|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6937 |
25.11.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2024 – XH vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-11/23) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2017 - Deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-Grad AD 6 - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Implimentazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ imparzjalità - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
(C/2024/6937)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: XH (rappreżentant: K. Górny, avukata)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Hohenecker, A. Sauka u L. Vernier, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tal-31 ta’ Mejju 2022 li permezz tagħha isimha ma ġiex inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-Grad AD 6 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2017 kif ippubblikata fl-Informazzjoni Amministrattiva Nru 25-2017 tat-13 ta’ Novembru 2017 u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-dannu li hija allegatament ġarrbet.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
XH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6937/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)