|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6787 |
7.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11754 – MSC / TTC / SAMUDERA / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6787)
1.
Fit-28 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Africa Global Logistics SAS (“AGL”, Franza), ikkontrollata minn MSC Mediterranean Shipping Company Holding SA (“MSC”, l-Iżvizzera), |
|
— |
Toyota Tsusho Corporation (“TTC”, il-Ġappun), |
|
— |
PT Samudera Pelabuhan Indonesia (l-Indoneżja), ikkontrollata minn PT Samudera Indonesia Tbk (“Samudera”, l-Indoneżja). |
AGL, TTC u Samudera, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, se jiksbu l-kontroll konġunt ta’ PT Patimban Global Gateway Terminal (“PT Patimban”, l-Indoneżja)..
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab.
L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Settembru 2024, iżda n-notifika ġiet sussegwentement irtirata fit-2 ta’ Ottubru 2024.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
AGL: trasport, servizzi loġistiċi, konċessjonijiet tat-terminals tal-portijiet u infrastruttura ferrovjarja prinċipalment fil-kontinent Afrikan. MSC hija attiva madwar id-dinja kollha fit-trasport bil-baħar ta’ merkanzija fil-kontejners, l-immaniġġjar fil-portijiet, is-servizzi loġistiċi, is-setturi tal-kruċieri u tal-laneċ, |
|
— |
TTC: kumpanija kummerċjali li topera globalment f’diversi setturi, bħal metalli, partijiet u loġistika, karozzi, makkinarju, enerġija, sustanzi kimiċi u elettronika, |
|
— |
Samudera: servizzi tat-trasport marittimu, servizzi ta’ operat tal-portijiet u soluzzjonijiet loġistiċi prinċipalment fl-Asja. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża PT Patimban se jkunu dawn li ġejjin: l-operat u l-ġestjoni ta’ terminal tal-kontejners fil-port ta’ Patimban, l-Indoneżja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11754 – MSC / TTC / SAMUDERA / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6787/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)