European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6732

8.11.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Novembru 2024

li tissostitwixxi membru tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għan-Netherlands

(C/2024/6732)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-24 ta' Frar 2022 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta' Marzu 2022 sat-28 ta' Frar 2025.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Mario VAN MIERLO sar vakanti siġġu ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem.

(3)

Il-Gvern tan-Netherlands ippreżenta kandidat għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Eugène VAN 'T HOOFT huwa b'dan maħtur membru tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sur Mario VAN MIERLO, għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fit-28 ta' Frar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)   ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Frar 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 92, 25.2.2022, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6732/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)