|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6983 |
19.11.2024 |
Sejħa għall-proposti 2025 — EAC/A08/2024
Il-Programm Erasmus+
(C/2024/6983)
1. Introduzzjoni u Objettivi
Din is-sejħa għall-proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) Nru 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament Erasmus+”) kif ukoll fuq il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2025 tal-Erasmus+ (C(2024) 7026). Il-Programm Erasmus+ ikopri l-perjodu mill-2021 sal-2027. L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm Erasmus+ jinsabu fl-Artikolu 3 tar-Regolament Erasmus+.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:
Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Mobbiltà tal-apprendiment tal-individwi:
|
— |
Mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ |
|
— |
Attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ |
|
— |
DiscoverEU – Azzjoni ta’ Inklużjoni |
|
— |
Skambji virtwali fl-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ |
|
— |
Mobbiltà tal-persunal fil-qasam tal-isport |
Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet
|
— |
Sħubijiet għall-Kooperazzjoni:
|
|
— |
Sħubijiiet għall-Eċċellenza:
|
|
— |
Sħubijiet għall-Innovazzjoni:
|
|
— |
Bini tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport |
|
— |
Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ |
Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni
|
— |
Żgħażagħ Ewropej Flimkien |
Azzjonijiet Jean Monnet:
|
— |
Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja |
|
— |
Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u tat-taħriġ |
|
— |
Dibattitu ta’ orjentazzjoni Jean Monnet |
3. Eliġibbiltà
Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista’ japplika għal finanzjament fil-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament għall-mobbiltà tal-apprendiment taż-żgħażagħ u tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, l-attivitajiet tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-Azzjoni ta’ Inklużjoni ta’ DiscoverEU.
Dawn il-pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Programm Erasmus+ (2):
|
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej, |
|
— |
il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:
|
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2025 għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.
4. Baġit u durata tal-proġetti
L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija stmata għal EUR 4 420,803 miljun:
|
Edukazzjoni u Taħriġ (inkluż l-Azzjonijiet Jean Monnet): |
EUR 3 965,233 miljun |
|
Żgħażagħ: |
EUR 379,280 miljun |
|
Sport: |
EUR 76,290 miljun |
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikati fil-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2025 tal-Erasmus+ li ġie adottat fil-11 ta’ Ottubru 2024, u jista’ jiġi mmodifikat soġġett għal emenda tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus + u l-emendi tiegħu, ippubblikati fuq:
https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/documents/annual-work-programmes_mt
L-għotjiet mogħtija kif ukoll id-durata tal-proġetti jvarjaw skont il-fatturi bħalma huma t-tip ta’ proġett, it-tip ta’ applikanti eliġibbli u l-għadd ta’ sħab involuti.
Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet tax-xogħol imwettaq minn voluntiera fl-ambitu ta’ azzjoni abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati u definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2019) 2646. Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet tal-voluntiera.
5. Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
L-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet speċifikati hawn taħt kollha jirreferu għall-ħin ta’ Brussell.
|
Azzjoni Ewlenija 1 |
|
|
Mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja |
19 ta’ Frar 2025 f’12:00 |
|
Mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-VET, tal-edukazzjoni skolastika u tal-edukazzjoni għall-adulti |
19 ta’ Frar 2025 f’12:00 |
|
Mobbiltà tal-persunal fil-qasam tal-isport |
12 ta’ Frar 2025 f’12:00 |
|
Mobbiltà internazzjonali li tinvolvi pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm |
19 ta’ Frar 2025 f’12:00 |
|
Akkreditazzjonijiet tal-Erasmus fil-VET, fl-edukazzjoni skolastika u fl-edukazzjoni għall-adulti |
1 ta’ Ottubru 2025 f’12:00 |
|
Akkreditazzjonijiet tal-Erasmus fil-qasam taż-żgħażagħ |
1 ta’ Ottubru 2025 f’12:00 |
|
Mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
12 ta’ Frar 2025 f’12:00 |
|
Mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
1 ta’ Ottubru 2025 f’12:00 |
|
Azzjoni ta’ Inklużjoni ta’ DiscoverEU |
12 ta’ Frar 2025 f’12:00 |
|
Skambju Virtwali Erasmus+ |
29 ta’ April 2025 fil-17:00 |
|
Azzjoni Ewlenija 2 |
|
|
Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, ħlief dawk sottomessi mill-NGOs Ewropej |
5 ta’ Marzu 2025 f’12:00 |
|
Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ sottomessi mill-NGOs Ewropej |
5 ta’ Marzu 2025 fil-17:00 |
|
Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-isport |
5 ta’ Marzu 2025 fil-17:00 |
|
Sħubijiet fuq skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ |
5 ta’ Marzu 2025 f’12:00 |
|
Sħubijiet fuq skala żgħira fil-qasam tal-isport |
5 ta’ Marzu 2025 fil-17:00 |
|
Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali |
11 ta’ Ġunju 2025 fil-17:00 |
|
Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+ |
26 ta’ Marzu 2025 fil-17:00 |
|
Azzjoni Erasmus Mundus |
13 ta’ Frar 2025 fil-17:00 |
|
Alleanzi għall-Innovazzjoni |
6 ta’ Marzu 2025 fil-17:00 |
|
Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja |
6 ta’ Frar 2025 fil-17:00 |
|
Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali |
27 ta’ Frar 2025 fil-17:00 |
|
Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam taż-Żgħażagħ |
6 ta’ Marzu 2025 fil-17:00 |
|
Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Isport |
5 ta’ Marzu 2025 fil-17:00 |
|
Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ |
5 ta’ Marzu 2025 fil-17:00 |
|
Azzjoni Ewlenija 3 |
|
|
Żgħażagħ Ewropej Flimkien |
6 ta’ Marzu 2025 fil-17:00 |
|
Networks u Azzjonijiet Jean Monnet |
12 ta’ Frar 2025 fil-17:00 |
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.
6. Informazzjoni fid-dettall
Ara l-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2025 fl-indirizz tal-internet li ġej:
https://erasmus-plus.ec.europa.eu/mt/erasmus-programme-guide
Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1.
(2) L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.
(3) Soġġett għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6983/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)