|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6914 |
25.11.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fid-19 ta’ Awwissu 2024 – R.S. vs Minister for Justice
(Kawża C-560/24, Besthame (1) )
(C/2024/6914)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: R.S.
Konvenut: Minister for Justice.
Domanda preliminari
Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (2) hija applikabbli għal persuna li qabel kienet kisbet il-benefiċċju ta’ [dritt ta’] residenza dderivat fi Stat Membru fil-kapaċità tagħha bħala l-konjuġi ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea li jeżerċita drittijiet misluta mit-Trattat fl-Istat ospitanti, iżda li iktar reċentement saret ċittadina tal-Istat ospitanti u ma għadhiex tibbenefika minn kwalunkwe dritt idderivat f’dak l-Istat ospitanti taħt din id-direttiva, u dan għall-finijiet biss li jiġi investigat u (jekk ikun il-każ) iddeterminat jew konkluż li, fl-imgħoddi, dik il-persuna kienet wettqet frodi jew abbuż ta’ dritt u/jew daħlitx fi żwieġ ta’ konvenjenza fis-sens tal-Artikolu 35 tal-imsemmija direttiva bl-iskop li tikseb benefiċċju taħt din id-direttiva?
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6914/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)