European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7123

27.11.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11669 – SHELL GROUP / PAVILION)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/7123)

1.   

Fit-18 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Shell Eastern Trading (Pte) Ltd (Singapore), ikkontrollata minn Shell Plc, (“Shell”) (ir-Renju Unit),

Pavillion Energy Pte Ltd (“Pavilion”, Singapore), ikkontrollata minn Temasek Holdings (Private) Limited (Singapore).

Shell se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Pavilion kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Shell hija grupp attiv globalment ta’ kumpaniji tal-enerġija u petrokimiċi. L-attivitajiet kummerċjali ewlenin tagħha huma l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass, il-produzzjoni, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u t-trasport ta’ prodotti taż-żejt u kimiċi, kif ukoll prodotti tal-enerġija rinnovabbli,

Pavilion hija pjattaforma globali tal-gass naturali likwifikat (“LNG”) ibbażata f’Singapore li tinnegozja u tikkummerċjalizza l-gass naturali fl-Asja u fl-Ewropa. L-attivitajiet tagħha jinkludu l-kummerċ, il-ħżin, l-ipproċessar u t-trasport tal-LNG, kif ukoll attivitajiet fis-swieq downstream fl-Asja u fl-Ewropa. Pavilion hija attiva wkoll fis-soluzzjonijiet finanzjarji relatati mal-fjuwil u l-enerġija tal-baħar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11669 – SHELL GROUP / PAVILION

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7123/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)