerka aktar attraenti fis-setturi kollha, inkluż fid-dinja akkademika, kif ukoll rikonoxximent sħiħ għat-tipi kollha ta' perkorsi ta' karriera. Iż-żewġ rakkomandazzjonijiet għandhom l-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-istabbiltà tal-karrieri, il-ħiliet u l-kompetenzi, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-inklużività u l-miżuri ta' protezzjoni soċjali għall-gruppi fil-mira rispettivi tagħhom. |
|
11. |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tippromwovi miżuri li jtejbu l-iżvilupp professjonali kontinwu, u li tirrikonoxxi aktar il-varjetà ta' attivitajiet li jwettqu l-persunal akkademiku. Dan ser jippermetti mobilizzazzjoni tal-persunal biex jiżviluppa prattiki ta' tagħlim u apprendiment innovattivi bħala parti minn perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, jistimula l-mentalità ta' titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid, u jippromwovi l-akkwist ta' ħiliet u kompetenzi għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, inkluż l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fit-tagħlim, fl-apprendiment u fir-riċerka abbażi ta' prinċipji etiċi. |
|
12. |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tippromwovi kundizzjonijiet kompetittivi, prevedibbli, ġusti, inklużivi, aċċessibbli, sikuri u nondiskriminatorji sabiex il-persunal tas-servizzi akkademiċi u professjonali jiġi attirat lejn is-settur tal-edukazzjoni għolja u jinżamm fih. Jenħtieġ li l-persunal akkademiku jkun jista' jiżviluppa metodi ta' tagħlim innovattivi f'ambjent fejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol ikunu kompetittivi u ġusti, fejn id-drittijiet fundamentali jkunu protetti u ma jkun hemm l-ebda biża' ta' ritaljazzjoni u/jew influwenza esterna indebita, u fejn ikun hemm il-possibbiltà ta' żvilupp professjonali. |
|
13. |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha wkoll l-għan li ttejjeb il-bażi tal-evidenza għall-iżvilupp ta' politiki u strateġiji dwar ir-riżorsi umani fl-edukazzjoni għolja. Peress li d-data komparabbli internazzjonalment dwar il-persunal akkademiku għadha insuffiċjenti u peress li settijiet diverġenti ta' kategoriji tal-persunal jintużaw f'sistemi differenti ta' edukazzjoni għolja, ikun xieraq li tiġi esplorata l-possibbiltà li tinġabar data aktar dettaljata permezz ta' strumenti rilevanti, primarjament permezz tal-Osservatorju Ewropew tas-Settur tal-Edukazzjoni Għolja (8) u l-Osservatorju tal-Karrieri fir-Riċerka u l-Innovazzjoni (ReICO) sabiex jiġu mmonitorjati b'mod suffiċjenti x-xejriet emerġenti u jittieħdu passi ta' politika verament infurmati dwar l-evidenza filwaqt li tissaħħaħ il-kooperazzjoni tranżnazzjonali aktar profonda fil-livell tal-Unjoni. |
|
14. |
Kooperazzjoni tranżnazzjonali Ewropea aktar profonda u effettiva fl-edukazzjoni għolja hija kruċjali għall-appoġġ tal-valuri, l-identità u d-demokrazija tal-Unjoni. Hija wkoll vitali għall-kompetittività u l-attraenza tal-Ewropa. Permezz tal-kooperazzjoni transfruntiera, is-sistemi u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jsiru aktar b'saħħithom, aktar innovattivi u aktar effiċjenti. L-involviment tal-persunal fit-tħejjija, l-inkoraġġiment u sussegwentement l-appoġġ tal-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal, inkluż dawk involuti fl-inkorporazzjoni tal-mobbiltà fil-kurrikuli, jenħtieġ li jiġi promoss, rikonoxxut u apprezzat aktar. |
|
15. |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tħeġġeġ rikonoxximent aħjar tal-enerġija u tal-ħin li l-persunal akkademiku u persunal ieħor tas-servizzi professjonali jiddedikaw għal attivitajiet ta' kooperazzjoni tranżnazzjonali, pereżempju l-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej. Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa ta' din l-inizjattiva, u l-inkoraġġiment ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni tranżnazzjonali, inkluż l-iżvilupp ta' lawrji konġunti, jenħtieġ li jiġi promoss l-involviment sħiħ tal-persunal u l-perspettivi tal-karriera għall-persunal tas-servizzi akkademiċi u professjonali involut f'funzjonijiet ta' koordinazzjoni strateġika. L-inċentivar tal-persunal biex jippromwovi l-mobbiltà tranżnazzjonali u intersettorjali għandu jikkontribwixxi ħafna wkoll għall-iżvilupp ta' programmi edukattivi tranżnazzjonali innovattivi u interdixxiplinari, għall-benefiċċju tal-istudenti kollha, |
B'DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:
B'kunsiderazzjoni xierqa għall-awtonomija istituzzjonali u l-libertà akkademika, u f'konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali:
|
1. |
Jippromwovu, jirrikonoxxu u jivvalorizzaw diversi rwoli akkademiċi, inkluż it-tagħlim innovattiv u effettiv u t-trasferiment tal-għarfien lis-soċjetà, u b'mod partikolari:
|
|
2. |
Jinkoraġġixxu r-rispett għall-ftehimiet kollettivi, id-djalogu soċjali effettiv u l-awtonomija tas-sħab soċjali, u jieħdu azzjoni ta' appoġġ li tippermetti lill-impjegaturi jipprovdu kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti, inklużivi u kompetittivi, li fihom il-persunal akkademiku u ta' servizzi professjonali jkun apprezzat, imħeġġeġ u appoġġat. Tali azzjoni ta' appoġġ tista' tinkludi:
|
|
3. |
F'konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, jippromwovu, jirrikonoxxu u japprezzaw l-involviment f'kooperazzjoni reġjonali, nazzjonali u tranżnazzjonali aktar profonda, u b'mod partikolari:
|
|
4. |
Jinvolvu ruħhom f'aktar tfassil ta' politika bbażata fuq l-evidenza mmirata lejn il-ħolqien ta' kundizzjonijiet kompetittivi, prevedibbli, sikuri, ġusti u mhux diskriminatorji fid-dinja akkademika bbażati fuq id-data organizzazzjonali, reġjonali, nazzjonali u Ewropea disponibbli dwar il-politika dwar il-karrieri u l-persunal fl-edukazzjoni għolja. |
|
5. |
Isegwu din ir-Rakkomandazzjoni fi żmien debitu biex jippermettu l-implimentazzjoni sħiħa tal-objettivi ewlenin tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija Ewropea li tagħti s-setgħa lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għall-futur tal-Ewropa (13). |
|
6. |
Jinformaw lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-istruttura ta' governanza tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (14), dwar il-miżuri korrispondenti li għandhom jittieħdu fil-livell xieraq biex jiġu appoġġati l-objettivi ta' din ir-Rakkomandazzjoni bħala passi essenzjali lejn il-kisba u l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. |
JIEĦU NOTA TAL-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:
|
1. |
Tikkoordina, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u s-sħab soċjali, fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Edukazzjoni Għolja tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, il-ħidma li tħejji l-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija Ewropea li tagħti s-setgħa lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għall-futur tal-Ewropa, u tipprovdi pariri dwar kif l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jistgħu jtejbu l-attraenza tal-karrieri tal-persunal tas-servizzi akkademiċi u professjonali; tħejji qafas Ewropew ta' kompetenza għall-persunal akkademiku, biex ittejjeb il-permeabbiltà tal-karrieri fis-setturi kollha, filwaqt li tibni fuq l-oqfsa ta' kompetenza rilevanti eżistenti fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-Qafas Ewropew ta' Kompetenza għar-Riċerkaturi (ResearchComp) u għodod bħal dawk offruti mill-Istrateġija tar-Riżorsi Umani għar-Riċerkaturi (HRS4R) u l-Ftehim dwar ir-Riforma tal-Valutazzjoni tar-Riċerka, kif xieraq. |
|
2. |
Ittejjeb l-appoġġ għad-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni dwar il-karrieri tal-persunal tas-servizzi akkademiċi u professjonali, b'mod partikolari fi ħdan id-djalogu soċjali settorjali Ewropew fl-edukazzjoni, tiffaċilita t-tagħlim bejn il-pari bejn l-Istati Membri dwar mekkaniżmi effettivi biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent tal-involviment tal-persunal tas-servizzi akkademiċi u professjonali fil-kooperazzjoni tranżnazzjonali u l-attivitajiet ta' tagħlim innovattivi; u li tappoġġa politika bbażata fuq l-evidenza u l-monitoraġġ tal-progress billi timmappja d-data eżistenti dwar il-karrieri fl-edukazzjoni għolja u l-politika tal-persunal fil-livelli Ewropej, nazzjonali u istituzzjonali permezz tal-Osservatorju Ewropew tas-Settur tal-Edukazzjoni Għolja u r-ReICO bl-użu ta' sinerġiji, u l-identifikazzjoni ta' lakuni u ħtiġijiet tad-data. |
|
3. |
Trawwem sinerġiji mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas Ewropew biex jiġu attirati u miżmuma t-talenti fir-riċerka, fl-innovazzjoni u imprenditorjali fl-Ewropa, sabiex jiġu żgurati karrieri mtejba u konsistenti għall-persunal akkademiku li jaħdem f'istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u li jkun involut kemm fit-tagħlim u fir-riċerka kif ukoll fit-trasferiment tal-għarfien. |
|
4. |
Tkompli tiżviluppa, tippromwovi u tipprovdi appoġġ għall-kooperazzjoni edukattiva tranżnazzjonali u l-eċċellenza edukattiva innovattiva permezz ta' sorsi ta' finanzjament rilevanti fil-livell tal-Unjoni, inkluż permezz tal-programm Erasmus+ (15) u programmi oħra tal-UE, u tħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku biex jirċievu għarfien espert tekniku mmirat għat-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, inkluż billi jrawmu l-kooperazzjoni bejn dawk li jfasslu l-politika, ir-riċerkaturi, id-dinja akkademika u l-atturi soċjo-ekonomiċi u billi jiżviluppaw l-attraenza tal-karrieri akkademiċi. |
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
HANKÓ B.
(1) ĠU C 167, 21.4.2022, p. 9.
(2) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1).
(3) Il-missjoni tal-edukazzjoni għolja tmur lil hinn mill-funzjonijiet tal-edukazzjoni u r-riċerka. L-involviment tan-negozju jfisser l-istabbiliment ta' sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u n-negozju, li jwasslu għal benefiċċji reċiproċi bħall-aċċess għal teknoloġiji ġodda għall-kumpaniji, u l-aċċess għal opportunitajiet doppji ta' edukazzjoni u taħriġ, tagħmir, għarfien espert jew networks lil hinn mid-dinja akkademika għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. L-impenn komunitarju jfisser it-tisħiħ tal-valuri demokratiċi u l-impenn ċiviku, l-indirizzar tal-ħtiġijiet ta' gruppi vulnerabbli, il-kontribut għall-iżvilupp kulturali u soċjoekonomiku, l-infurmar tal-politika pubblika u l-indirizzar tal-isfidi soċjali fuq skala kbira.
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2023 dwar l-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa (COM (2023) 32 final).
(5) Inkluż nuqqas ta' miżuri ta' akkomodament raġonevoli għal persuni b'diżabilità, kif imsemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).
(6) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, She figures 2021 – Gender in research and innovation – Statistics and indicators, Publications Office, 2021.
(7) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2023 dwar qafas Ewropew biex jiġu attirati u miżmuma t-talenti fir-riċerka, fl-innovazzjoni u intraprenditorjali fl-Ewropa (ĠU C, C/2023/1640, 29.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1640/oj).
(8) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Jannar 2022 dwar strateġija Ewropea għall-universitajiet (COM(2022)16). Il-Kummissjoni qed twaqqaf l-Osservatorju Ewropew tas-Settur tal-Edukazzjoni Għolja. L-Osservatorju huwa maħsub li jgħaqqad l-aħjar għodod u kapaċitajiet attwali tad-data tal-UE f'post wieħed, filwaqt li jkompli jsaħħaħ l-użu tagħhom.
(9) Pereżempju, minħabba r-responsabbiltajiet tal-paternità u tal-indukrar jew kwistjonijiet tas-saħħa.
(10) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2022 dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u għall-impjegabilità (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 10).
(11) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2022 dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 1).
(12) Il-prattiki edukattivi miftuħa jirrappreżentaw tekniki ta' tagħlim li jużaw teknoloġiji miftuħa u parteċipattivi u riżorsi edukattivi miftuħa biex jiffaċilitaw it-tagħlim kollaborattiv u flessibbli.
(13) ĠU C 167, 21.4.2022, p. 9.
(14) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-istruttura ta' governanza tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030), (ĠU C 497, 10.12.2021, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7282/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)