European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6909

25.11.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Giustizia Tributaria di primo grado di Pescara (l-Italja) fil-31 ta’ Lulju 2024 – Harry et Associés Sarl vs Agenzia delle Entrate – Riscossione – Pescara, Agenzia delle Entrate – Centro operativo di Pescara

(Kawża C-527/24, Harry et Associés)

(C/2024/6909)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Giustizia Tributaria di primo grado di Pescara

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Harry et Associés Sarl

Konvenuti: Agenzia delle Entrate – Riscossione – Pescara, Agenzia delle Entrate – Centro operativo di Pescara

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-prinċipji ġenerali ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità tal-limitazzjoni tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT jipprekludu:

(a)

regoli nazzjonali bħal dawk fl-Artikoli 2(2), tad-Digriet Leġiżlattiv 546/1992 u 38 bis.2 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633/1972, li jippermettu, fid-dritt intern, li titqies bħala ineffettiva talba għal rimbors ivvizzjata minn żbalji tekniċi tal-kompjuter, bir-riżultat li jiġi eskluż l-aċċess għall-qorti u li twassal għat-telf tad-dritt għal rimbors, f’sitwazzjoni materjali fejn ir-rimbors tal-VAT ikun dovut lill-kontribwent?

(b)

prinċipju legali bħal dak iddikjarat mill-Corte di Cassazione (il-Qorti tal-Kassazzjoni), li permezz tiegħu “[i]t-talba għal rimbors ta’ kreditu tal-VAT li, minħabba ħsarat tekniċi fit-trażmissjoni telematika, ma tkunx tista’ tinqara mill-awtorità tat-taxxa, ma tistax tagħti lok għal silenzju li jikkostitwixxi deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda appellabbli, peress li l-awtorità tat-taxxa ma tkunx tpoġġiet f’pożizzjoni li taġixxi”, b’tali mod li jipprekludi, f’dan il-każ, l-aċċess dirett għall-qorti u għalhekk ikun tali li jwassal għat-telf tad-dritt għar-rimbors ukoll f’sitwazzjoni materjali fejn ikun jeżisti d-dritt għar-rimbors?


(1)   ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6909/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)