European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6583

12.11.2024

P9_TA(2024)0170

Il-ħatra proposta ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Carlo Alberto Manfredi Selvaggi

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2024 dwar il-ħatra proposta ta’ Carlo Alberto Manfredi Selvaggi għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0008/2024 – 2024/0801(NLE))

(Konsultazzjoni)

(C/2024/6583)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0008/2024),

wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0061/2024),

A.

billi, bl-ittra tas-17 ta’ Jannar 2024, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta’ Carlo Alberto Manfredi Selvaggi għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

B.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki ta’ Carlo Alberto Manfredi Selvaggi, b’mod partikolari fir-rigward tal- kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, fil-qafas ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva mingħand Carlo Alberto Manfredi Selvaggi curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilu;

C.

billi dan il-kumitat imbagħad, fit-22 ta’ Frar 2024, ipproċeda b’seduta ta’ smigħ ta’ Carlo Alberto Manfredi Selvaggi, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli/negattiva dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Carlo Alberto Manfredi Selvaggi għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6583/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)