European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6922

25.11.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-11 ta’ Settembru 2024 – “Golf Bulgaria” EOOD vs Savet za elektronni medii

(Kawża C-591/24, Golf Bulgaria)

(C/2024/6922)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “Golf Bulgaria” EOOD

Konvenut: Savet za elektronni medii

Domandi preliminari

Hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni dispożizzjoni legali nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà li, fil-kuntest tal-introduzzjoni fl-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt bħalma huwa l-prinċipju ta’ “moralità”, l-Istat Membru jistabbilixxi miżuri addizzjonali li jinkludu, abbażi ta’ dan il-prinċipju ta’ “moralità”, l-istabbiliment tar-responsabbiltà ta’ servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (1) u, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-invokazzjoni ta’ dan il-prinċipju astratt, bħala bażi għall-istabbiliment tar-responsabbiltà fil-każ ta’ ksur, tista’ titqies bħala restrizzjoni tal-libertà ta’ espressjoni ddikjarata fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


(1)   ĠU 2010, L 95, p. 1, rettifika fil-ĠU 2010, L 263, p. 15.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6922/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)