European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7115

27.11.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2024

li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għan-Netherlands

(C/2024/7115)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2027.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Mario VAN MIERLO sar vakanti siġġu ta’ membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem.

(3)

L-organizzazzjoni ta’ min iħaddem BusinessEurope nnominat kandidat għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Eugène VAN ‘T HOOFT huwa maħtur membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sur Mario VAN MIERLO għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta’ Marzu 2027.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

BÓKA J.


(1)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 19).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7115/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)