|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6976 |
18.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11773 – STRATEGIC VALUE PARTNERS / NORDIC PAPER)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6976)
1.
Fil-11 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Strategic Value Partners, LLC (“SVP”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
Nordic Paper Holding AB (“Nordic Paper”, l-Iżvezja). |
SVP se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Nordic Paper.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-11 ta’ Ottubru 2024.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
SVP hija ditta ta’ investiment globali ffukata fuq kreditu opportunistiku u opportunitajiet ta’ ekwità privata, |
|
— |
Nordic Paper hija produttur speċjalizzat tal-karta, bi tliet impjanti tal-karta fl-Iżvezja, waħda fin-Norveġja, u waħda fil-Kanada. Hija tiffoka fuq il-manifattura ta’ karti kraft u oljati bl-użu ta’ materja prima rinnovabbli minn foresti lokali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11773 – STRATEGIC VALUE PARTNERS / NORDIC PAPER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6976/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)