|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7181 |
9.12.2024 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2024 – Russian Maritime Register of Shipping u Jūrų Laivybos Registras vs Il-Kunsill
(Kawża T-535/24)
(C/2024/7181)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Russian Maritime Register of Shipping (Saint-Petersburg, ir-Russja), UAB Jūrų Laivybos Registras (Klaipeda, il-Litwanja) (rappreżentanti: J. Iriarte Ángel, J. Ordóñez-Cobo u F. Rodríguez González-Chaves, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla l-Artikolu 1(4)(a), moqri flimkien mal-Anness VI, l-Artikolu 1aa(1)(a), moqri flimkien mal-Anness Artikolu 1ab u l-Artikolu 4ha (1)(a) u 2, tal-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (1), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2026 tat-22 ta’ Lulju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna ; |
|
— |
tannulla l-Artikolu 3e, l-Artikolu 3ea (1), (1a) u (2), l-Artikolu 3eb (1), (2), (3), l-Artikolu 5(4)(a), moqri flimkien mal-Anness XIII, l-Artikolu 5a moqri flimkien mal-Anness XIX, kif ukoll l-Artikolu 5aa(4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (2), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2026 tat-22 ta’ Lulju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna; |
|
— |
ikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur għad-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv. |
(1) ĠU 2014, L 229, p. 13, rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35.
(2) ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2014, L 246, p. 59 u fil-ĠU 2022, L 114, p. 214.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7181/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)