|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7017 |
2.12.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (il-Polonja) fil-21 ta’ Awwissu 2024 – Helpfind Recovery sp. z o.o. vs Santander Bank Polska S. A.
(Kawża C-566/24, Helpfind Recovery)
(C/2024/7017)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Helpfind Recovery sp. z o.o.
Konvenut: Santander Bank Polska S. A.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 10(2)(f), moqri flimkien mal-Artikolu 3(j) u (l), flimkien mal-Anness I tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1), jipprekludi interpretazzjoni fis-sens li l-kunċett ta’ ammont ta’ kreditu użat, li jikkostitwixxi l-bażi għall-applikazzjoni tar-rata tal-interessi tal-kreditu, jirreferi mhux biss għall-ammont effettivament imħallas lill-konsumatur għall-użu liberu tiegħu, iżda wkoll għall-ammont li “huwa ttrasferit” lill-konsumatur għall-użu immedjatament sabiex jiġu koperti spejjeż minbarra interessi tal-kreditu, skont il-modalitajiet segwenti:
|
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 10(2)(f), moqri flimkien mal-Artikolu 3(j) u (l) tad-Direttiva 2008/48, fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni u tal-iskop ta’ din id-direttiva kif ukoll fid-dawl tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 3(1) u (2) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-prattika li tkun tikkonsisti fl-inklużjoni, fil-kuntratti ta’ kreditu mal-konsumatur li l-kontenut tagħhom ma jkunx jirriżulta minn negozjar individwali bejn il-bejjiegħ jew il-fornitur (il-persuna li ssellef) u l-konsumatur (il-persuna li tissellef), ta’ klawżoli li jipprevedu l-applikazzjoni ta’ rata tal-interessi mhux biss fuq l-ammont imħallas lill-konsumatur, iżda wkoll fuq l-ispejjeż minbarra interessi tal-kreditu (jiġifieri l-kummissjonijiet jew spejjeż oħra) li ma jkunux elementi tal-ammont tal-kreditu effettivament imħallas lill-konsumatur, iżda li “jiġu ttrasferiti” lilu skont il-modalitajiet ippreċiżati fl-ewwel domanda? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, l-Artikolu 10(2)(f) u (g) tad-Direttiva 2008/48, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni u tal-iskop ta’ din id-direttiva kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 5 tad-Direttiva [93/13], għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi l-prattika li tkun tikkonsisti fl-inklużjoni fil-kuntratti ta’ kreditu mal-konsumatur, li l-kontenut tagħhom ma jkunx jirriżulta minn negozjar individwali bejn il-bejjiegħ jew il-fornitur (il-persuna li ssellef) u l-konsumatur (il-persuna li tissellef), ta’ klawżoli li jindikaw biss ir-rata tas-self tal-kreditu u l-valur totali ċċifrat tal-interessi kkapitalizzati, li l-konsumatur għandu jħallas b’eżekuzzjoni tal-obbligu tiegħu taħt dan il-kuntratt, mingħajr ma jinformaw ukoll espressament lill-konsumatur li l-bażi tal-kalkolu tal-interessi kkapitalizzati (iċċifrati) hija ammont differenti mill-ammont tal-kreditu effettivament imħallas lill-konsumatur, u b’mod partikolari, li din hija s-somma tal-ammont tal-kreditu mħallas lill-konsumatur u tal-ispejjeż minbarra interessi tal-kreditu (jiġifieri l-kummissjonijiet jew spejjeż oħra li ma jagħmlux parti mill-ammont tal-kreditu mħallas lill-konsumatur, iżda li jikkostitwixxu l-ammont totali dovut mill-konsumatur b’eżekuzzjoni tal-obbligu tiegħu taħt il-kuntratt ta’ kreditu għall-konsum)? |
|
4) |
L-Artikolu 10(2)(r) tad-Direttiva 2008/48, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni u tal-iskop ta’ din id-direttiva kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 5 tad-Direttiva [93/13], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni pprovduta mill-persuna li ssellef fir-rigward tad-dritt ta’ rimbors antiċipat u fir-rigward tal-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta’ rimbors antiċipat għandha wkoll tindika espressament il-possibbiltà li jinkiseb rimbors parzjali tal-kummissjoni miġbura mill-persuna li ssellef? |
|
5) |
L-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni u tal-iskop ta’ din id-direttiva kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 5 tad-Direttiva [93/13], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni pprovduta mill-persuna li ssellef fir-rigward tad-dritt ta’ rtirar għandha tindika b’mod espliċitu, fil-każijiet kollha, l-eżistenza tad-dritt li jirriżulta mill-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva 2008/48? |
|
6) |
L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48 u l-prinċipji ta’ effettività, ta’ ekwivalenza u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu interpretazzjoni ġurisprudenzjali tad-dritt nazzjonali fis-sens li l-benefiċċju tas-sanzjoni prevista fl-Artikolu 23 tad-Direttiva jista’ jiġi invokat mill-konsumatur taħt piena ta’ dekadenza, f’terminu ta’ sena mid-data tal-provvista tas-servizz mill-persuna li ssellef, jiġifieri mid-data tal-ħlas tal-ammont sħiħ tal-kreditu? |
|
7) |
L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48, fid-dawl tal-prinċipji ta’ effettività, ta’ ekwivalenza u ta’ proporzjonalità, għandu jiġi interpretat fis-sens li meta jiġi kkonstatat li l-persuna li ssellef tkun naqset milli twettaq wieħed mill-obbligi msemmija fid-domandi iktar ’il fuq, ikun hemm lok li fil-każijiet kollha tiġi applikata, b’mod awtomatiku, is-sanzjoni prevista mid-dritt nazzjonali (li tagħti lill-konsumatur id-dritt li jissottometti dikjarazzjoni li jkollha l-effett li ttemm l-obbligu tiegħu li jħallas l-interessi kapitali u l-ispejjeż kollha l-oħra dovuti lill-persuna li ssellef), jew inkella l-applikabbiltà ta’ din is-sanzjoni tkun tiddependi fuq evalwazzjoni globali tas-sitwazzjoni taż-żewġ partijiet fil-kuntratt u, b’mod partikolari, għandu jitqies li d-dritt tal-konsumatur li jeżerċita l-possibbiltà msemmija iktar ’il fuq ma jkunx jista’ jiġi invokat meta l-ksur tal-obbligi ta’ informazzjoni li l-persuna li ssellef għandha ma jkunx ippreġudika d-drittijiet u l-obbligi tal-konsumatur jew ma jkunx ikkostitwixxa, mill-perspettiva tiegħu, elementi rilevanti għall-konklużjoni u għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kreditu għall-konsum, u meta l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur tkun żgurata abbażi ta’ dispożizzjonijiet oħra, fosthom dawk li jipproteġu lill-konsumaturi kontra l-klawżoli inġusti? |
(1) ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7017/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)