European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6758

26.11.2024

P9_TA(2024)0090

It-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku (COM(2021)0731 – C9-0433/2021 – 2021/0381(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2024/6758)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0731),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 16 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0433/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-23 ta' Frar 2022  (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' April 2022  (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-20 ta' Diċembru 2023 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0009/2023),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)   ĠU C 275, 18.7.2022, p. 66..

(2)   ĠU C 301, 5.8.2022, p. 102.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-2 ta' Frar 2023 (Testi adottati, P9_TA(2023)0027).


P9_TC1-COD(2021)0381

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-27 ta' Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/900.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6758/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)