|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6672 |
30.10.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M. 11706 – CINVEN / AISE / FRESSNAPF)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6672)
1.
Fl-24 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cinven Capital Management (VII) General Partner Limited (ir-Renju Unit), li hija tal-gurpp Cinven group (“Cinven”), |
|
— |
Allegro Invest SE (“AISE”) (il-Ġermanja), |
|
— |
Fressnapf Holding SE (“Fressnapf”) (il-Ġermanja), ikkontrollata biss minn AISE. |
Cinven u AISE se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Fressnapf.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Cinven hija ditta ta’ ekwità privata impenjata fil-provvediment ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment. Il-kumpaniji tal-portafoll ta’ Cinven huma attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-manifattura u l-provvista tal-ikel għall-annimali domestiċi. |
|
— |
AISE hija veikolu ta’ investiment b’kumpaniji tal-portafoll attivi fil-bejgħ bl-imnut ta’ ikel u aċċessorji għall-annimali domestiċi. |
3.
Fressnapf hija attiva fil-provvista ta’ prodotti għall-kura tal-annimali domestiċi inkluż ikel u aċċessorji għall-annimali domestiċi, provvisti għall-annimali domestiċi u żooloġiċi, fil-livell ta’ bejgħ bl-imnut permezz ta’ madwar 2 100 ħanut li jinsabu f’14-il pajjiż madwar l-Ewropa.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M. 11706 - CINVEN / AISE / FRESSNAPF
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6672/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)