|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7081 |
21.11.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11539 — LIBERTY MEDIA / DORNA SPORTS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/7081)
1.
Fl-14 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Liberty Media Corporation (“Liberty Media”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Dorna Sports, S.L. (“Dorna Sports”, Spanja), ikkontrollata minn Bridgepoint Group plc (ir-Renju Unit) u l-Bord ta’ Investiment tal-Pjan tal-Pensjoni Kanadiż (il-Kanada). |
Liberty Media se takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Dorna Sports.kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Liberty Media tippossjedi interessi f’firxa wiesgħa ta’ negozji tal-media, tal-isport u tad-divertiment, inkluża l-Formula 1. |
|
— |
Dorna Sports hija l-organizzatur u d-detentur esklużiv tad-drittijiet kummerċjali u tat-televiżjoni tal-Grand Prix tal-Kampjonat Dinji tal-FIM (magħruf ukoll bħala l- “MotoGP”) mill-1992 u hija attiva fil-ġestjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-media tal-isport. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11539 – LIBERTY MEDIA / DORNA SPORTS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7081/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)