|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6597 |
29.10.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11676 – CD&R / PERMIRA / EXCLUSIVE NETWORKS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6597)
1.
Fis-17 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CD &R Fund XII (l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Clayton, Dubilier & Rice, LLC (“CD &R”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernsey), |
|
— |
Exclusive Networks S.A. (“Exclusive Networks”, Franza). |
CD&R u Permira se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Exclusive Networks.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-24 ta’ Lulju 2024.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
CD&R hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata li toriġina, tistruttura u li ta’ spiss taġixxi bħala investitur ewlieni ta’ ekwità f’akkwiżizzjonijiet mill-maniġment, investimenti strateġiċi ta’ ekwità minoritarji u investimenti strateġiċi oħra, |
|
— |
Permira hija negozju ta’ ekwità privata involuta fil-forniment ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ portafolji lil għadd ta’ fondi ta’ investiment. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Exclusive Networks huma dawn li ġejjin: id-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti u soluzzjonijiet tal-IT, inklużi prodotti u soluzzjonijiet relatati mas-sigurtà bħaċ-ċibersigurtà.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11676 – CD&R / PERMIRA / EXCLUSIVE NETWORKS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6597/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)