|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7112 |
26.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11653 – ADNOC / NAVIG8 LIMITED / NAVIG8 GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/7112)
1.
Fil-15 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Abu Dhabi Marine Business and Services Company P.J.S.C. (“ADNOC”, l-Emirati Għarab Magħquda). |
|
— |
Navig8 Limited (“Bejjiegħ”, Bermuda), |
|
— |
Navig8 Topco Holdings Inc. (“Navig8”, il-Gżejjer Marshall), li bħalissa hija kollha ta’ proprjetà tal-Bejjiegħ, u li tinkludi s-sussidjarja Integr8 Fuels Holding Inc. (“Integr8”, il-Gżejjer Marshall). |
ADNOC se takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Navig8 kollha kemm hi, bl-eċċezzjoni tas-sussidjarja Integr8. Barra minn hekk, ADNOC u l-Bejjiegħ se jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Integr8.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
ADNOC tifforma parti mill-Grupp ADNOC, li huwa grupp tal-enerġija u tal-petrokimiċi li jopera tul il-katina tal-valur tal-idrokarburi kollha permezz ta’ network ta’ negozji integrati bis-sħiħ. ADNOC hija ta’ proprjetà sħiħa tal-Gvern tal-Emirat ta’ Abu Dhabi. Hija attiva prinċipalment fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni, il-ħżin, ir-raffinar, u d-distribuzzjoni taż-żejt u l-gass, kif ukoll fl-iżvilupp ta’ prodotti petrokimiċi. |
|
— |
Il-bejjiegħ huwa s-sid attwali ta’ Navig8 (li jinkludi l-Integr8). |
|
— |
Navig8 hija fornitur integrat bis-sħiħ ta’ servizzi ta’ ġestjoni tat-tbaħħir, li topera bħala sid, operatur u noleġġatur attiv u sensar ta’ bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa għat-trasport ta’ likwidi, kif ukoll gruppi ta’ trasport li jinkludu tankers għal prodotti raffinati u mhux raffinati u għas-setturi kimiċi. Integr8, sussidjarja ta’ Navig8, hija negozju kummerċjali ta’ fjuwil marin (fjuwil tal-bastimenti). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
Każ M.11653 – ADNOC / NAVIG8 LIMITED / NAVIG8 GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/IL-BELĠJU |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7112/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)