European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6598

29.10.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11713 — INTER IKEA SYSTEMS / IKEA BALTICS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6598)

1.   

Fl-21 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Inter IKEA Systems B.V. (“Inter IKEA Systems”, in-Netherlands), li fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati mill-Fondazzjoni Inter IKEA (il-Lichtenstein),

In-negozji operati minn franchisees tal-IKEA fl-Istati Membri Baltiċi (“IKEA Baltics”), li fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati minn Eignarhaldsfélagið Hof ehf. (Island), Dexter Fjarfestingar ehf. (Island), Fari ehf. (Island), u Hrintstadabúid ehf. (Island), u l-persuna fiżika s-Sur Johannes Runar Jóhannesson.

Inter IKEA Systems se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ IKEA Baltics.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Inter IKEA Systems: topera negozju ta’ franchise, fejn il-franchisees tal-IKEA joperaw kanali ta’ bejgħ tal-IKEA skont ftehimiet ta’ franchising magħha;

IKEA Baltics: tikkorrispondi għan-negozji ta’ franchise tal-IKEA fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11713 – INTER IKEA SYSTEMS / IKEA BALTICS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6598/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)