|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6731 |
8.11.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Novembru 2024
li tissostitwixxi membru supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal Ċipru
(C/2024/6731)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-24 ta' Frar 2022 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta' Marzu 2022 sat-28 ta' Frar 2025. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Evangelitsa TSOULOFTA, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern. |
|
(3) |
Il-Gvern ta' Ċipru ppreżenta kandidata għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Marina KOUYIALIS hija b'dan maħtura membru supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sa Evangelitsa TSOULOFTA, għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fit-28 ta' Frar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
VARGA M.
(1) ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Frar 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 92, 25.2.2022, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6731/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)