|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7156 |
9.12.2024 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2024 minn Vladimir Rashevsky mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ Lulju 2024 fil-Kawżi T-309/22 u T-739/22, Rashevsky vs Il-Kunsill
(Kawża C-612/24 P)
(C/2024/7156)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Vladimir Rashevsky (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth u A. Egger, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
|
— |
tiddeċiedi b’mod definittiv il-kawża u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 (1) tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 (2) tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw l-appellant, u tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali; jew sussidjarjament; |
|
— |
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi konformement mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-punti ta’ liġi, u tirriżerva l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.
L-ewwel aggravju dwar il-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar il-motiv ta’ żball ta’ evalwazzjoni tal-appellanti: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma wettaq l-ebda żball ta’ evalwazzjoni rigward l-atti kkontestati fil-Kawża T-309/22 meta:
|
— |
ikkwalifika lill-appellant bħala “negozjanti ewlenin […] involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa […]” fis-sens tal-kriterju ta’ inklużjoni previst mill-Artikolu 2(1)(g) u, essenzjalment, l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2014/145 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 (3) tal-25 ta’ Frar 2022 kif ukoll tal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 (4) tal-25 ta’ Frar 2022 (iktar ’il-quddiem il-“kriterju (g)”); |
|
— |
iddeċidiet li l-pożizzjoni ta’ CEO hija suffiċjenti sabiex tiġġustifika l-inklużjoni tal-appellant taħt il-kriterju (g); |
|
— |
ma ħaditx inkonsiderazzjoni d-dħul iġġenerat mill-EuroChem għall-baġit tal-Federazzjoni Russa. |
It-tieni aggravju dwar ksur tad-drittijiet fundamentali, ta’ proporzjonalità, ta’ legalità u ta’ prevedibbiltà tal-miżuri kkontestati kontra l-appellant: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta b’mod żbaljat:
|
— |
naqset milli tindirizza l-kwistjoni tal-ksur manifestament mhux xieraq u sproporzjonat ta’ diversi prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
naqset milli tevalwa l-kwistjoni ta’ proporzjonalità u l-kwistjoni tal-illegalità impliċita b’mod suffiċjenti tal-miżuri kkontestati. |
(1) ĠU 2022, L 87I, p. 44, rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 67.
(2) ĠU 2022, L 87I, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 66.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7156/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)