|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6481 |
8.11.2024 |
AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI
dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali)
(C/2024/6481)
|
Dan l-Avviż tal-Kummissjoni huwa maħsub biex jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’mod awtorevoli d-dritt tal-Unjoni. |
WERREJ
| ABBREVJAZZJONIJIET | 4 |
| INTRODUZZJONI | 5 |
|
1 |
TITOLU I - SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET | 5 |
|
1.1. |
Kontrolli Uffiċjali u Attivitajiet Uffiċjali Oħrajn (l-Artikolu 2 tal-OCR) | 5 |
|
1.2. |
Il-veterinarju uffiċjali (l-Artikolu 3 tal-OCR) | 13 |
|
2 |
TITOLU II — KONTROLLI UFFIĊJALI U ATTIVITAJIET UFFIĊJALI OĦRA FL-ISTATI MEMBRI | 15 |
|
2.1. |
KAPITOLU II — Kontrolli uffiċjali | 15 |
|
2.1.1 |
Kontrolli uffiċjali tal-kummerċ elettroniku | 15 |
|
2.1.1.1 |
Reġistrazzjoni tal-operaturi tal-kummerċ elettroniku | 16 |
|
2.1.1.2 |
Kampjunar u analiżi ta’ annimali u ta’ oġġetti mibjugħa online | 16 |
|
2.1.1.3 |
Azzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità u ta’ riskju | 16 |
|
2.1.1.4 |
Fornituri ta’ servizzi diġitali | 17 |
|
2.1.1.5 |
Strateġiji ta’ kontroll tal-kummerċ elettroniku — l-aħjar prattiki | 18 |
|
2.1.2. |
Elenkar tal-operaturi (l-Artikolu 10(2) u (3) tal-OCR) | 18 |
|
2.1.3. |
Metodi u tekniki għall-kontrolli uffiċjali: spezzjonijiet u awditi (l-Artikolu 14 tal-OCR) | 19 |
|
2.1.3.1. |
Spezzjonijiet | 19 |
|
2.1.3.2. |
Awditi | 20 |
|
2.1.4. |
Kontrolli uffiċjali għall-produzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem | 21 |
|
2.2. |
Kapitolu III — Delega ta’ ċerti kompiti tal-awtoritajiet kompetenti (l-Artikoli 28 sa 33 tal-OCR) | 31 |
|
2.2.1. |
Kundizzjonijiet għad-delega ta’ ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali | 31 |
|
2.3. |
Kapitolu IV — Kampjunar, analiżijiet, testijiet u dijanjosijiet (l-Artikoli 34 sa 42 tal-OCR) | 33 |
|
2.3.1. |
Metodi użati għall-kampjunar, għall-analiżijiet, għat-testijiet u għad-dijanjosijiet (l-Artikolu 34 tal-OCR) | 33 |
|
2.3.2. |
It-tieni Opinjoni Esperta (l-Artikolu 35 tal-OCR) | 37 |
|
2.3.2.1. |
Kundizzjonijiet għall-kampjunar għat-tieni opinjoni esperta u għal analiżi oħra minn laboratorju uffiċjali ieħor | 39 |
|
2.3.2.2. |
Analiżi oħra minn laboratorju uffiċjali ieħor | 40 |
|
2.3.3. |
Laboratorji uffiċjali (l-Artikoli 37 sa 42 tal-OCR) | 40 |
|
2.3.3.1. |
Deżinjazzjoni | 40 |
|
2.3.3.2. |
Akkreditazzjoni | 41 |
|
2.3.3.3. |
Deżinjazzjoni transfruntiera | 42 |
|
2.3.3.4. |
Sottokuntrattar | 43 |
|
2.3.3.5. |
Awditi | 44 |
|
2.4. |
Kapitolu V — Kontrolli uffiċjali fuq annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni | 44 |
|
2.4.1. |
Regoli ta’ kontroll uffiċjali għall-kunsinni li jidħlu fl-Unjoni | 44 |
|
2.4.1.1. |
Kunsinni u dokumenti ta’ akkumpanjament | 44 |
|
2.4.1.2. |
Regoli taċ-ċertifikazzjoni għall-annimali, għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali, għall-prodotti komposti u għall-prodotti ġerminali. | 45 |
|
2.4.1.3. |
Regoli ta’ ċertifikazzjoni għall-pjanti, għall-prodotti tal-pjanti u għal oġġetti oħra | 46 |
|
2.4.1.4. |
Ċertifikazzjoni elettronika | 47 |
|
2.4.1.5. |
Annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni soġġetti għal kontrolli uffiċjali | 47 |
|
2.4.1.6. |
Twettiq tal-kontrolli | 49 |
|
2.4.1.7. |
Użu tas-CHED | 51 |
|
2.4.1.8. |
Bidla fl-għan u fit-trattament speċjali tal-kunsinni | 52 |
|
2.4.1.9. |
CHED-PP marbut ma’ ċertifikat fitosanitarju | 52 |
|
2.4.2. |
Dħul illegali ta’ kunsinni fl-Unjoni | 52 |
|
2.4.2.1. |
Notifika | 53 |
|
2.4.2.2. |
Miżuri | 53 |
|
2.4.2.3. |
Kodiċijiet NM żbaljati | 54 |
|
2.4.3. |
Immaniġġjar ta’ kunsinni mhux konformi | 55 |
|
2.4.3.1. |
Nuqqas ta’ konformità identifikat qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera | 55 |
|
2.4.3.2. |
Nuqqas ta’ konformità identifikat wara r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera | 57 |
|
2.4.4. |
Użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali (l-Artikolu 64 tal-OCR) | 57 |
|
2.4.4.1. |
Użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali għall-kontrolli tal-identità u fiżiċi ta’ prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali | 58 |
|
2.4.4.2. |
Proċedura għall-użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali għall-awtoritajiet kompetenti fil-BCP | 59 |
|
2.4.4.3. |
Elenkar tal-faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali u tar-reġistrazzjoni fi TRACES-NT | 59 |
|
2.5. |
Kapitolu VI — Iffinanzjar tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra (l-Artikoli 78 sa 85 tal-OCR) | 62 |
|
2.5.1. |
Finanzjament — regoli ġenerali | 62 |
|
2.5.2. |
Tariffi jew imposti obbligatorji | 62 |
|
2.5.3. |
Tariffi jew imposti oħrajn (mhux obbligatorji) | 62 |
|
2.5.4. |
Livell tal-kostijiet u metodi tal-kalkolu tat-tariffi jew tal-imposti obbligatorji | 63 |
|
2.5.5. |
Trasparenza | 65 |
|
2.6. |
KAPITOLU VII — Ċertifikazzjoni uffiċjali (l-Artikoli 86 sa 91 tal-OCR) | 66 |
|
2.6.1. |
Ċertifikazzjoni uffiċjali | 66 |
|
2.6.2. |
Ċertifikat uffiċjali | 68 |
|
2.6.3. |
Attestazzjoni uffiċjali | 69 |
|
2.6.4. |
Uffiċjal ċertifikanti | 70 |
|
3 |
TITOLU III — LABORATORJI TA’ REFERENZA U ĊENTRI TA’ REFERENZA | 70 |
|
3.1. |
Deżinjazzjoni u ambitu tal-missjoni | 71 |
|
3.1.1. |
Laboratorji ta’ referenza tal-UE u ċentri ta’ referenza tal-UE (l-Artikoli 92 sa 99 tal-OCR) | 71 |
|
3.1.2. |
Laboratorji nazzjonali ta’ referenza (l-Artikoli 100 sa 101 tal-OCR) | 71 |
|
3.2. |
Akkreditazzjoni | 72 |
|
3.2.1. |
EURLs (l-Artikolu 93 tal-OCR) u NRLs (l-Artikolu 100 tal-OCR) | 72 |
|
3.2.2. |
EURCs (l-Artikoli 95 sa 98 tal-OCR) | 72 |
|
3.3. |
Obbligi ta’ pubblikazzjoni u ta’ notifika | 73 |
|
3.3.1. |
Lista ta’ NRLs | 73 |
|
3.3.2. |
Listi ta’ EURLs u ta’ EURCs | 73 |
|
3.3.3. |
Privatezza tad-Data | 73 |
|
3.4. |
Rappurtar u kontrolli tal-Kummissjoni | 73 |
|
3.4.1. |
EURLs u EURCs | 73 |
|
3.4.2. |
NRLs | 73 |
|
3.4.2.1. |
NRLs: Testijiet komparattivi interlaboratorji u testijiet tal-profiċjenza | 74 |
|
4 |
TITOLU VII – AZZJONI TA’ INFURZAR | 74 |
|
4.1. |
KAPITOLU I — Azzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti u penali | 74 |
|
4.1.1. |
Rapportar ta’ ksur (l-Artikolu 140 tal-OCR) | 74 |
|
4.1.1.1 |
Kamp ta’ applikazzjoni materjali: tip ta’ ksur li jista’ jiġi rrapportat | 75 |
|
4.1.1.2 |
Mekkaniżmi ta’ rapportar | 76 |
|
4.1.1.3 |
Proċeduri bil-miktub | 77 |
|
4.1.1.4 |
Persuni ta’ kuntatt, riċevuta u mmaniġġjar tar-rapporti | 77 |
|
4.1.1.5 |
Protezzjoni ta’ data personali | 77 |
|
4.1.1.6 |
Rapportar anonimu | 78 |
|
4.1.1.7 |
Protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni | 79 |
ABBREVJAZZJONIJIET
|
BCP |
Post ta’ Kontroll fuq il-Fruntiera: Kif definit fil-punt 38 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625 |
|
CA |
Awtorità Kompetenti: Kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
|
CHED |
Dokument sanitarju komuni tad-dħul: Kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/625. |
|
CN |
Nomenklatura Magħquda |
|
COI |
Ċertifikat ta’ Spezzjoni: Kif imsemmi fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 (2) |
|
EU CSW-CERTEX |
Is-Sistema elettronika ta’ Skambju ta’ Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana: Kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2022/2399 (3) |
|
EURC |
Ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea |
|
EURL |
Laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea |
|
HACCP |
Analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta’ kontroll: Kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 (4). |
|
IMSOC |
Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali: l-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625. |
|
iRASFF |
Is-sistema elettronika li timplimenta s-Sistema RASFF: Kif definit fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (5) (ir-Regolament IMSOC). |
|
NRL |
Laboratorju ta’ referenza nazzjonali |
|
OC |
Kontroll(i) uffiċjali |
|
OCR |
Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali: Ir-Regolament (UE) 2017/625 |
|
OIE |
Office international des epizoities – l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali |
|
OOA |
Attività uffiċjali oħra |
|
OV |
Veterinarju uffiċjali: Kif definiti fil-punt 32 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625. |
|
RASFF |
Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf: Kif definit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 |
|
TRACES TRACES-NT |
TRACES (Sistema Esperta tal-Kontroll tal-Kummerċ) Teknoloġija Ġdida: Is-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 133(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 għall-finijiet ta’ skambju ta’ data, ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti. |
INTRODUZZJONI
Il-leġiżlazzjoni dwar il-katina agroalimentari għandha l-għan li tipprevjeni r-riskji u li tippromwovi ċerti aspetti tal-kwalità tal-produzzjoni tal-annimali u tal-oġġetti, kemm għall-komoditajiet li jidħlu fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll għal dawk li diġà jinsabu fis-suq. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ kontroll, li jivverifikaw il-konformità tal-operaturi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar il-katina agroalimentari.
Ir-Regolament (UE) 2017/625 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn imwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali - OCR), jirrappreżenta qafas armonizzat għat-twettiq ta’ tali kontrolli u attivitajiet uffiċjali tul il-katina agroalimentari kollha.
Mid-data tal-applikazzjoni tal-OCR, l-Istati Membri talbu lill-Kummissjoni f’diversi okkażjonijiet biex tipprovdi kjarifiki u pariri dwar l-applikazzjoni prattika ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-OCR, kif ukoll ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati adottati abbażi tal-OCR. L-għan ta’ dan l-Avviż huwa li jiġbor il-fehmiet tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet l-aktar mitluba sabiex jikkontribwixxi għal fehim u applikazzjoni armonizzati ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati.
L-ewwel sett ta’ kjarifiki ġie ppubblikat fl-“Avviż tal-Kummissjoni 2022/C 467/02 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali)” tat-8 ta’ Diċembru 2022. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Kummissjoni kompliet id-diskussjonijiet mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-OCR. Id-dokument attwali huwa reviżjoni tal-ewwel Avviż tal-Kummissjoni li jżid elementi ta’ kjarifika ġodda, filwaqt li l-elementi tal-Avviż preċedenti jibqgħu l-istess.
Dan l-Avviż huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex tinterpreta b’mod awtorevoli d-dritt tal-Unjoni.
1. TITOLU I - SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
1.1. Kontrolli Uffiċjali u Attivitajiet Uffiċjali Oħrajn (l-Artikolu 2 tal-OCR)
L-Artikolu 2 tal-OCR jiddefinixxi u jagħmel distinzjoni bejn “kontrolli uffiċjali” u “attivitajiet uffiċjali oħrajn” mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti deżinjati f’konformità mal-Artikolu 4 tal-OCR:
|
L-Artikolu 2 tal-OCR Kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra
|
Jingħataw aktar kjarifiki dwar “attivitajiet uffiċjali oħra” fil-premessa 25 tal-OCR:
|
Il-premessa 25 tal-OCR Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari tafda wkoll f’idejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ċerti kompiti speċjalizzati li għandhom jitwettqu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali, tas-saħħa tal-pjanti u għall-benesseri tal-annimali u għall-protezzjoni tal-ambjent fir-rigward tal-OĠM u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dawk il-kompiti huma l-attivitajiet ta’ interess pubbliku li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma meħtieġa jwettqu sabiex jeqirdu, irażżnu jew inaqqsu kull periklu li jista’ jinqala’ għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għall-benesseri tal-annimali kif ukoll għall-ambjent. Dawk l-attivitajiet uffiċjali l-oħra, li jinkludu l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet jew approvazzjonijiet, is-sorveljanza u l-monitoraġġ epidemjoloġiċi, l-eradikazzjoni u l-konteniment ta’ mard jew ta’ pesti, kif ukoll il-ħruġ ta’ ċertifikati jew attestazzjonijiet uffiċjali, huma regolati mill-istess regoli settorjali li huma infurzati permezz tal-kontrolli uffiċjali u għaldaqstant minn dan ir-Regolament. |
Din id-distinzjoni hija importanti, minħabba li japplikaw regoli u kundizzjonijiet differenti, skont jekk attività tkunx “kontroll uffiċjali” jew “attività uffiċjali oħra”. B’mod partikolari, l-Artikolu 1(5) tal-OCR jispeċifika liema dispożizzjonijiet tal-OCR japplikaw ukoll għal attivitajiet uffiċjali oħrajn u, bħala konsegwenza, liema dispożizzjonijiet japplikaw biss għall-kontrolli uffiċjali. Pereżempju, filwaqt li l-operaturi huma intitolati għal opinjoni esperta oħra fir-rigward tal-kampjunar, tal-analiżi, tal-ittestjar jew tad-dijanjożi li jitwettqu fuq l-annimali jew l-oġġetti tagħhom fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali (l-Artikolu 35 tal-OCR), dan id-dritt ma jestendix għall-kampjunar, għall-analiżi, għall-ittestjar jew għad-dijanjożi tal-annimali jew tal-oġġetti fil-kuntest ta’ attivitajiet uffiċjali oħrajn. Id-distinzjoni bejn il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn hija rilevanti wkoll fir-rigward tal-kalkolu ta’ tariffi u imposti obbligatorji f’konformità mal-Artikolu 79 tal-OCR minħabba li dik id-dispożizzjoni tapplika biss għall-kontrolli uffiċjali u mhux għal attivitajiet uffiċjali oħrajn (ara2.5. CHAPTER VI – Financing of official controls and of other official activities (Articles 78 to 85 of the OCR) wkoll hawn taħt).
Kif hemm iddikjarat fl-Artikolu 2 tal-OCR, kemm il-“kontrolli uffiċjali” kif ukoll “attivitajiet uffiċjali oħrajn” jitwettqu minn “awtorità kompetenti”, “korp delegat” (6) jew persuna fiżika li lilha jkunu ġew iddelegati ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħrajn f’konformità mal-OCR. L-Artikolu 2(1) tal-OCR jiddefinixxi li l-“kontrolli uffiċjali” jitwettqu bil-għan li tiġi vverifikata l-konformità tal-operaturi jew tal-annimali jew tal-oġġetti (7) mal-OCR u/jew mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tiegħu. Din id-definizzjoni timplika tliet karatteristiċi li attività trid tissodisfa fl-istess ħin sabiex titqies bħala “kontroll uffiċjali” skont it-tifsira tal-OCR:
L-għan tagħha huwa
|
(i) |
l-verifika tal-konformità, |
|
(ii) |
tal-operaturi, tal-annimali jew tal-oġġetti, |
|
(iii) |
mal-OCR u/jew mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tiegħu. |
Pereżempju, fir-rigward tal-punt (i) ta’ hawn fuq, filwaqt li l-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR għall-finijiet tal-ħruġ ta’ ċertifikat uffiċjali jew ta’ attestazzjoni uffiċjali hija “kontroll uffiċjali”, il-ħruġ ta’ ċertifikat (fuq il-bażi ta’ kontroll uffiċjali mwettaq qabel il-ħruġ) minnu nnifsu ma jsirx “sabiex tiġi vverifikata l-konformità” u għalhekk huwa “attività uffiċjali oħra”.
Fir-rigward tal-punt (ii) ta’ hawn fuq, pereżempju, il-verifika tal-konformità tal-awtorità kompetenti mar-regoli tal-OCR ma titqiesx bħala “kontroll uffiċjali”, minħabba li l-“awtorità kompetenti” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tal-OCR mhijiex “operatur” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(29) ta’ dak ir-Regolament. B’mod simili, il-verifiki tal-konformità tal-laboratorji uffiċjali jew tal-korpi delegati mal-obbligi stabbiliti fl-OCR jitqiesu bħala “attivitajiet uffiċjali oħrajn”. Madankollu, mhuwiex eskluż li r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR jistabbilixxu obbligi għal dawk l-entitajiet u, f’dak il-każ, dawk l-entitajiet jistgħu jikkwalifikaw bħala “operaturi”, u għalhekk, il-verifiki tal-konformità ma’ dawn ir-regoli jistgħu jikkwalifikaw bħala “kontrolli uffiċjali”.
Fir-rigward tal-punt (iii) ta’ hawn fuq, pereżempju, il-kontrolli tal-konformità ma’ regoli għajr l-OCR u l-leġiżlazzjoni dwar il-katina agroalimentari msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR la jitqiesu bħala “kontrolli uffiċjali” u lanqas bħala “attivitajiet uffiċjali oħrajn” skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tal-OCR.
B’mod ġenerali, il-passi kollha meħtieġa sabiex titwettaq attività għandhom jitqiesu bħala parti minn dik l-attività. Dan jinkludi passi ta’ dokumentazzjoni, bħall-kitba ta’ rapporti dwar il-kontrolli uffiċjali jew ir-reġistrazzjoni tal-eżitu ta’ attività fis-sistemi elettroniċi (eż. il-finalizzazzjoni u l-iffirmar ta’ CHED). B’kuntrast għal dan, pereżempju, il-ħruġ ta’ ċertifikat uffiċjali huwa attività separata li tirriżulta fil-produzzjoni ta’ dokument b’effett legali, li huwa bbażat fuq l-eżiti ta’ kontroll uffiċjali ffinalizzat u ddokumentat, iżda fih innifsu mhuwiex parti mill-kontroll uffiċjali. Xi eżempji oħrajn ta’ “attivitajiet uffiċjali oħrajn”, f’konformità mal-fehmiet espressi mill-Istati Membri matul l-abbozzar tal-OCR u matul id-diskussjonijiet fil-Kunsill, huma:
|
— |
il-ġestjoni tal-listi ta’ operaturi rreġistrati/approvati; |
|
— |
gwida/pariri lill-operaturi dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari u l-implimentazzjoni tagħha; |
|
— |
stħarriġiet dwar il-preżenza ta’ pesti tal-pjanti; |
|
— |
sorveljanza għall-identifikazzjoni tal-mard tal-annimali; |
|
— |
investigazzjonijiet epidemjoloġiċi ta’ tifqigħat mill-ikel; |
|
— |
notifika ta’ mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti; |
|
— |
eradikazzjoni u konteniment tal-mard tal-annimali jew tal-pesti tal-pjanti; |
Meta nuqqas stabbilit ta’ konformità jwassal għas-suspett ta’ aktar nuqqasijiet ta’ konformità (l-Artikolu 137(2) tal-OCR), jew iħajjar investigazzjonijiet immirati biex jiddeterminaw il-firxa jew l-oriġini tan-nuqqas ta’ konformità jew ir-responsabbiltà tal-operatur (l-Artikolu 138(1)(a) tal-OCR), attivitajiet bħal dawn ikunu huma stess immirati lejn il-verifika tal-konformità u għalhekk għandhom jitqiesu bħala “kontrolli uffiċjali”.
Xi attivitajiet jistgħu jkunu jew kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħrajn, skont l-iskop tagħhom. Pereżempju, il-verifika tal-preżenza ta’ marda fil-kuntest ta’ programm ta’ eradikazzjoni tikkwalifika bħala “attività uffiċjali oħra” f’konformità mal-Artikolu 2(2) tal-OCR, filwaqt li l-verifika tal-preżenza tal-istess marda tista’ tkun “kontroll uffiċjali”, jekk titwettaq sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR. B’mod partikolari, uħud mill-metodi u t-tekniki għall-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 14 tal-OCR jintużaw bl-istess mod matul is-sorveljanza u l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi (eż. l-eżami tad-dokumenti u r-rekords tat-traċċabbiltà, l-intervisti, il-kampjunar, l-analiżi, id-dijanjosi u t-testijiet, eċċ.). Għal dawk l-attivitajiet, jekk ikun meħtieġ, tista’ ssir distinzjoni bejn iż-żewġ kuntesti abbażi tal-karatteristiċi deskritti hawn fuq.
Xi eżempji prattiċi ta’ “kontrolli uffiċjali” u “attivitajiet uffiċjali oħrajn” huma inklużi fit-Table 1 hawn taħt.
Tabella1
Eżempji ta’ kontrolli uffiċjali (OC) u ta’ attivitajiet uffiċjali oħrajn (OOA)
|
|
Attività |
OC |
OOA |
Kumment / raġunament |
|
1 |
Ċekkjar tal-lista ta’ notifiki minn qabel ta’ kunsinni li jidħlu fl-Unjoni għall-ippjanar tal-kontrolli fil-fruntiera |
|
OOA |
Preparazzjoni qabel it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali |
|
2 |
L-istabbiliment ta’ programm ta’ eradikazzjoni |
|
OOA |
L-eradikazzjoni u l-konteniment tal-mard jew tal-pesti (ara l-premessa 25 tal-OCR) |
|
3 |
L-użu tar-riżultati tas-sorveljanza mwettqa mill-operaturi |
|
OOA |
Analiżi tad-data li tinforma/tassisti fil-preparazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, mhux fiha nnifisha verifika tal-konformità |
|
4 |
L-abbozzar ta’ proċeduri bil-miktub għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali |
|
OOA |
Preparazzjoni/assistenza qabel il-kontrolli uffiċjali |
|
5 |
Ċekkjar tar-rekords tal-kunsinni ta’ tranżitu |
OC |
|
Verifika tal-konformità (mal-Artikolu 19(e) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 (8)) |
|
6 |
Kampjunar tal-kunsinni li jidħlu fl-Unjoni skont TRACES-NT |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
7 |
Ċekkjar fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni. |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
8 |
Ċekkjar li CHED ikun imtela korrettament mill-operatur |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
9 |
Kampjunar u analiżi ta’ kunsinna f’Post ta’ Kontroll fuq il-Fruntiera |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
10 |
Kampjunar u analiżi ta’ kunsinna fil-post tad-destinazzjoni wara l-kummerċ transfruntier |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
11 |
Ċekkjar li r-restrizzjonijiet fuq il-moviment ġew rispettati minn operatur |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
12 |
Kampjunar u analiżi ta’ kunsinna fi stabbiliment ta’ kwarantina, kif meħtieġ mir-regoli tal-Unjoni |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
13 |
Kampjunar u analiżi għal marda emerġenti |
|
OOA |
Sorveljanza epidemjoloġika; ara l-premessa 25 tal-OCR |
|
14 |
Kampjunar ta’ annimali selvaġġi sabiex tiġi mistħarġa marda elenkata |
|
OOA |
Programm ta’ sorveljanza sabiex tiġi vverifikata l-preżenza ta’ mard; ara l-premessa 25 tal-OCR |
|
15 |
Ċekkjar li operatur qed jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti minn programm ta’ eradikazzjoni għal marda elenkata |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
16 |
Assistenza lil operatur dwar miżuri ta’ bijosigurtà sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ mard elenkat, ipprovduta mill-awtoritajiet kompetenti, jew mill-korpi delegati jew mill-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew delegati ċerti attivitajiet uffiċjali oħrajn f’konformità mal-OCR u mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
OOA |
Assistenza, mhux verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
17 |
Ċekkjar tad-data tal-produzzjoni sabiex jiġi vverifikat li l-operatur jinnotifika l-mortalitajiet anormali, it-tnaqqis sinifikanti fir-rati tal-produzzjoni għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu ddeterminati, jew is-suspetti li jista’ jkollu ta’ ċertu mard elenkat eċċ., kif meħtieġ mir-regoli tal-Unjoni |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
18 |
Kampjunar u analiżi sabiex jinżamm l-istatus ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ stabbiliment bħala ħieles minn marda/pest elenkat/a |
|
OOA |
Programm ta’ sorveljanza sabiex tiġi vverifikata l-preżenza tal-mard |
|
19 |
Twettiq ta’ stħarriġ ibbażat fuq ir-riskju sabiex tiġi ċċekkjata l-preżenza ta’ pesti |
|
OOA |
ara l-Artikolu 2(2) u l-premessa 25 tal-OCR |
|
20 |
Valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti organiċi tal-ikel u tal-għalf qabel l-introduzzjoni fis-suq |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
21 |
Verifika tal-konformità mal-Livelli Massimi ta’ Residwi |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
22 |
Investigazzjoni epidemjoloġika sabiex jiġi ddeterminat kemm tkun infirxet marda |
|
OOA |
ara l-Artikolu 2(2) u l-premessa 25 tal-OCR |
|
23 |
Kontrolli regolari jew ibbażati fuq ir-riskju fi stabbiliment approvat sabiex jiġi ċċekkjat jekk l-operatur għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
24 |
Azzjonijiet (eż. spezzjoni, skrutinju tad-dokumenti, eċċ.) fir-rigward ta’ stabbiliment li applika għall-approvazzjoni kif meħtieġ mir-regoli tal-Unjoni (eż. ċentru ta’ assemblaġġ, farm tal-akkwakultura, stabbiliment ta’ prodotti ġerminali) |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
25 |
Awditjar tal-biċċeriji/tal-impjanti tat-tqattigħ għal prattiki u proċeduri tajbin tal-iġjene abbażi tal-prinċipji tal-HACCP |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
26 |
Verifika (inkluż kampjunar u analiżi) li l-investigazzjonijiet meħtieġa dwar mortalitajiet anormali jew produzzjoni mnaqqsa b’mod sinifikanti qed isiru kif xieraq minn veterinarju privat f’konformità mal-Artikolu 18(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429 (9) |
OC |
|
Verifika tal-konformità tal-operaturi u tal-veterinarji privati mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
27 |
Verifika li l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni jikkonformaw mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
28 |
Teħid ta’ deċiżjoni u ffirmar tas-CHED |
OC |
|
Parti mill-finalizzazzjoni tal-kontroll uffiċjali |
|
29 |
Jiddaħħlu r-riżultati tal-kontrolli fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni fi TRACES-NT |
OC |
|
Parti mill-finalizzazzjoni tal-kontroll uffiċjali |
|
30 |
Ħruġ ta’ permess għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, inklużi permessi abbażi ta’ regoli ta’ dħul li mhumiex armonizzati bis-sħiħ fil-livell tal-Unjoni |
|
OOA |
Attività bbażata fuq l-eżiti tal-kontrolli uffiċjali b’mod simili għall-ħruġ ta’ ċertifikat jew attestazzjoni uffiċjali (l-Artikolu 2(2) tal-OCR). L-Artikolu 1(2) tal-OCR jirreferi għar-regoli stabbiliti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak nazzjonali. |
|
31 |
Kampjunar u analiżi magħmulin sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità ta’ annimal/kunsinna mar-rekwiżiti li għandhom jiġu ċċertifikati għall-kummerċ transfruntier |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
32 |
Ċekkjar imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti jew minn korpi/persuni delegati fuq lottijiet ta’ pjanti jew prodotti tal-pjanti għall-preżenza ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni jew pesti regolati mhux ta’ kwarantina għall-fini tal-ħruġ ta’ ċertifikat fitosanitarju |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(g) tal-OCR |
|
33 |
Ċekkjar imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti jew minn korpi/persuni delegati fuq lottijiet ta’ pjanti jew prodotti tal-pjanti għall-preżenza ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni jew pesti regolati mhux ta’ kwarantina għall-fini tal-ħruġ ta’ passaport tal-pjanti |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(g) tal-OCR |
|
34 |
Kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-korpi/persuni delegati fuq lottijiet ta’ pjanti jew prodotti tal-pjanti għall-preżenza ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni jew pesti regolati mhux ta’ kwarantina |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
35 |
Ħruġ ta’ ċertifikat fitosanitarju jew passaport tal-pjanti |
|
OOA |
Attività bbażata fuq l-eżitu ta’ kontroll uffiċjali |
|
36 |
Attivitajiet ta’ stħarriġ maħsuba għall-identifikazzjoni tal-preżenza ta’ pesti tal-pjanti. |
|
OOA |
Attività mhux immirata direttament biex tivverifika l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
37 |
Kampjuni u analiżi mwettqa fil-kuntest ta’ stħarriġ għall-preżenza ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni |
|
OOA |
Sorveljanza epidemjoloġika; ara l-premessa 25 tal-OCR |
|
38 |
Ordni tar-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali wara tifqigħa sabiex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-mard tal-annimali |
|
OOA |
Konteniment tat-tixrid tal-mard tal-annimali (ara l-Artikolu 2(2) tal-OCR) |
|
39 |
L-ordni ta’ restrizzjonijiet fuq il-moviment bħala parti minn programm ta’ eradikazzjoni jew minħabba ċertu status stabbilit (infettat, ħieles, eċċ.) |
|
OOA |
Eradikazzjoni tal-mard tal-annimali (ara l-Artikolu 2(2) tal-OCR) |
|
40 |
Ordni ta’ restrizzjonijiet fuq il-moviment minħabba tifqigħa epidemika |
|
OOA |
Konteniment tat-tixrid tal-mard tal-annimali (ara l-Artikolu 2(2) tal-OCR) |
|
41 |
Qtil tal-annimali fil-kuntest ta’ programm ta’ eradikazzjoni |
|
OOA |
Eradikazzjoni tal-mard tal-annimali (ara l-Artikolu 2(2) tal-OCR) |
|
42 |
Notifika tal-preżenza ta’ marda elenkata (permezz tal-ADNS, lid-WOAH, lill-pajjiżi kummerċjanti eċċ.) |
|
OOA |
Attività wara kontroll uffiċjali (jew wara attività uffiċjali oħra) |
|
43 |
Informazzjoni lill-pubbliku dwar ċerti riskji (eż. marda epidemika, it-tip tal-marda, il-miżuri meħuda eċċ.) |
|
OOA |
Informazzjoni, mhux il-verifikatal-konformità |
|
44 |
Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ stabbiliment |
|
OOA |
Attività wara l-verifika tal-konformità (l-Artikolu 148 tal-OCR); ara l-premessa 25 |
|
45 |
Ċekkjar fi stabbiliment tal-UE sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-esportazzjoni li huma stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
46 |
Azzjonijiet investigattivi sabiex jiġi ddeterminat l-estent ta’ nuqqas ta’ konformità |
OC |
|
L-Artikolu 138(1) tak-OCR; verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR; |
|
47 |
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR għall-finijiet tal-ħruġ ta’ ċertifikat uffiċjali jew attestazzjoni uffiċjali |
OC |
|
Verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR (ara l-Artikolu 2(1)(b) tal-OCR) |
|
48 |
Ħruġ ta’ ċertifikat uffiċjali jew attestazzjoni uffiċjali abbażi tal-eżiti tal-kontrolli uffiċjali |
|
OOA |
Attività bbażata fuq kontroll uffiċjali lest (ara l-Artikolu 2(2) tal-OCR) |
|
49 |
Tħejjija ta’ rapport ta’ spezzjoni/awditjar/laboratorju (eżitu tal-kontroll uffiċjali) |
OC |
|
Parti integrali mill-attività ta’ kontroll uffiċjali |
|
50 |
Monitoraġġ tal-kontaminanti fl-ikel jew fl-għalf (10) imwettaq sabiex tiġi vverifikata l-konformità ma’ livell regolatorju stabbilit mir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali, jew sabiex tiġi vverifikata l-konformità ta’ operatur mal-miżuri ta’ mitigazzjoni stabbiliti mir-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali |
OC |
|
Attività mmirata lejn il-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
|
51 |
Monitoraġġ ta’ kontaminanti fl-ikel jew fl-għalf li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda livell regolatorju, imwettqa sabiex tiġi vverifikata l-preżenza ta’ kontaminanti fl-ikel jew fl-għalf jew bl-objettiv li tinġabar data f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) |
|
OOA |
Attività ta’ monitoraġġ mhux immirata li ma għandhiex l-għan li tivverifika l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
1.2. Il-veterinarju uffiċjali (l-Artikolu 3 tal-OCR)
|
L-Artikolu 3 tal-OCR Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: [..]
|
Kif imsemmi fil-premessa 44 tal-OCR, it-twettiq ta’ ċerti kontrolli uffiċjali jeħtieġ l-użu tal-ħiliet speċifiċi tal-veterinarji uffiċjali biex jiġi żgurat eżitu tajjeb, mingħajr ma dan ir-rekwiżit jillimita xogħolhom biss għal dawk it-tipi ta’ kontrolli uffiċjali.
Mid-definizzjoni tal-Artikolu 3(32) tal-OCR jirriżulta li l-veterinarji uffiċjali jistgħu jkunu membri tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti, jew mod ieħor. Veterinarju mis-settur privat jista’ jappartjeni għal din l-aħħar kategorija, għalhekk il-ħatra ta’ veterinarju uffiċjali mhijiex neċessarjament marbuta ma’ kuntratt ta’ xogħol bħala membru tal-persunal tal-awtorità kompetenti.
L-Artikolu 5(2) tal-OCR jispeċifika li l-awtoritajiet kompetenti jaħtru veterinarji uffiċjali bil-miktub u li din il-ħatra tinkludi deskrizzjoni tal-kontrolli uffiċjali speċifiċi u attivitajiet uffiċjali oħra u kompiti relatati li se jwettqu. Ir-regoli dwar id-delega tal-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 28 sa 31 tal-OCR mhumiex relatati ma’ din il-ħatra, peress li l-kunċett ta’ delega mhuwiex xieraq f’dan il-każ fejn il-leġiżlazzjoni tattribwixxi speċifikament ċerti kompiti ta’ kontroll lill-veterinarju uffiċjali.
L-OCR jistipula r-rwol tal-veterinarji uffiċjali f’żewġ Kapitoli separati tat-Titolu II:
|
(a) |
Rigward il-produzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, fl-Artikoli 17 u 18 (il-Kapitolu II) dwar il-kontrolli uffiċjali, l-OCR jistabbilixxi, fost l-oħrajn, qafas dwar it-tipi ta’ kooperazzjoni bejn il-veterinarju uffiċjali u l-awżiljarju uffiċjali waqt it-twettiq ta’ ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali u dwar it-termini għall-kontribuzzjoni tal-persunal tal-biċċerija għall-kompiti ta’ kontroll uffiċjali. |
|
(b) |
Fir-rigward tal-kunsinni msemmija fl-Artikolu 47(1) li huma soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera mad-dħul fl-Unjoni, l-Artikoli 49 u 55 (il-Kapitolu V) jiddistingwu bejn l-annimali u l-oġġetti fir-rigward tar-rwol tal-veterinarju uffiċjali. B’mod aktar speċifiku, l-OCR jiddistingwi l-annimali u l-oġġetti dwar jekk il-veterinarji uffiċjali jridux iwettqu l-kontrolli fiżiċi u jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-konformità tal-kunsinni mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), personalment, jew jekk il-persunal imħarreġ jistax jissostitwixxihom. Din id-distinzjoni hija murija fi Figure 1. |
Illustrazzjoni1
Ir-rwol tal-veterinarju uffiċjali u tal-persunal imħarreġ u deżinjat speċifikament dwar il-kontrolli fiżiċi u d-deċiżjonijiet meħuda fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni, skont l-Artikoli 49 u 55 tal-OCR
Mill-Artikolu 5(2) tal-OCR jirriżulta li r-rekwiżiti applikati għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti huma imposti wkoll fuq il-veterinarji uffiċjali maħtura kollha. F’dan il-punt, l-OCR jenfasizza l-importanza tal-ħelsien minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess għall-veterinarji uffiċjali. Sabiex jiġi żgurat dan in-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess, l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom proċeduri jew arranġamenti fis-seħħ f’konformità mal-Artikolu 5(1)(c) tal-OCR.
L-Artikolu 5(1), (4) u (5) tal-OCR japplika għall-veterinarji uffiċjali kollha. L-istess jgħodd għar-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tal-OCR dwar il-kunfidenzjalità u r-rekwiżiti tal-Artikolu 91(3) dwar l-imparzjalità u l-libertà ta’ kunflitt ta’ interess, li f’dan il-każ, jirreferi għas-superviżjoni tal-ħruġ tal-attestazzjoni uffiċjali mill-veterinarju uffiċjali.
L-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu kontrolli uffiċjali bbażati fuq proċeduri dokumentati, kif previst fl-Artikolu 12 tal-OCR, japplika wkoll għall-veterinarji uffiċjali. L-operaturi għandhom jassistu u jikkooperaw mal-veterinarji uffiċjali meta jwettqu kontrolli uffiċjali jew kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħra, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(6) tal-OCR.
Fir-rigward tat-taħriġ, il-veterinarji uffiċjali huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ taħriġ ġenerali tal-Artikolu 5(4) tal-OCR, taħriġ għall-ħruġ ta’ attestazzjonijiet uffiċjali msemmija fl-Artikolu 91(3) tal-OCR u taħriġ ipprovdut miċ-ċentri ta’ referenza Ewropej għat-trattament xieraq tal-annimali msemmija fl-Artikolu 96(e) tal-OCR.
Fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, l-Artikoli 13 u 14 u l-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 (12) jelenkaw ir-rekwiżiti tat-taħriġ għall-veterinarju uffiċjali, għall-awżiljarju uffiċjali, għall-persunal tal-biċċerija u għall-persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-kontrolli uffiċjali fl-impjanti tat-tqattigħ.
Il-persunal li jassisti lill-veterinarju uffiċjali fit-twettiq tal-kontrolli fiżiċi jew fit-twettiq tal-kontrolli fiżiċi fil-BCPs għall-annimali u għall-prodotti stabbiliti fl-Artikolu 49(2) tal-OCR, huwa soġġett għar-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1081 (13).
2. TITOLU II — KONTROLLI UFFIĊJALI U ATTIVITAJIET UFFIĊJALI OĦRA FL-ISTATI MEMBRI
2.1. KAPITOLU II — Kontrolli uffiċjali
2.1.1. Kontrolli uffiċjali tal-kummerċ elettroniku
L-Istati Membri għandhom l-obbligu ġenerali li jistabbilixxu sistema ta’ kontrolli uffiċjali bbażati fuq ir-riskju (l-Artikolu 9 tal-OCR). Sa fejn ikun meħtieġ biex tkun aċċertata l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq “annimali u oġġetti fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-użu”; “sustanzi, materjali jew oġġetti oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw il-karatteristiċi jew is-saħħa tal-annimali u l-oġġetti, u l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti applikabbli, fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-użu”; u “operaturi fir-rigward tal-attivitajiet, inkluż iż-żamma ta’ annimali, it-tagħmir, il-mezzi ta’ trasport, il-bini u postijiet oħra taħt il-kontroll tagħhom u l-inħawi ta’ madwarhom u fuq dokumentazzjoni relatata” (l-Artikolu 10(1) tal-OCR). Il-kontrolli uffiċjali jistgħu għalhekk jikkonċernaw l-annimali u l-oġġetti offruti għall-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni minn distanza u l-operaturi fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa permezz ta’ komunikazzjoni minn distanza.
Il-“ mezzi ta’ komunikazzjoni minn distanza ” (imsemmija fl-Artikolu 15(5) u fl-Artikolu 36 tal-OCR) jistgħu jinftiehmu li jinkludu l-internet, iżda wkoll mekkaniżmi ta’ ordni mill-bogħod oħra, bħal bil-posta jew bit-telefown minn katalogu. Madankollu, l-attivitajiet tal-kummerċ elettroniku, b’mod partikolari l-bejgħ online ta’ prodotti agroalimentari, huma l-aktar rilevanti f’termini ta’ volum u ta’ esponiment għaċ-ċittadini li għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-kontrolli uffiċjali.
L-attivitajiet tal-kummerċ elettroniku fis-settur agroalimentari jistgħu jinkludu:
|
— |
bejgħ min-negozju għall-konsumatur u minn negozju għal negozju; |
|
— |
preżentazzjoni u informazzjoni online dwar il-prodott; |
|
— |
operazzjonijiet li jużaw kemm kanali stazzjonarji kif ukoll online kif ukoll kanali online biss; |
|
— |
modi ta’ xiri differenti għall-oġġetti online (eż. ħlas online jew mat-twassil/ġbir); |
|
— |
attivitajiet li jinvolvu fornituri ta’ servizzi diġitali, fost l-oħrajn swieq u pjattaformi online; |
|
— |
mudelli ta’ negozju speċifikament online, bħal “ristoranti virtwali” (jiġifieri faċilitajiet għall-preparazzjoni tal-ikel li joperaw biss għal ordnijiet ta’ delivery jew ta’ takeaway imqiegħda fuq is-siti web, l-apps jew il-pjattaformi); |
|
— |
il-bejgħ transfruntier, fost l-oħrajn l-importazzjonijiet minn operaturi li jinsabu f’pajjiżi terzi direttament liċ-ċittadini tal-UE. |
B’mod ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli regolari, ibbażati fuq ir-riskju fuq l-operaturi u l-annimali jew l-oġġetti fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar, tad-distribuzzjoni u tal-użu f’konformità mal-Artikoli 9 u 10 tal-OCR. Dan ir-rekwiżit japplika bl-istess mod għall-attivitajiet tal-kummerċ elettroniku kif ukoll għall-attivitajiet konvenzjonali.
2.1.1.1. Reġistrazzjoni tal-operaturi tal-kummerċ elettroniku
L-Artikolu 10(2) tal-OCR jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jżommu listi aġġornati tal-operaturi (ara wkoll it-taqsima 2.1.2). Għal dan l-għan, l-Artikolu 15(5) tal-OCR jirrikjedi li l-operaturi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni aġġornata dwar isimhom u l-forma ġuridika tagħhom kif ukoll l-attivitajiet imwettqa, “ inklużi attivitajiet imwettqa permezz ta’ komunikazzjoni minn distanza, u l-postijiet taħt il-kontroll tagħhom ”. Din għandha jkun fiha informazzjoni speċifika dwar il-kanali kollha ta’ komunikazzjoni minn distanza użati mill-operatur, inkluż jekk l-operatur jagħmilx użu minn servizzi intermedjarji bħal networks soċjali u swieq online, u għandha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli uffiċjali fuq l-attivitajiet tal-operaturi, “ inkluż iż-żamma ta’ annimali, it-tagħmir, il-mezzi ta’ trasport, il-bini u postijiet oħra taħt il-kontroll tagħhom u l-inħawi ta’ madwarhom u fuq dokumentazzjoni relatata ” f’konformità mal-Artikolu 10(1)(c) tal-OCR.
L-operaturi stabbiliti fi Stat Membru wieħed jistgħu joperaw siti web li huma mmirati lejn klijenti fi Stat Membru ieħor (eż. billi jużaw il-lingwa tal-Istat Membru l-ieħor u/jew joffru għażliet ta’ konsenja).
L-istrateġiji tat-tiftix online użati mill-Istati Membri biex jidentifikaw siti web jew oġġetti mibjugħa online normalment jiżvelaw ukoll operaturi stabbiliti barra mill-ġuriżdizzjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mekkaniżmi ta’ assistenza u kooperazzjoni amministrattiva (l-Artikoli 102 sa 108 tal-OCR) biex jinfurmaw lil xulxin dwar l-attivitajiet transfruntiera tal-operaturi.
L-operaturi f’pajjiżi terzi jistgħu jkunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi għar-reġistrazzjoni jew għall-awtorizzazzjoni stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR, skont l-attivitajiet tagħhom u l-kategoriji ta’ oġġetti esportati lejn l-UE.
2.1.1.2. Kampjunar u analiżi ta’ annimali u ta’ oġġetti mibjugħa online
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu t-teħid tal-kampjuni u l-analiżijiet sabiex jivverifikaw il-konformità matul il-kontrolli bbażati fuq ir-riskju tal-annimali u tal-oġġetti f’konformità mal-Artikolu 14(h) tal-OCR. Dan jista’ jikkonċerna annimali u oġġetti offruti online. Il-kampjuni jistgħu jittieħdu matul l-ispezzjoni tal-bini tal-operaturi li joffru prodotti online. Mod effettiv ieħor ta’ kampjunar (b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet transfruntiera) huwa li l-oġġetti jiġu ordnati online u li jittieħdu kampjuni ta’ dawk l-oġġetti mat-twassil. Għal dan l-għan, u sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli uffiċjali mingħajr avviż minn qabel f’konformità mal-Artikolu 9(4) tal-OCR, l-awtoritajiet kompetenti jista’ jkollhom jaħbu l-identità tagħhom matul il-proċess tal-ordni. L-Artikolu 36 tal-OCR jipprovdi l-bażi legali biex l-awtoritajiet kompetenti jużaw annimali u oġġetti ordnati online (jew b’mezzi oħra ta’ komunikazzjoni minn distanza) mingħajr ma jidentifikaw lilhom infushom bħala kampjuni għall-finijiet tal-kontrolli uffiċjali. Ladarba jkunu fil-pussess tal-kampjuni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-operaturi li l-oġġetti ġew ordnati għall-finijiet tal-kampjunar uffiċjali u/jew analiżi (l-Artikolu 36(2)(a) tal-OCR). L-operaturi li l-annimali u l-oġġetti tagħhom huma soġġetti għall-kampjunar u għall-analiżi għandhom id-dritt għat-tieni opinjoni esperta (ara aktar dettalji fil-Kapitolu 2.3.2 dwar l-Artikolu 35 tal-OCR).
2.1.1.3. Azzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità u ta’ riskju
Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari hija f’idejn l-Istati Membri (il-premessa 15 tal-OCR), li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu azzjoni f’konformità mal-Artikoli 137 u 138 tal-OCR. Meta jinstabu jew jiġu ssuspettati nuqqasijiet ta’ konformità tal-annimali u tal-oġġetti offruti jew mibjugħa online li għandhom rilevanza għal Stati Membri oħra, jew l-operatur responsabbli jkun jinsab fi Stat Membru ieħor, għandhom jintużaw il-mekkaniżmi għall-assistenza amministrattiva u l-kooperazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 102 sa 108 tal-OCR u implimentati fis-sistema tal-IT iRASFF bħala komponent tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali (IMSOC), sabiex jippermettu azzjoni ta’ infurzar effiċjenti u konsistenti fl-Istati Membri kollha.
Meta oġġetti mhux konformi offruti jew mibjugħa online jinstabu li jippreżentaw riskju għas-saħħa skont it-tifsira tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-proċedura RASFF implimentata fis-sistema iRASFF għandha tintuża kif xieraq.
Il-Kummissjoni tinforma lill-pajjiżi terzi li ma għandhomx aċċess għas-sistemi iRASFF jew TRACES dwar il-prodotti li huma soġġetti għan-notifiki tal-RASFF (twissija, informazzjoni jew notifika ta’ rifjut fil-fruntiera) li joriġinaw f’dawk il-pajjiżi terzi jew li jitqassmu fihom; fil-każ ta’ notifiki ta’ nuqqas ta’ konformità u ta’ notifiki ta’ frodi alimentari, il-Kummissjoni tista’ tinforma lill-pajjiżi terzi kkonċernati li ma għandhomx aċċess għal iRASFF jew għal TRACES (l-Artikolu 27 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715).
Aktar informazzjoni dwar l-użu prattiku tal-iRASFF biex jiġu nnotifikati l-prodotti offruti online tinsab fil-Proċeduri Operattivi Standard tal-RASFF (14).
2.1.1.4. Fornituri ta’ servizzi diġitali
Ir-Regolament (UE) 2022/2065 (15) (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali — DSA, Digital Services Act) diġà japplika għall-pjattaformi online u għall-magni tat-tiftix online deżinjati mill-Kummissjoni bħala pjattaformi online kbar ħafna u magni tat-tiftix online kbar ħafna (16). Dan japplika għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji kollha attivi fl-Unjoni mis-17 ta’ Frar 2024. Id-DSA jistabbilixxi regoli rigward l-eżenzjoni mir-responsabbiltà ta’ u l-obbligi ta’ diliġenza imposti fuq il-fornituri tas-servizzi intermedjarji.
L-Artikolu 3(g) tad-DSA jiddefinixxi kategoriji differenti ta’ servizzi intermedjarji, li minnhom il-“ hosting ” huwa l-aktar rilevanti mil-lat tas-sikurezza u l-konformità tal-prodotti. Hosting huwa servizz li bih fornitur ta’ servizz jaħżen fuq is-server tiegħu informazzjoni pprovduta mill-utent tas-servizz, jiġifieri parti terza indipendenti. Servizz ta’ “pjattaforma online” huwa subkategorija ta’ hosting speċifika li tinkludi servizzi fejn l-informazzjoni maħżuna, barra minn hekk, tixxerred lill-pubbliku fuq talba tal-utent tas-servizz, bħal networks soċjali online jew pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-kummerċjanti.
Il-fornituri tas-servizzi intermedjarji li jwettqu attivitajiet ta’ hosting ma għandhom l-ebda obbligu ġenerali li jimmonitorjaw l-użu tas-servizzi tagħhom għal attività illegali u huma eżentati kundizzjonalment mir-responsabbiltà għal kontenut illegali pprovdut minn partijiet terzi li jużaw is-servizzi tagħhom. Il-kunċett ta’ kontenut illegali f’dan il-kuntest ikopri wkoll l-offerta ta’ oġġetti mhux sikuri u/jew mhux konformi.
L-eżenzjoni mir-responsabbiltà mhijiex assoluta. Skont l-Artikolu 6(1) tad-DSA, dan japplika biss bil-kundizzjoni li l-fornitur tas-servizz:
|
(a) |
ma jkunx kiseb għarfien effettiv ta’ attività illegali jew kontenut illegali u, fir-rigward ta’ talba għad-danni, ma jkollux konoxxenza ta’ fatti jew ċirkostanzi li minnhom ikunu apparenti l-attività illegali jew il-kontenut illegali; jew |
|
(b) |
malli jikseb dawn l-għarfien jew il-konoxxenza, jaġixxi malajr biex ineħħi jew jiddiżattiva l-aċċess għall-kontenut illegali. |
Għalhekk, sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà stabbilita fl-Artikolu 6 tad-DSA, il-fornituri tas-servizzi tal-hosting iridu jaġixxu malli jiksbu informazzjoni speċifika dwar attività jew kontenut illegali, miksuba jew b’riżultat ta’ investigazzjonijiet volontarji fuq inizjattiva proprja (17) jew miksuba permezz ta’ notifika minn individwi jew entitajiet esterni. F’konformità mal-Artikolu 16 tad-DSA, il-fornituri tas-servizzi tal-hosting iridu jistabbilixxu mekkaniżmi li jippermettu lil kwalunkwe individwu jew entità tinnotifikahom bil-preżenza fis-servizz tagħhom ta’ punti ta’ informazzjoni speċifiċi li l-individwu jew l-entità tqis li huma kontenut illegali (“mekkaniżmi ta’ avviż u azzjoni”).
Barra minn hekk, il-fornituri tal-pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu l-kuntratti mill-bogħod mal-kummerċjanti huma obbligati jimplimentaw l-“konformità sa mit-tfassil”. Dan ifisser li l-fornitur għandu jiżgura li “ l-interfaċċa online tiegħu [titfassal] b’mod li l-kummerċjanti jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom rigward l-informazzjoni prekuntrattwali, il-konformità u l-informazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodott skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni ” (l-Artikolu 31(1) tad-DSA).
Barra minn hekk, u fi kwalunkwe każ, l-Artikoli 9 u 10 tad-DSA jirrikjedu li l-fornituri tas-servizzi intermedjarji jinfurmaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet rilevanti bi kwalunkwe effett mogħti lil kwalunkwe ordni biex jieħdu azzjoni kontra l-kontenut illegali jew jipprovdu informazzjoni, adottata mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi nazzjonali rilevanti abbażi tad-dritt tal-Unjoni applikabbli jew tal-liġi nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għal dan l-għan, l-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament jirrikjedi li l-fornituri tas-servizzi intermedjarji jiddeżinjaw punt uniku ta’ kuntatt għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, mal-Kummissjoni u mal-Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali (l-Artikolu 61 tad-DSA).
2.1.1.5. Strateġiji ta’ kontroll tal-kummerċ elettroniku — l-aħjar prattiki
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq u tal-esperjenzi fl-Istati Membri, il-miżuri li ġejjin għandhom jitqiesu bħala l-aħjar prattiki għall-kontrolli tal-kummerċ elettroniku:
|
(i) |
Il-kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu appoġġati billi jitwettqu tfittxijiet fuq il-web biex jiġu identifikati bejjiegħa online li jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru li għadhom mhumiex magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti, bl-għan li jiġu soġġetti għal kontrolli bbażati fuq ir-riskju. |
|
(ii) |
It-tfittxijiet fuq il-web għandhom jintużaw ukoll biex jiġu identifikati offerti ta’ oġġetti online li jkunu ġew identifikati matul il-kontrolli uffiċjali bħala mhux konformi jew li jippreżentaw riskju, jew fejn ikun hemm suspett ta’ nuqqas ta’ konformità, inklużi oġġetti notifikati fis-sistema iRASFF. |
|
(iii) |
Il-kontroll tal-attivitajiet tal-kummerċ elettroniku għandu jinkludi l-kontroll tas-siti web u l-konformità tagħhom bir-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar il-prodotti. Pereżempju, l-offerti tal-ikel online għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar l-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 (18). Skont l-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, ir-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar l-ikel japplikaw għall-operaturi tan-negozji tal-ikel fl-istadji kollha tal-katina alimentari fejn l-attivitajiet tagħhom jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, l-ikel kollu maħsub għall-konsumatur finali, u l-ikel imwassal minn jew fornut lill-fornituri tal-ikel tal-massa. Il-prattiki kummerċjali ġusti jridu jiġu żgurati permezz tal-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, anke permezz tar-reklamar, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011. |
|
(iv) |
Il-kontrolli tal-kummerċ elettroniku għandhom jitwettqu bl-użu ta’ hardware u software adattati biex ikunu jistgħu jsiru tfittxijiet fuq il-web u xiri online mingħajr ma tiġi żvelata l-identità tal-awtorità kompetenti. |
|
(v) |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu kuntatti mal-punti ta’ kuntatt tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji, kif rilevanti inklużi n-networks soċjali online, is-swieq online, il-fornituri tas-servizzi tal-pagament diġitali u r-reġistri tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell biex, fost l-oħrajn, jiffaċilitaw it-tneħħija f’waqtha ta’ offerti ta’ oġġetti mhux konformi jew kontrafatti online jew jidentifikaw lill-operaturi jew lill-utenti tas-servizzi diġitali jekk ikun meħtieġ għal finijiet ta’ infurzar. |
|
(vi) |
Għat-twettiq effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa li jitolbu informazzjoni jew jieħdu miżuri xierqa fir-rigward ta’ operaturi rilevanti oħra li mhumiex soġġetti għall-OCR (dan jista’ jkun il-każ għal xi fornituri ta’ servizzi intermedjarji jew istituzzjonijiet finanzjarji, pereżempju), jew, skont l-istrutturi amministrattivi nazzjonali, għandhom jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra li jissorveljaw l-attivitajiet ta’ dawk l-operaturi l-oħra. |
|
(vii) |
F’konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jistabbilixxu unitajiet ta’ kontroll tal-kummerċ elettroniku ċentrali għall-kompiti msemmija hawn fuq, għal raġunijiet ta’ effiċjenza u armonizzazzjoni fir-rigward tal-proċeduri, tat-tagħmir, u tal-kuntatti esterni. |
2.1.2. Elenkar tal-operaturi (l-Artikolu 10(2) u (3) tal-OCR)
L-Artikolu 10(2) tal-OCR jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jżommu listi aġġornati tal-operaturi. Din id-dispożizzjoni tikkonċerna “ operaturi ” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(29) tal-OCR.
|
L-Artikolu 10(2) u (3) tal-OCR
|
|
L-Artikolu 3(29) tal-OCR: “operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal obbligu wieħed jew aktar previsti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2); |
Id-definizzjoni ta’ operaturi fl-Artikolu 3(29) tal-OCR tinkludi persuni fiżiċi, jekk dawn ikunu soġġetti għal obbligu wieħed jew aktar previsti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2). Pereżempju, l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jeskludi l-“ preparazzjoni domestika, immaniġġjar jew ħażna ta’ ikel għall-konsum domestiku privat ” mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-konsumaturi domestiċi ma jitqisux bħala operaturi skont it-tifsira tal-Artikolu 3(29) tal-OCR u ma għandhomx għalfejn jiġu inklużi fil-listi msemmija fl-Artikolu 10(2) tal-OCR.
Ir-rekwiżiti għall-elenkar u għar-reġistrazzjoni tal-operaturi fl-Artikolu 10(2) u (3) tal-OCR japplikaw għaż-żoni kollha msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR. Meta r-regoli speċifiċi għas-settur jistabbilixxu regoli għall-inklużjoni jew l-esklużjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ operaturi, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet f’termini ta’ ġestjoni tar-riskju speċifiċi għal dak is-settur, ir-reġistri mfassla abbażi ta’ dawk ir-regoli jistgħu jintużaw għall-fini tal-OCR f’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 10(2) tal-OCR.
Pereżempju, fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti, l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031 (19) jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jżommu u jaġġornaw reġistru li jkun fih diversi kategoriji ta’ operaturi professjonisti li joperaw fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Għalhekk, skont dawn ir-regoli speċifiċi għas-settur, hija meħtieġa biss ir-reġistrazzjoni tal-operaturi professjonisti. Barra minn hekk, l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jistabbilixxi ċerti eżenzjonijiet minn dan ir-rekwiżit biex jitfassal reġistru u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex iżżid aktar kategoriji ta’ operaturi professjonisti li għandhom jiġu eżentati, fejn ir-reġistrazzjoni tikkostitwixxi piż amministrattiv għall-operaturi sproporzjonat għar-riskju baxx ta’ pesti relatat mal-attivitajiet professjonali tagħhom. F’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 10(2) tal-OCR, fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti, ir-reġistri tal-operaturi professjonisti stabbiliti skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jistgħu jintużaw ukoll għall-finijiet tal-OCR. Bl-istess mod, fiż-żona organika, il-listi tal-operaturi u tal-gruppi ta’ operaturi miżmuma f’konformità mal-Artikolu 34(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 (20) jistgħu jintużaw għall-finijiet tal-OCR.
Il-punti ta’ kuntatt tan-network ta’ TRACES tal-Istati Membri jistgħu jkunu meħtieġa jżommu listi aġġornati ta’ ċerti operaturi bħala data ta’ referenza fis-sistema TRACES f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (ir-Regolament IMSOC). Tali listi jistgħu jintużaw ukoll għall-fini tal-Artikolu 10 tal-OCR.
2.1.3. Metodi u tekniki għall-kontrolli uffiċjali: spezzjonijiet u awditi (l-Artikolu 14 tal-OCR)
2.1.3.1. Spezzjonijiet
L-Artikolu 14 tal-OCR jelenka l-metodi u t-tekniki tal-kontrolli uffiċjali li għandhom jintużaw, kif xieraq, mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità tal-operaturi u tal-annimali jew tal-oġġetti mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2). Żewġ tekniki importanti elenkati f’dak l-artikolu huma “ spezzjonijiet ” u “ awditi ”.
Fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-OCR, l-għan ta’ spezzjoni huwa li tivverifika l-konformità (attwali) ta’ oġġett ta’ spezzjoni mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR.
It-terminu “ spezzjoni ” mhuwiex definit fl-OCR u jista’ jinftiehem, skont it-tifsira tad-dizzjunarju tiegħu, jiġifieri eżami bir-reqqa ta’ oġġett, jew ta’ ċerti aspetti tiegħu (eż. tagħmir, faċilitajiet, postijiet, annimali, oġġetti, materjali, data, attivitajiet, proċessi). Spezzjoni tinvolvi fil-biċċa l-kbira osservazzjonijiet diretti li jistgħu jsiru f’mument speċifiku mill-persuna li twettaq l-eżami. L-ispezzjonijiet spiss jitwettqu bl-għajnuna ta’ listi ta’ kontroll tar-rekwiżiti speċifiċi li jridu jiġu rrispettati. Dan il-fehim tat-terminu huwa analogu għad-definizzjoni ta’ “ spezzjoni ” fl-istandard internazzjonali ISO/IEC 17000 “Valutazzjoni tal-konformità — Vokabularju u prinċipji ġenerali”.
L-elementi li għandhom jiġu eżaminati, kif xieraq, permezz ta’ “ spezzjoni ” bħala parti mill-kontrolli uffiċjali huma elenkati fl-Artikolu 14(b) tal-OCR:
|
L-Artikolu 14 tal-OCR: Il-kontrolli uffiċjali, il-metodi u t-tekniki għandhom jinkludu dawn li ġejjin kif xieraq: [..]
|
Huwa possibbli li l-ispezzjonijiet jikkoinċidu ma’ jew jinvolvu wkoll metodi oħra elenkati fl-Artikolu 14 tal-OCR. Pereżempju, spezzjoni tat-“ traċċabbiltà ” ta’ annimal jew ta’ oġġett (l-Artikolu 14(b) (iv) tal-OCR) tipikament tinvolvi l-eżami tar-rekords tat-traċċabbiltà, kif imsemmi fl-Artikolu 14(e) tal-OCR.
2.1.3.2. Awditi
It-terminu “ awditjar ” huwa definit fl-Artikolu 3(30) tal-OCR:
|
L-Artikolu 3(30) tal-OCR “awditjar” tfisser eżami sistematiku u indipendenti biex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet u r-riżultati relatati ta’ tali attivitajiet ikunux konformi mal-arranġamenti ppjanati u jekk dawn l-arranġamenti jkunux qed jiġu applikati b’mod effettiv u jkunux adatti biex jinkisbu l-objettivi; |
Din id-definizzjoni għandha tliet elementi:
|
(i) |
il-konformità mal-arranġamenti ppjanati; |
|
(ii) |
l-applikazzjoni effettiva ta’ dawk l-arranġamenti; |
|
(iii) |
kemm huma adatti dawk l-arranġamenti biex jintlaħqu l-għanijiet. |
Għalhekk, awditu, meta mqabbel ma’ spezzjoni, imur lil hinn mill-verifika tal-konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi; huwa jeżamina wkoll jekk jistgħux jinkisbu eżiti (objettivi) definiti minn qabel.
Din id-definizzjoni ta’ awditu hija komparabbli mad-definizzjoni tal-awditi fl-istandards internazzjonali bħall-ISO/IEC 17000 “Valutazzjoni tal-konformità — Vokabularju u prinċipji ġenerali” u ISO 19011 “Linji gwida għall-awditjar tas-sistemi ta’ mmaniġġjar”.
Tipikament awditu jiġi applikat meta s-suġġett tal-kontrolli jkun attività bħal proċedura jew sistema ta’ ġestjoni, li jeħtieġ li jiġi vvalutat fir-rigward tal-adegwatezza tiegħu biex sistematikament jikseb eżiti konformi. Għalhekk, awditu jeħtieġ valutazzjoni usa’ u sistematika tal-istadji differenti ta’ proċess.
Meta użat bħala teknika waqt il-kontrolli uffiċjali, l-awditjar jista’ jinvolvi diversi metodi u tekniki oħrajn jew kollha kemm huma elenkati fl-Artikolu 14 tal-OCR, bħall-eżami ta’ dokumenti jew rekords oħra, intervisti mal-persunal, eċċ.
Barra minn hekk, xi wħud mill-elementi elenkati fl-Artikolu 14 tal-OCR jistgħu jinvolvu l-awditjar bħala metodu, pereżempju:
|
— |
eżami tal-kontrolli li l-operaturi jkunu stabbilew u tar-riżultati miksuba (l-Artikolu 14(a) tal-OCR); |
|
— |
valutazzjoni tal-proċeduri dwar prattiki ta’ manifattura tajba, prattiki ta’ iġjene tajba, prattiki agrikoli tajba, u tal-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u tal-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) (l-Artikolu 14(d) tal-OCR). |
Għalkemm il-kontrolli uffiċjali b’mod ġenerali għandhom jitwettqu mingħajr avviż minn qabel (l-Artikolu 9(4) tal-OCR), l-awditi spiss jistgħu jitwettqu biss b’avviż minn qabel, minħabba t-tħejjija meħtieġa tal-awditur u tal-entità awditjata (ara l-premessa 33 tal-OCR).
Minbarra l-użu tal-awditjar fil-kontrolli uffiċjali, l-awditjar bħala teknika huwa rilevanti wkoll għat-twettiq ta’:
|
— |
Awditi interni jew esterni fuq l-awtoritajiet kompetenti (l-Artikolu 6 tal-OCR) (21); |
|
— |
Awditi organizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-korpi u tal-persuni delegati (l-Artikolu 33(a) tal-OCR), tal-laboratorji uffiċjali (l-Artikolu 39 tal-OCR) u tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali (l-Artikolu 100(2) tal-OCR); |
|
— |
Valutazzjonijiet ta’ akkreditazzjoni minn korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni, pereżempju, ta’ korpi delegati (l-Artikolu 29(b) (iv) tal-OCR) jew ta’ laboratorji uffiċjali (l-Artikolu 37(4)(e) u (5) tal-OCR); |
|
— |
Kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri (l-Artikolu 116 tal-OCR). |
2.1.4. Kontrolli uffiċjali għall-produzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem
L-Artikolu 17 tal-OCR jistabbilixxi definizzjonijiet applikabbli speċifiċi fil-kontrolli fuq il-produzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali. Id-definizzjonijiet “taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali” u “taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali” jispeċifikaw it-tip ta’ kooperazzjoni bejn il-veterinarju uffiċjali u l-awżiljarju uffiċjali matul il-kontrolli veterinarji, kif previst fl-OCR.
Fiż-żewġ każijiet, il-veterinarju uffiċjali jassenja azzjoni lill-awżiljarju uffiċjali, bid-differenza tkun li fil-każ tas-sorveljanza, il-veterinarju uffiċjali jkun preżenti fil-post matul iż-żmien tat-twettiq tal-azzjoni mill-awżiljarju uffiċjali.
Barra minn hekk, l-Artikolu 17 jiddefinixxi l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “spezzjoni ante-mortem ” u “spezzjoni post-mortem ”.
L-Artikolu 18 tal-OCR jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali. Fil-paragrafu 2, jippreżenta l-qafas għall-verifika tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u jispeċifika l-kontrolli uffiċjali u r-rwol tal-veterinarju uffiċjali u tal-awżiljarju uffiċjali li jwettqu dawn il-kontrolli, kif muri fi Figure 2.
Illustrazzjoni2
Persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali għall-produzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem, skont l-Artikoli 17 u 18(2), u (4), 18(7) (a), (b), (e) tal-OCR (22)
Għandu jiġi enfasizzat li, kif jirriżulta mill-Artikolu 18(5) tal-OCR, meta l-azzjonijiet jiġu assenjati lill-awżiljarji uffiċjali, ir-responsabbiltà dwar id-deċiżjonijiet rilevanti tibqa’ f’idejn il-veterinarji uffiċjali, irrispettivament mill-preżenza tagħhom fil-bini.
Barra minn hekk, l-Artikolu 18(3) tal-OCR, jipprevedi l-possibbiltà li l-persunal tal-biċċerija:
|
(a) |
jassisti fit-twettiq tal-kompiti relatati mal-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 18(2) fil-biċċeriji tal-pollam jew tal-lagomorfi, |
|
(b) |
iwettaq l-ikkampjunar u l-ittestjar f’biċċeriji ta’ speċi oħra. |
Bħala prerekwiżit għall-parteċipazzjoni tal-persunal tal-biċċerija fil-kontrolli uffiċjali, analiżi bbażata fuq ir-riskju tal-awtorità kompetenti trid turi li l-istess livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa u għall-benesseri tal-annimali huwa żgurat matul it-twettiq ta’ dawn il-kontrolli uffiċjali fil-biċċerija. Barra minn hekk, teżisti l-possibbiltà ta’ hawn fuq sakemm l-awtorità kompetenti tiżgura li dan il-persunal huwa mħarreġ kif xieraq, jaġixxi indipendentement mill-persunal tal-produzzjoni tal-biċċerija u jwettaq il-kompiti fil-preżenza ta’ u skont l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali jew tal-awżiljarju. Taħt l-istess kundizzjonijiet, il-persunal tal-biċċerija jista’ japplika wkoll il-marka tas-saħħa.
Il-paragrafi 7 u 8 tal-Artikolu 18 tal-OCR jiffurmaw il-bażi ġuridika għall-adozzjoni tal-atti delegati li jissupplimentaw l-OCR u tal-atti ta’ implimentazzjoni li jipprovdu l-arranġamenti prattiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali.
L-assenjazzjoni tal-kompiti lill-awżiljarju uffiċjali, jew taħt is-superviżjoni jew ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali, jew lill-persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti, hija soġġetta għal ċerti kriterji u kundizzjonijiet li huma stabbiliti fl-atti delegati rilevanti.
B’mod aktar speċifiku, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/624 jistipula r-rwoli tal-veterinarju uffiċjali u tal-awżiljarju uffiċjali dwar kompiti speċifiċi ta’ kontroll u jipprevedi d-derogi mir-regoli tal-OCR. Il-kompiti ta’ kontroll uffiċjali riżervati esklużivament għall-veterinarju uffiċjali bir-Regolament Delegat (UE) 2019/624, jidhru fi Figure 3.
Illustrazzjoni3
Spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem imwettqa esklussivament mill-veterinarju uffiċjali, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2019/624
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 6, 7 u 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624 jikkomplementaw ir-rwoli tal-veterinarju uffiċjali u tal-awżiljarju fir-rigward tal-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem u kontrolli uffiċjali oħra.
Barra minn hekk, dan ir-Regolament jintroduċi d-definizzjoni tal-persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettaq kompiti speċifiċi fl-impjanti tat-tqattigħ.
|
L-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: [..]
|
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624, bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-OCR, fl-impjanti tat-tqattigħ, persunal ieħor maħtur mill-awtoritajiet kompetenti jista’ jwettaq il-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 18(2)(d) tal-OCR inklużi attivitajiet ta’ awditjar. Dan il-persunal huwa soġġett għal rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ u għal kontrolli regolari tal-prestazzjoni tagħhom.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (23) jistabbilixxi regoli dettaljati dwar it-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Fih direzzjonijiet għall-kompiti tal-persunal li jipparteċipa f’dawn il-kontrolli uffiċjali. Fit-tabelli li ġejjin, il-kompiti fit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali ġew miġbura fil-qosor b’referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-OCR, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627, li jippermettu li tinsilet konklużjoni fir-rigward tal-persunal permess biex iwettaq kull kompitu.
PERSUNAL LI JWETTAQ KOMPITI TA’ KONTROLL UFFIĊJALI GĦALL-PRODUZZJONI TAL-PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI
Tabella2
Kompiti mwettqa mill-veterinarju uffiċjali
|
Nru |
Kompiti |
OCR |
Reg. (UE) 2019/624 |
Reg. (UE) 2019/627 |
|
|
1 |
Ante-mortem [definizzjoni fl-Art. 17 (c) OCR] |
Spezzjoni ante-mortem ta’ ungulati domestiċi barra l-biċċerija f’każ ta’ skarnar b’emerġenza skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 |
Art. 18(7)(c) |
Art. 4 |
- |
|
2 |
Spezzjoni ante-mortem u kontrolli fl-azjenda ta’ provenjenza għall-ispeċijiet kollha skont l-Artikolu 5(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 |
Art. 18(7)(d) |
Art. 5(2) |
- |
|
|
3 |
Spezzjoni klinika ta’ annimali iżolati għal spezzjoni ante-mortem aktar bir-reqqa. Spezzjoni ante-mortem ta’ annimali suspettati li għandhom marda jew kundizzjoni li tista’ taffettwa ħażin is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali |
Art. 18(2)(a) |
Art. 3(3)(b)-(f) |
Art. 11(5) Art. 43(4) |
|
|
Nru |
Kompiti |
OCR |
Reg. (UE) 2019/624 |
Reg. (UE) 2019/627 |
|||||||
|
4 |
Spezzjoni post-mortem [definizzjoni fl-Art. 17(d) OCR] |
Fil-każ ta’ skarnar b’emerġenza tal-ungulati domestiċi barra l-biċċerija f’konformità mal-Kapitolu VI tat-Taqsima I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 Eżami taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali tal-Kapitolu 5 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (24) |
Art. 18(2)(c), Art. 18(7)(f) |
Art. 8(a) |
- Art. 10(3) |
||||||
|
5 |
Spezzjoni tal-Annimali suspettati li għandhom marda jew kundizzjoni li tista’ taffettwa ħażin is-saħħa tal-bniedem |
Art. 18(2)(c) |
Art. 8(b) |
- |
|||||||
|
6 |
Spezzjoni tal-annimali Bovini minn merħliet li ma ġewx iddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi |
Art. 8(c) |
- |
||||||||
|
7 |
Spezzjoni tal-annimali Bovini, ovini u kaprini minn merħliet li ma ġewx iddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi |
Art. 8(d) |
- |
||||||||
|
8 |
Spezzjoni fil-każ ta’ tifqigħa ta’ mard tal-annimali li għalih huma stabbiliti regoli dwar is-saħħa tal-annimali fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għal annimali suxxettibbli għall-marda partikolari inkwistjoni li jiġu miż-żoni kollha koperti minn:
|
Art. 8(e) |
- |
||||||||
|
9 |
Spezzjoni post-mortem |
Spezzjoni meta jkunu meħtieġa kontrolli aktar stretti biex jittieħed kont ta’ mard emerġenti jew ta’ mard partikolari elenkat mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali |
|
Art. 8(f) |
- |
||||||
|
10 |
Spezzjoni post-mortem ittardjata b’mhux aktar minn 24 siegħa mill-iskarnar jew mill-wasla fi stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa, f’biċċeriji b’kapaċità baxxa jew fi stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa b’kapaċità baxxa f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 |
Art. 8(g) |
Art. 13 |
||||||||
|
11 |
It-twettiq tal-proċeduri addizzjonali ta’ spezzjoni post-mortem imsemmija fl-Artikoli 18(3), 19(2), 20(2), 21(2), 22(2) u 23(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 bl-użu ta’ inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni fejn ikun hemm riskju possibbli fir-rigward tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 |
Art. 8 |
Art. 24 |
||||||||
|
12 |
Dikjarazzjoni ta’ laħam mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem |
Nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għal-laħam frisk |
Art.18(5) |
- |
Art.45 |
||||||
|
13 |
Laħam infettat biċ-ċistiċerċi jew bit-trikina |
- |
Art. 30, 31 |
||||||||
|
14 |
Laħam tas-solipedi li fihom il-glanders ġew dijanjostikati |
- |
Art. 32(3) |
||||||||
|
15 |
Meta l-annimali jkunu rreaġixxew b’mod pożittiv jew mhux konklużiv għat-tuberkulina jew ikun hemm raġunijiet oħra biex wieħed jissuspetta infezzjoni |
- |
Art. 33 |
||||||||
|
16 |
Meta l-annimali jkunu rreaġixxew b’mod pożittiv jew mhux konklużiv għal test tal-bruċellożi jew ikun hemm raġunijiet oħra biex wieħed jissuspetta infezzjoni |
- |
Art. 34 |
||||||||
|
17 |
Oħrajn |
Il-verifika tal-konformità tal-prestazzjoni tal-awżiljarju uffiċjali li jwettaq kompiti ante-mortem taħt is-superviżjoni jew ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali |
- |
Art. 3(1)(c) u (2)(c) |
- |
||||||
|
18 |
Il-verifika tal-konformità tal-prestazzjoni tal-operaturi tan-negozju tal-ikel li jwettqu l-iskarnar u l-iżvinar tal-kaċċa mrobbija fl-azjenda ta’ provenjenza |
- |
Art. 6(4)(b) |
- |
|||||||
|
19 |
Il-valutazzjoni tas-sistema tal-operatur għad-detezzjoni u għas-separazzjoni tal-għasafar b’anormalitajiet, kontaminazzjoni, jew difetti |
- |
- |
Art. 25(2)(a) |
|||||||
|
20 |
L-iżgurar li jsir ittestjar addizzjonali fil-laboratorju għall-ħtiġijiet tal-Artikolu 18(2) tal-OCR |
Art. 18(5) |
- |
Art. 37(2) |
|||||||
|
Nru |
Kompiti |
OCR |
Reg. (UE) 2019/624 |
Reg. (UE) 2019/627 |
|
|
21 |
Oħrajn |
L-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa f’konformità mal-Artikolu 7 sa 38 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 |
Art. 18(5) |
- |
Art. 39(1) |
|
22 |
Il-komunikazzjoni tar-riżultati tal-kontroll fejn l-ispezzjonijiet jiżvelaw il-preżenza ta’ kwalunkwe marda jew kundizzjoni li tista’ taffettwa s-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew tikkomprometti l-benesseri tal-annimali |
- |
Art. 39(2) |
||
|
23 |
Il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa għall-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat u tal-kolostru kif stabbiliti fil-Parti I tal-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 |
- |
- |
Art. 49(1), (3) |
|
Tabella3
Kompiti mwettqa mill-veterinarju uffiċjali jew mill-awżiljarju uffiċjali taħt is-superviżjoni tal-OV
|
Nru |
Kompiti |
OCR |
Reg. (UE) 2019/624 |
Reg. (UE) 2019/627 |
|
|
1 |
Ante-mortem [definizzjoni fl-Art. 17 (c) OCR] |
L-ispezzjoni ante-mortem fil-biċċerija fuq speċijiet li mhumiex pollam jew lagomorfi (inkluża l-verifika tal-konformità mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali (26)), fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari, il-kontroll tal-identità tal-annimal u l-preselezzjoni tal-annimali b’anormalitajiet skont il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 ħlief għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) ta’ dak ir-Regolament Delegat |
Art. 18(2)(a) Art. 18(7)(a) |
Art. 3(1) |
Art. 10(1), Art. 11, Art. 38, Art. 40 |
|
2 |
L-ispezzjoni ante-mortem tal-pollam u tal-lagomorfi inkluża l-verifika tal-konformità mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali. |
Art. 18(2)(b) |
- |
Art. 38 |
|
|
Nru |
Kompiti |
OCR |
Reg. (UE) 2019/624 |
Reg. (UE) 2019/627 |
|||
|
3 |
Post-mortem [definizzjoni fl-Art. 17(d) OCR] (27) |
Iċ-ċertifikati tal-eżami tal-annimali skarnati fl-azjenda ta’ provenjenza |
Art. 18(2)(c) |
- |
Art. 10(2) |
||
|
4 |
Eżami ta’:
|
- |
Art. 10(4), Art. 28 |
||||
|
5 |
Spezzjoni post-mortem tal-karkassi u tal-ġewwieni li jakkumpanjahom, inklużi l-arranġamenti prattiċi speċifiċi, l-ittestjar fil-laboratorju u l-verifika tal-konformità mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali |
- |
L-Artikoli 12,14 (sakemm mhux awtorizzati minn Artikoli speċifiċi oħra), 15, 17, 18(1) u (2), 19(1), 20(1), 21(1), 22(1), 23(1), 25, 26, 27, 28, 29(1), (3), (4), (2), 30 (it-tneħħija mill-karkassa ta’ materjal speċifikat riskjuż), 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38 |
||||
|
6 |
It-twettiq tal-proċeduri addizzjonali ta’ spezzjoni post-mortem imsemmija fl-Artikoli 18(3), 19(2), 20(2), 21(2), 22(2) u 23(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 bl-użu tal-inċiżjoni u tal-palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni fejn possibbilment ikun hemm riskju. Spezzjoni post-mortem addizzjonali taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali mhijiex possibbli fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (ara t-Tabella 2 ir-ringiela 11) |
- |
Art. 24 |
||||
|
7 |
Oħrajn |
Il-kontrolli uffiċjali b’rabta mat-TSEs skont ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 (28), fir-rigward tal-immaniġġar u r-rimi ta’ materjal speċifikat riskjuż skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (29) dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali |
Art. 18(2)(d)(iv), (v) |
- |
Art. 29 |
||
|
8 |
Il-kampjunar għall-analiżi u kwalunkwe kampjunar addizzjonali |
Art. 18(2)(d)(ii), (iii) u (iv) |
- |
Art. 35, Art. 36, Art. 37 |
|||
Tabella4
Kompiti mwettqa mill-veterinarju uffiċjali jew mill-awżiljarju uffiċjali taħt is-superviżjoni jew ir-responsabbiltà tal-OV
|
Nru |
Kompiti |
Art. OCR |
Reg. (UE) 2019/624 |
Reg. (UE) 2019/627 |
|
|
1 |
Ante-mortem [definizzjoni fl-Art. 17 (c) OCR] |
Spezzjoni ante-mortem fil-biċċerija fuq l-ispeċijiet kollha (inkluża l-verifika tal-konformità mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali) f’każ li tkun diġà twettqet spezzjoni ante-mortem mill-veterinarju uffiċjali fl-azjenda ta’ provenjenza, skont il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) ta’ dak ir-Regolament Delegat L-eżami tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ta’ annimali ħajjin trasportati lejn il-biċċerija fil-każ ta’ spezzjoni ante-mortem ikun seħħ fl-azjenda ta’ provenjenza [il-Kapitolu 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235] |
18(2)(a), (b) |
3(2) 5(2)(f) |
11(6) 10(2) 38 |
|
2 |
Kontrolli addizzjonali fuq l-identifikazzjoni tal-annimali u r-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali fil-biċċerija wara spezzjoni ante-mortem fl-azjenda ta’ provenjenza skont l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 |
3(2), 5(3) |
- |
||
|
3 |
Post-mortem [definizzjoni fl-Artikolu 17 (d) tal-OCR] |
Spezzjoni post-mortem tal-kompiti tat-Tabella 3 fi stabbilimenti b’kapaċità baxxa li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 |
18(2)(c), 18(7)(e) |
7 |
- |
|
4 |
Spezzjoni post-mortem tal-vixxri, tal-organi ġenitali u tad-driegħ kif speċifikat fl-Artikolu 12(c) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624, tar-Rangifer tarandus tarandus (renna) minn żoni fl-Iżvezja u fil-Finlandja stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament Delegat (30) |
12(1)(c) |
- |
||
|
Nru |
Kompiti |
Art. OCR |
Reg. (UE) 2019/624 |
Reg. (UE) 2019/627 |
|
|
5 |
Oħrajn |
Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar it-teħid tal-kampjuni u r-riżultati tat-teħid tal-kampjuni għas-Salmonella minn operaturi tan-negozju tal-ikel tal-biċċeriji kif previst fl-Artikolu 35(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 |
18(2)(d)(iii),18(7)(e) |
9 |
35 |
|
6 |
Il-ġbir ta’ informazzjoni għall-kampjunar u r-riżultati tal-kampjunar għall-Campylobacter mill-operaturi tan-negozju tal-ikel tal-biċċeriji kif previst fl-Artikolu 36(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 |
36 |
|||
|
7 |
Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ prattiki u ta’ proċeduri tajbin tal-iġjene bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP fil-biċċeriji u fl-istabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa |
39 |
|||
|
8 |
L-adozzjoni ta’ miżuri xierqa f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali rigward il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 |
18(2)(d)(vi) |
- |
44 (31) |
|
|
9 |
Verifika tal-azzjonijiet korrettivi u preventivi tal-operatur f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tal-annimali fil-ħin tal-iskarnar jew tal-qtil stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 9 u fl-Artikoli 14 sa 17 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 |
- |
|||
|
10 |
Azzjonijiet ta’ infurzar f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali rigward il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1099/2009 |
- |
|||
|
11 |
Komunikazzjoni ta’ problemi identifikati fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali lill-awtoritajiet kompetenti, fejn hu xieraq |
- |
|||
|
12 |
L-applikazzjoni tal-marka tas-saħħa fuq l-ungulati domestiċi, il-mammiferi tal-kaċċa mrobbija għajr il-lagomorfi u l-kaċċa salvaġġa kbira (32) |
18(4) |
- |
48 |
|
2.2. Kapitolu III — Delega ta’ ċerti kompiti tal-awtoritajiet kompetenti (l-Artikoli 28 sa 33 tal-OCR)
Il-Kapitolu III tat-Titolu II tal-OCR jistabbilixxi, minn naħa waħda, il-kundizzjonijiet għad-delega ta’ ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali (l-Artikoli 28 sa 30 tal-OCR) u, min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet għad-delega tal-kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħra (l-Artikolu 31 tal-OCR). L-Artikolu 32 tal-OCR jistabbilixxi r-regoli dwar l-obbligi tal-korpi delegati u tal-persuni fiżiċi. L-Artikolu 33 tal-OCR jistabbilixxi l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw.
F’regoli speċifiċi tal-UE jistgħu jiġu stabbiliti regoli addizzjonali dwar id-delega tal-kompiti ta’ kontroll uffiċjali u tal-kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħrajn. Pereżempju, fil-qasam tal-produzzjoni organika, fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar tal-prodotti organiċi, hemm stabbiliti regoli addizzjonali dwar id-delega lil “korpi ta’ kontroll” tal-kompiti ta’ kontroll uffiċjali u tal-kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħrajn.
2.2.1. Kundizzjonijiet għad-delega ta’ ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali
L-Artikoli 29 u 30 tal-OCR jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għad-delega ta’ ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali lill-korpi delegati u lill-persuni fiżiċi, rispettivament.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu d-delega ta’ kompiti ta’ kontrolli uffiċjali abbażi ta’ kontrolli fuq il-post tal-korpi delegati kandidati jew tal-persuni fiżiċi. Fil-każ tal-korpi delegati, il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu b’mod indipendenti mill-akkreditazzjoni tagħhom f’konformità mal-Artikolu 29(b)(iv) tal-OCR.
L-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddelegaw ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali lill-korpi delegati jew lill-persuni fiżiċi jridu jorganizzaw awditi jew spezzjonijiet ta’ tali korpi jew persuni, kif meħtieġ. Iridu jirtiraw id-delega kompletament jew parzjalment mingħajr dewmien fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità (l-Artikolu 33(b) tal-OCR).
Għalhekk, il-kundizzjonijiet għad-delega ta’ ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali stabbiliti fl-Artikoli 29 u 30 tal-OCR, u l-mekkaniżmi ta’ verifika u l-miżuri ta’ segwitu dwar in-nuqqas ta’ konformità stabbiliti fl-Artikolu 33 tal-OCR iridu jiġu mifhuma bħala proċess kontinwu tal-monitoraġġ tal-konformità.
Meta jorganizzaw awditi u spezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti jridu jikkunsidraw l-eżitu tal-awditi ta’ akkreditazzjoni rilevanti mwettqa mill-korpi Nazzjonali tal-Akkreditazzjoni, definiti fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 (33) (l-Artikolu 33(a) tal-OCR). Fir-rigward ta’ dawk it-tipi differenti ta’ kontrolli, għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni (l-Artikolu 33(a) tal-OCR). Konsegwentement, huma meħtieġa komunikazzjoni mal-korpi Nazzjonali tal-Akkreditazzjoni u koordinazzjoni rigward iż-żmien tal-kontrolli.
Ir-regoli adottati fl-Istati Membri li jippermettu delega proviżorja tal-kompiti lill-korpi delegati li għadhom mhumiex akkreditati f’konformità mal-Artikolu 29(b)(iv) tal-OCR, jistgħu jitqiesu kompatibbli mal-OCR, soġġett għal kundizzjonijiet. Dan huwa l-każ jekk:
|
i) |
tali delega proviżorja ma tkunx eskluża mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR li jistabbilixxu provvedimenti speċifiċi dwar id-delega tal-kompiti; |
|
ii) |
il-kontrolli fuq il-post juru li l-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha għad-delega stabbilita fl-Artikolu 29 tal-OCR huma ssodisfati (34); |
|
iii) |
id-delega proviżorja tingħata għal perjodu ta’ żmien limitat, filwaqt li jitqies it-tul tal-proċedura ta’ akkreditazzjoni, ir-riskji fil-qasam ikkonċernat u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi; |
|
iv) |
il-korp li qed japplika għad-delega juri li diġà applika għall-akkreditazzjoni. |
Matul tali delega provviżorja, l-awtorità kompetenti trid tirtira d-delega bis-sħiħ jew parzjalment mingħajr dewmien fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 33(b) tal-OCR.
Għall-korpi delegati, l-akkreditazzjoni f’konformità mal-Artikolu 29, il-punt (b)(iv) tal-OCR huwa ta’ importanza partikolari sabiex jiġi żgurat li l-imparzjalità, il-kwalità u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali jiġu ppreservati (ara l-premessa 46 tal-OCR).
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ir-rilevanza ta’ standard għall-kompiti delegati biex jiddeterminaw l-adegwatezza tiegħu għall-użu mill-korp delegat u l-akkreditazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 29(b)(iv) tal-OCR. Il-korpi Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni sussegwentement se jivvalutaw jekk il-korp delegat joperax f’konformità mar-rekwiżiti tal-istandard definit, fil-kuntest tal-akkreditazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw konsistenza fost l-awtoritajiet kompetenti meta jidentifikaw l-istandard rilevanti għad-delega ta’ kompitu ta’ kontroll partikolari.
EN ISO/IEC 17020 “Rekwiżiti għall-operat ta’ diversi tipi ta’ korpi li jwettqu spezzjoni”, huwa wieħed mill-istandards rilevanti li jrid jintuża għall-operat u għall-akkreditazzjoni tal-korpi delegati, skont l-OCR. Dan huwa l-istandard ta’ referenza għall-kompiti ta’ spezzjoni sakemm ma jkunx hemm referenza għal standard ieħor fil-leġiżlazzjoni settorjali skont l-OCR, jew sakemm standard ieħor ma jikkorrispondix aħjar għan-natura tal-kompiti delegati (pereżempju: ċertifikazzjonijiet ta’ prodotti, sistemi ta’ ġestjoni, eċċ.).
Standards oħra li jistgħu jkunu rilevanti għall-kompiti delegati, huma:
|
— |
EN ISO/IEC 17065 “Valutazzjoni tal-konformità — Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi”; |
|
— |
EN ISO/IEC 17021-1: “Valutazzjoni tal-konformità — Rekwiżiti għall-korpi li jipprovdu awditjar u ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni — Parti 1: Rekwiżiti”; |
|
— |
ISO 22003–1 “Is-sikurezza tal-ikel — Parti 1: Rekwiżiti għal korpi li jipprovdu awditjar u ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-ikel”. |
Id-deżinjazzjoni tal-laboratorji uffiċjali biex iwettqu l-analiżijiet, l-ittestjar u d-dijanjosi fil-laboratorju fuq kampjuni meħuda matul il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra taqa’ taħt ir-regoli tal-Artikoli 34 sa 42 (il-Kapitolu IV) tal-OCR. F’dan il-każ, l-EN ISO/IEC 17025 huwa obbligatorju għall-operat u għall-akkreditazzjoni tal-laboratorju uffiċjali deżinjat (l-Artikolu 37(4) tal-OCR).
L-akkreditazzjoni ta’ korp delegat f’konformità ma’ aktar minn standard wieħed għall-istess attività mhijiex rakkomandabbli. Ta’ min jinnota li l-EN ISO/IEC 17065 jipprovdi l-possibbiltà li fir-rekwiżiti applikabbli għall-korp delegat jiġu inklużi r-rekwiżiti rilevanti kollha tal-istandards l-oħra ta’ akkreditazzjoni. F’dan ir-rigward, jista’ jintuża bħala standard “umbrella”.
Aktar regoli dwar l-identifikazzjoni tal-istandards rilevanti jistgħu jiġu stabbiliti fi:
|
— |
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR:
|
|
— |
il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri. |
2.3. Kapitolu IV — Kampjunar, analiżijiet, testijiet u dijanjosijiet (l-Artikoli 34 sa 42 tal-OCR)
2.3.1. Metodi użati għall-kampjunar, għall-analiżijiet, għat-testijiet u għad-dijanjosijiet (l-Artikolu 34 tal-OCR)
L-Artikolu 34 tal-OCR jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-metodi użati fil-kuntest kemm tal-kontrolli uffiċjali kif ukoll ta’ attivitajiet uffiċjali oħrajn. B’mod partikolari, tiġi stabbilita ġerarkija ta’ kriterji li għandha tiġi applikata fl-għażla fost il-metodi disponibbli fin-nuqqas tar-regoli tal-Unjoni applikabbli (“metodu kaskata”).
Ir-relazzjoni ġerarkika bejn l-għażliet elenkati fil-paragrafi (1) sa (3) tal-Artikolu 34 tal-OCR hija indikata mill-użu ta’ frażijiet bħal “ fin-nuqqas ta’ ” u “ jekk ma jeżisti l-ebda ”. Fi ħdan il-ġerarkija, xi għażliet huma stabbiliti bħala alternattivi ugwali, kif indikat mill-użu tal-konġunzjoni “ jew ”.
L-Artikolu 34(1) tal-OCR jistabbilixxi li l-metodi użati għat-teħid tal-kampjuni jew għall-analiżijiet, għat-testijiet u għad-dijanjosi tal-laboratorju fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali jew ta’ attivitajiet uffiċjali oħra għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni, jekk jeżistu tali regoli. Dawn ir-regoli jistgħu jew jistabbilixxu metodi speċifiċi jew jistabbilixxu kriterji ta’ prestazzjoni li għandhom jiġu applikati għall-metodi użati. Il-liġijiet tal-Unjoni li huma speċifiċi għas-settur jistgħu wkoll jistabbilixxu preferenzi ta’ metodi differenti, li jiddevjaw mill-ġerarkija bażika stabbilita fl-Artikolu 34 tal-OCR, li mbagħad tieħu preċedenza (lex specialis) fuq il-ġerarkija ġenerali stabbilita fl-Artikolu 34 tal-OCR. Pereżempju, filwaqt li l-Artikolu 34(2)(a) tal-OCR jippreżenta metodi li jikkonformaw ma’ “regoli jew protokolli rilevanti rikonoxxuti internazzjonalment” bħala għażla ugwali għall-metodi rakkomandati mil-Laboratorji ta’ Referenza Ewropej (EURLs), l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (36) jagħti prijorità lill-metodi rakkomandati mill-EURLs fuq il-metodi rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) fil-kuntest tas-sorveljanza tal-mard. Ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 34(1) tal-OCR japplika għall-metodi ta’ analiżi, ittestjar jew dijanjosi tal-laboratorju, kif ukoll għall-metodi użati għat-teħid tal-kampjuni, irrispettivament minn jekk dawk il-metodi jintużawx mill-awtoritajiet kompetenti (jew mill-korpi jew mill-persuni delegati), jew mil-laboratorji uffiċjali.
L-Artikolu 34(2) tal-OCR jistabbilixxi ġerarkija ta’ metodi li għandhom jintużaw minn laboratorji uffiċjali fin-nuqqas tar-regoli tal-Unjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1. Għalhekk, il-metodi msemmija fil-paragrafu 2 jinkludu metodi ta’ analiżi, test jew dijanjosi tal-laboratorju kif ukoll metodi użati għall-kampjunar jew għall-preparazzjoni tal-kampjuni, fejn dawn il-metodi jintużaw minn laboratorji uffiċjali fil-kuntest ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħrajn (inkluż, pereżempju, każijiet fejn il-materjal tal-kampjun aggregat jinqasam f’kampjuni għall-analiżi fil-laboratorju).
L-Artikolu 34(2)(a) tal-OCR jistabbilixxi li fin-nuqqas ta’ regoli tal-Unjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-laboratorji uffiċjali għandhom jużaw il-metodi rakkomandati minn regoli jew protokolli rilevanti rikonoxxuti internazzjonalment (eż. CEN, OIE), jew il-metodi żviluppati jew rakkomandati mil-laboratorji ta’ referenza tal-UE u vvalidati f’konformità mal-protokolli xjentifiċi aċċettati internazzjonalment. Dawn iż-żewġ għażliet fl-Artikolu 34(2)(a) tal-OCR huma stipulati bħala alternattivi ugwali li jistgħu jiġu applikati t-tnejn fin-nuqqas ta’ regoli tal-Unjoni.
L-Artikolu 34(2)(b) tal-OCR jelenka l-metodi li jistgħu jiġu applikati biss meta ma tkun teżisti l-ebda regola tal-Unjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u l-ebda protokolli internazzjonali jew metodi tal-EURL kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2. Fl-għażliet elenkati skont l-Artikolu 34(2)(b) tal-OCR, għandha tingħata prijorità lill-metodi stabbiliti mir-regoli nazzjonali aktar milli lill-metodi rakkomandati mil-laboratorji ta’ referenza nazzjonali. Madankollu, jistgħu jiġu applikati metodi vvalidati oħrajn bħala alternattiva ugwali għaż-żewġ għażliet imsemmija hawn fuq.
L-Artikolu 34(3) tal-OCR jirreferi biss għall-metodi ta’ analiżi, test jew dijanjosi tal-laboratorju, u mhux għall-metodi ta’ teħid tal-kampjuni. Dan jippermetti l-użu ta’ metodi mhux ivvalidati biss meta ma jkun jeżisti l-ebda wieħed mill-metodi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, u jekk ikunu meħtieġa b’mod urġenti analiżijiet, testijiet jew dijanjosijiet tal-laboratorju. Fir-rigward tal-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi nnotat li d-disponibbiltà ta’ metodu f’laboratorju jew fi Stat Membru partikolari mhijiex kriterju rilevanti fil-kuntest tal-Artikolu 34(3) tal-OCR, minħabba l-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti jiddeżinjaw laboratorji uffiċjali u ta’ referenza fi Stati Membri jew f’pajjiżi taż-ŻEE oħrajn. Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(3) tal-OCR, il-metodi mhux ivvalidati jistgħu jintużaw mil-laboratorji ta’ referenza nazzjonali, u mil-laboratorji uffiċjali biss fin-nuqqas ta’ laboratorju ta’ referenza nazzjonali.
L-Artikolu 34(4) tal-OCR jistabbilixxi r-rekwiżit bażi għall-metodi ta’ analiżi fil-laboratorju fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħrajn li l-metodi għandhom ikunu kkaratterizzati, kull fejn ikun possibbli, bl-użu tal-kriterji stabbiliti fl-Anness III tal-OCR.
L-Artikolu 34(5) tal-OCR jirrikjedi li l-kampjuni jittieħdu, jiġu mmaniġġjati u ttikkettati b’tali mod li tiġi żgurata l-validità legali, xjentifika u teknika tagħhom. Dan ir-rekwiżit japplika għall-ipproċessar ta’ kampjuni kemm waqt it-teħid tal-kampjuni nnifsu, jekk twettaqx mill-awtoritajiet kompetenti (jew minn korpi jew persuni delegati), jew minn laboratorji uffiċjali, matul it-trasferiment tal-kampjuni lil-laboratorju u matul it-twettiq ta’ analiżijiet, testijiet jew dijanjosijiet tal-laboratorju mwettqa minn laboratorji uffiċjali jew minn laboratorji ta’ referenza nazzjonali.
Figure 4 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-paragrafi tal-Artikolu 34 tal-OCR fir-rigward tal-applikabbiltà tagħhom għall-metodi ta’ kampjunar u/jew għall-metodi ta’ analiżi, ittestjar jew dijanjosi tal-laboratorju.
Illustrazzjoni4
L-applikabbiltà tal-Artikolu 34(1) sa (5) tal-OCR għal i) metodi ta’ kampjunar użati mill-awtoritajiet kompetenti (jew mill-korpi delegati jew mill-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti), ii) metodi ta’ kampjunar użati mil-laboratorji uffiċjali u iii) metodi ta’ analiżi, ta’ testijiet u ta’ dijanjosi tal-laboratorju użati mil-laboratorji uffiċjali. (CA = awtorità kompetenti (jew korp delegat jew persuna fiżika li lilha jkunu ġew iddelegati ċerti kompiti); OL = laboratorju uffiċjali)
Illustrazzjoni5
“Kaskata” għall-metodi ta’ analiżi, ta’ test u ta’ dijanjosi tal-laboratorju fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħrajn kif deskritti fl-Artikolu 34 tal-OCR. Innota li mhux l-elementi kollha fil-ġerarkija japplikaw għall-metodi ta’ kampjunar (ara Figure 4)
2.3.2. It-tieni Opinjoni Esperta (l-Artikolu 35 tal-OCR)
L-Artikolu 35(1) tal-OCR jistabbilixxi d-dritt tal-operatur għat-tieni opinjoni esperta għall-ispejjeż tal-operatur stess:
|
L-Artikolu 35 tal-OCR It-tieni opinjoni esperta
|
Dan id-dritt japplika għall-kampjunar, għall-analiżi, għat-test jew għad-dijanjosi li jitwettqu fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali, mhux fil-kuntest ta’ attivitajiet uffiċjali oħrajn. It-tieni opinjoni esperta tissalvagwardja d-drittijiet leġittimi tal-operaturi, b’mod partikolari d-dritt ta’ appell tagħhom kontra l-miżuri li jittieħdu kif stabbilit fl-Artikolu 7 tal-OCR, billi tikkontribwixxi għal bażi fattwali soda. Għalhekk, l-operaturi li huma d-destinatarji tal-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti huma intitolati għal dan id-dritt.
Id-dritt għat-tieni opinjoni esperta ma jaffettwax l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jieħdu azzjoni immedjata sabiex jeliminaw jew irażżnu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, jew għall-benesseri tal-annimali jew, fir-rigward tal-OĠM u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, anke għall-ambjent (l-Artikolu 35(4) tal-OCR).
L-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jissoġġettaw id-dritt għat-tieni opinjoni esperta għall-ħlas ta’ tariffa. Madankollu, kif huwa ddikjarat b’mod ċar fl-Artikolu 35(1) tal-OCR, il-kostijiet tat-tieni opinjoni esperta għandhom jitħallsu mill-operatur.
Id-dritt għat-tieni opinjoni esperta jikkonsisti minn tliet elementi, li jagħtu d-dritt lill-operatur li:
|
i) |
jitlob rieżami dokumentarju tal-kampjunar inizjali, l-analiżi, it-test jew id-dijanjosi minn espert rikonoxxut u kkwalifikat kif xieraq (l-Artikolu 35(1) tal-OCR);
|
|
ii) |
jitlob li l-awtorità kompetenti tieħu kwantità suffiċjenti ta’ kampjuni għall-finijiet tat-tieni analiżi mwettqa bħala parti mit-tieni opinjoni esperta (il-premessa 48 u l-Artikolu 35(2) tal-OCR, soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fihom); dan l-element tat-tieni opinjoni esperta ma japplikax meta tiġi vvalutata l-preżenza ta’ pesti ta’ kwarantina fil-pjanti, fi prodotti tal-pjanti jew f’oġġetti oħra għall-fini tal-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2) tal-OCR (it-tieni sentenza tal-Artikolu 35(2)).
|
|
iii) |
jitlob li l-awtorità kompetenti tieħu kwantità suffiċjenti ta’ kampjuni għall-finijiet ta’ analiżi oħra minn laboratorju uffiċjali ieħor imwettqa fuq talba tal-operatur f’każ ta’ tilwima bbażata fuq l-analiżi inizjali u t-tieni opinjoni esperta, jekk dan id-dritt ikun previst fil-liġi nazzjonali (l-Artikolu 35(3) tal-OCR, soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35(2) tal-OCR).
|
Fejn il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tistabbilixxi regoli għall-kampjunar jew għall-analiżi f’qasam speċifiku, tali regoli jieħdu preċedenza fuq il-prinċipji bażiċi stabbiliti fl-Artikolu 35 tal-OCR. B’mod partikolari, ir-regoli speċifiċi għas-settur jistgħu jagħmlu l-estrazzjoni ta’ kwantità suffiċjenti għal kampjuni addizzjonali obbligatorja, jew jeħtieġu li jiġu segwiti proċeduri speċifiċi sabiex jinkisbu l-kampjuni finali. Pereżempju, diversi atti legali tal-Unjoni (37) (38) (39) jistabbilixxu proċeduri speċifiċi sabiex jiżguraw li tittieħed kwantità suffiċjenti sabiex jinkisbu kampjuni rappreżentattivi għal “skopijiet ta’ infurzar, ta’ difiża u ta’ referenza”. Fejn ġew adottati regoli speċifiċi għas-settur abbażi tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (40), id-dispożizzjonijiet rilevanti jibqgħu japplikaw, sakemm ma jitħassrux jew jiġu sostitwiti b’leġiżlazzjoni ġdida adottata skont l-OCR.
Meta l-proċeduri ma jkunux speċifikati aktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa fil-livell tal-Istati Membri li jimplimentaw ir-regoli li jikkonċernaw dawn li ġejjin:
|
— |
il-kriterji ta’ kwalifika għall-espert rikonoxxut u li jkollu kwalifiki adegwati fit-twettiq tar-rieżami dokumentarju kif imsemmi fl-Artikolu 35(1) tal-OCR; |
|
— |
l-immaniġġar u l-ħżin ta’ kwantità addizzjonali tal-kampjun meħuda għall-finijiet ta’ analiżi addizzjonali bħala parti mit-tieni opinjoni esperta; |
|
— |
l-użu tar-riżultati tal-analiżi inizjali, tat-tieni opinjoni esperta u, jekk applikabbli, tat-tieni analiżi uffiċjali, mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi. Ir-regoli stabbiliti fl-OCR għandhom l-għan li jiżguraw, fost l-oħrajn, li l-operaturi jkollhom bażi fattwali soda għad-deċiżjonijiet tagħhom biex jeżerċitaw id-dritt ta’ appell tagħhom (l-Artikolu 7 tal-OCR). Madankollu, il-proċedura tal-appell innifisha mhijiex irregolata mill-OCR, iżda permezz tar-regoli nazzjonali; |
|
— |
kwalunkwe limitu ta’ żmien fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt għal rieżami dokumentarju, eż., b’kont meħud tal-limiti ta’ żmien previsti għal mezzi rilevanti ta’ rimedju fil-livell nazzjonali, inkluż għad-dritt ta’ appell. |
2.3.2.1. Kundizzjonijiet għall-kampjunar għat-tieni opinjoni esperta u għal analiżi oħra minn laboratorju uffiċjali ieħor
Kwantità addizzjonali tal-kampjun għall-fini tat-tieni opinjoni esperta u/jew li għandha tinżamm għar-rieżami (analiżi oħra minn laboratorju uffiċjali ieħor) imsemmija fl-Artikolu 35(3) tal-OCR trid tittieħed fil-mument tal-estrazzjoni inizjali tal-materjal tal-kampjun. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kull kampjun huwa ugwalment rappreżentattiv tal-lott li minnu ttieħed il-kampjun.
Il-kampjunar ta’ kwantità suffiċjenti ta’ kampjun sabiex tkun tista’ ssir it-tieni analiżi bħala parti mit-tieni opinjoni esperta u għar-rieżami msemmi fl-Artikolu 35(3) tal-OCR huwa soġġett għall-kundizzjoni li tali kampjunar jkun “rilevanti, xieraq u vijabbli teknikament”.
L-Artikolu 35(2) u l-premessa 48 tal-OCR jiddeskrivu xi każijiet eżemplari fejn it-teħid ta’ kwantità suffiċjenti ta’ kampjuni jista’ ma jkunx “ rilevanti, xieraq jew vijabbli teknikament ”. Il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati jistgħu jvarjaw skont it-tip ta’ annimal jew ta’ oġġett, ta’ matriċi, ta’ aġent fil-mira, ta’ kundizzjonijiet tal-kampjunar u t-tip ta’ analiżi li għandha titwettaq. Tista’ titqies il-lista mhux eżawrjenti ta’ eżempji li ġejja, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi għas-settur:
Il-kampjunar ta’ kwantità suffiċjenti ta’ kampjun għall-finijiet tat-tieni opinjoni esperta u/jew ir-rieżami msemmi fl-Artikolu 35(3) tal-OCR jista’ ma jkunx
“rilevanti”, meta
|
— |
id-dritt għat-tieni analiżi uffiċjali ma jiġix implimentat fil-liġi nazzjonali; |
|
— |
analiżi oħra minn laboratorju uffiċjali ieħor f’konformità mal-Artikolu 35(3) tal-OCR ma tkunx tista’ titwettaq minħabba li l-ebda laboratorju uffiċjali ieħor fl-UE jew fiż-ŻEE ma jkollu l-għarfien espert jew it-tagħmir sabiex iwettaq l-analiżi inkwistjoni, jekk din iċ-ċirkostanza tkun magħrufa mill-awtorità kompetenti qabel it-teħid tal-kampjuni; din id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata abbażi ta’ investigazzjoni li tuża, pereżempju, il-mekkaniżmi ta’ assistenza u kooperazzjoni amministrattiva previsti fl-Artikoli 102 sa 108 tal-OCR u/jew l-għodod disponibbli previsti mill-Kummissjoni (41); |
“xieraq”, meta
|
— |
il-materjal inkluż fil-kampjun jirrappreżenta riskju jekk jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operatur, eż. materjal tal-mard jew aġenti bijoterroristiċi potenzjali; it-teħid kampjun kbir biżżejjed biex tkun tista’ ssir analiżi oħra minn laboratorju uffiċjali ieħor f’konformità mal-Artikolu 35(3) tal-OCR jista’ madankollu jkun xieraq f’każijiet bħal dawn, jekk il-kampjun jiġi ttrasportat, jinħażen u jiġi mmaniġġjat taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti u tal-laboratorji uffiċjali; |
|
— |
il-prevalenza tal-periklu fl-annimal jew fl-oġġett tista’ tkun partikolarment baxxa jew id-distribuzzjoni tagħha tista’ tkun partikolarment skarsa jew irregolari, sabiex id-detezzjoni tal-aġent perikoluż f’materjal addizzjonali tista’ ma tkunx possibbli b’affidabbiltà suffiċjenti; |
“vijabbli teknikament”, meta
|
— |
jkun hemm ammont insuffiċjenti ta’ kwantità tal-kampjun disponibbli għall-kampjunar; |
|
— |
kwantità suffiċjenti li hija ugwalment rappreżentattiva tal-lott li minnu ttieħed il-kampjun ma tistax tinkiseb minn oġġetti li jiġu ordnati minn operaturi mill-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ komunikazzjoni minn distanza mingħajr ma jidentifikaw lilhom infushom f’konformità mal-Artikolu 36. Sa fejn ikun possibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippruvaw jippreservaw id-dritt tal-operatur għat-tieni opinjoni esperta billi jordnaw unitajiet suffiċjenti, iżda għandhom jinformaw lill-operatur f’konformità mal-Artikolu 35(2)(b) tal-OCR f’każ li ma jirnexxilhomx jirkupraw kwantità rappreżentattiva suffiċjenti.; |
|
— |
id-deterjorabbiltà, id-degradabbiltà jew l-attività tal-aġent bijoloġiku, kimiku jew fiżiku li għandu jiġi analizzat jipprevjeni li (jew jillimita l-perjodu ta’ żmien li fih) il-kampjuni jistgħu jinħażnu u jiġu mmaniġġjati f’konformità mal-Artikolu 34(5) tal-OCR. |
B’mod ġenerali, kull meta l-kampjunar ta’ kwantità suffiċjenti f’konformità mal-Artikolu 35(2) tal-OCR ma jitqiesx “ rilevanti, xieraq jew vijabbli teknikament ”, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-operatur b’dan f’konformità mal-Artikolu 35(2)(b).
2.3.2.2. Analiżi oħra minn laboratorju uffiċjali ieħor
L-Artikolu 35(3) jagħti lill-Istati Membri l-prerogattiva li jimplimentaw id-dritt għar-rieżami tad-dokumenti tal-analiżi inizjali u ta’ analiżi uffiċjali oħra (it-tieni analiżi uffiċjali), ta’ test jew ta’ dijanjosi minn laboratorju uffiċjali ieħor. L-implimentazzjoni ta’ dan id-dritt tirrikjedi l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali (adottata wara d-dħul fis-seħħ tal-OCR) li tipprevedi speċifikament id-dritt għal analiżi uffiċjali oħra.
Il-laboratorju uffiċjali li jwettaq analiżi oħra f’konformità mal-Artikolu 35(3) tal-OCR jieħu f’idejh il-funzjoni ta’ “arbitru” f’każijiet fejn ikun hemm tilwima bejn l-awtorità kompetenti u l-operatur abbażi tal-analiżi inizjali u t-tieni opinjoni esperta. Meta l-ebda laboratorju uffiċjali ieħor fit-territorju fejn topera l-awtorità kompetenti ma jkollu l-għarfien espert jew it-tagħmir biex iwettaq analiżi oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, kull fejn ikun possibbli, jużaw il-mekkaniżmi ta’ deżinjazzjoni transfruntiera previsti fl-Artikolu 37(2) tal-OCR.
Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jipprevedu d-dritt għal analiżi, għal test jew għal dijanjosi oħra f’konformità mal-Artikolu 35(3) tal-OCR, l-operaturi jġarrbu l-kostijiet ta’ tali analiżijiet, testijiet jew dijanjosijiet.
2.3.3. Laboratorji uffiċjali (l-Artikoli 37 sa 42 tal-OCR)
2.3.3.1. Deżinjazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jiddeżinjaw laboratorji uffiċjali biex iwettqu l-analiżijiet, it-testijiet u d-dijanjosijiet fuq kampjuni meħuda kemm matul il-kontrolli uffiċjali kif ukoll matul attivitajiet uffiċjali oħra. Din id-deżinjazzjoni għandha ssir bil-miktub, għandu jkun fiha l-elementi msemmija fl-Artikolu 37(3) tal-OCR u għandha tipprovdi evidenza dokumentarja li turi li r-rekwiżiti fl-Artikolu 37(4) u (5) tal-OCR ġew ivvalutati u ssodisfati.
L-Artikolu 37(1) tal-OCR ma jipprekludix id-deżinjazzjoni ta’ laboratorji privati bħala laboratorji uffiċjali, jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 37(4) u (5) tal-OCR. Madankollu, jekk laboratorju privat iżomm relazzjonijiet ta’ negozju ma’ operaturi soġġetti għal kontrolli uffiċjali minbarra r-rwol tagħhom bħala laboratorju uffiċjali, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-imparzjalità fir-rigward tal-kompiti tal-laboratorju bħala laboratorju uffiċjali, f’konformità mal-Artikolu 37(4)(c) tal-OCR. Sakemm il-laboratorji uffiċjali ma jkunux iddeżinjati b’deroga mill-akkreditazzjoni obbligatorja (ara l-kapitolu 2.3.3.2. dwar l-akkreditazzjoni), japplikaw il-mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-imparzjalità stabbilita fl-EN ISO/IEC 17025.
Laboratorju jista’ jieħu l-funzjoni kemm ta’ laboratorju uffiċjali kif ukoll ta’ laboratorju ta’ referenza jew ta’ ċentru ta’ referenza, dment li jissodisfa r-rekwiżiti u l-obbligi u huwa deżinjat għal kull waħda mill-funzjonijiet tiegħu f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-OCR (l-Artikoli 37 sa 42 u l-Artikoli 92 sa 101 tal-OCR). Id-deżinjazzjoni għandha, fost l-oħrajn, tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-“ arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw koordinazzjoni effiċjenti u effettiva, kif ukoll il-kollaborazzjoni bejn il-laboratorju u l-awtoritajiet kompetenti ” (l-Artikolu 37(3)(c) tal-OCR). Tali arranġamenti jistgħu jkopru, pereżempju:
|
— |
proċeduri għall-ippjanar regolari u l-allokazzjoni tar-riżorsi, sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għall-kapaċitajiet tal-laboratorju f’konformità mal-Artikolu 37(4)(a), (b) u (d) tal-OCR u f’konformità mal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali tagħhom; |
|
— |
proċeduri għal rappurtar regolari, inkluż skambju f’waqtu ta’ data dwar il-kampjuni u r-riżultati tal-laboratorju, b’mod partikolari fejn dawn ir-riżultati jindikaw nuqqas ta’ konformità jew riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, jew, fir-rigward ta’ OĠM u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, anke għall-ambjent (l-Artikolu 38(1) tal-OCR); |
|
— |
il-kollaborazzjoni ta’ laboratorji uffiċjali ma’ laboratorji nazzjonali u/jew ta’ referenza tal-UE, b’mod partikolari l-iżgurar li l-awtorità kompetenti tkun infurmata dwar l-eżiti tat-testijiet komparattivi interlaboratorji jew tat-testijiet ta’ profiċjenza f’konformità mal-Artikolu 38(2) tal-OCR, li jippermettilha tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 39(2) tal-OCR; |
|
— |
it-twettiq tal-awditi f’konformità mal-Artikolu 39(1) tal-OCR, inklużi mekkaniżmi biex jiġi żgurat li l-awtorità kompetenti tkun infurmata dwar l-eżiti tal-valutazzjonijiet tal-akkreditazzjoni, li jippermettulha tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 39(2) tal-OCR. |
2.3.3.2. Akkreditazzjoni
Il-laboratorji uffiċjali huma obbligati joperaw f’konformità mal-EN ISO/IEC 17025 u li jiġu akkreditati skont dan l-istandard. Skont l-Artikolu 37(5) tal-OCR, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni tagħhom għandu jinkludi l-metodi kollha ta’ analiżi, ittestjar jew dijanjosi tal-laboratorju li jeħtieġlu juża l-laboratorju meta jopera bħala laboratorju uffiċjali.
F’dan il-kuntest, it-terminu “metodu” jista’ jinftiehem bħala proċedura ta’ kejl li hija applikata għal matriċi speċifika jew għal grupp ta’ matriċi, u għal analita speċifika jew għal grupp ta’ analiti, jew taħlita tagħhom, skont il-metodu inkwistjoni, f’konformità mal-EN ISO/IEC 17025. L-OCR jipprevedi derogi minn dan l-obbligu, billi jagħti lill-Istati Membri l-prerogattiva li jiddeżinjaw laboratorju uffiċjali li ma jissodisfax l-obbligu ta’ akkreditazzjoni taħt ċerti kundizzjonijiet, u jagħti xi flessibbiltà fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni:
|
1. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni ta’ laboratorju uffiċjali jista’
|
|
2. |
Huma stabbiliti derogi permanenti mill-akkreditazzjoni obbligatorja għal-laboratorji uffiċjali li jwettqu biss id-detezzjoni tat-Trichinella (43) fil-laħam u fil-laboratorji li jwettqu biss analiżijiet, testijiet jew dijanjosijiet fil-kuntest ta’ attivitajiet uffiċjali oħrajn (skont il-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 40(1)(a) u fl-Artikolu 40(1)(b) tal-OCR, rispettivament); |
|
3. |
Derogi permanenti mill-obbligu li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni għandu jkopri l-metodi kollha użati mil-laboratorju uffiċjali huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1353 (44) għall-oqsma tas-saħħa tal-pjanti, tal-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel, tal-addittivi tal-ikel, tal-enzimi tal-ikel, tal-aromatizzanti u tal-addittivi tal-għalf abbażi tal-għoti tas-setgħa fl-Artikolu 41 tal-OCR; |
|
4. |
Deroga temporanja mill-akkreditazzjoni obbligatorja (1 + 1 sena) hija permessa għal-laboratorji uffiċjali fil-każijiet li ġejjin, imsemmija fl-Artikolu 42(1) tal-OCR, u soġġetta għall-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42(2) sa (4) tal-OCR:
|
Abbażi tal-għoti tas-setgħa fl-Artikolu 41 tal-OCR, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1353 jistabbilixxi regoli li skonthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeżinjaw laboratorji uffiċjali li ma jissodisfawx ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 37(4)(e) tal-OCR fir-rigward tal-metodi kollha li jużaw għall-kontrolli uffiċjali.
L-oqsma koperti mir-Regolament Delegat (UE) 2021/1353, li għalihom jistgħu jiġu applikati d-derogi skont l-Artikolu 41 tal-OCR, huma l-materjali li jiġu f’kuntatt, l-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel, l-aromatizzanti, addittivi tal-għalf u s-saħħa tal-pjanti.
L-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1353 jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li ġejjin biex laboratorju uffiċjali fl-oqsma koperti minn dak ir-Regolament jiġi deżinjat għal metodu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni tiegħu:
|
(i) |
Il-laboratorju jrid ikollu fis-seħħ sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità biex jiżgura li jinkisbu riżultati affidabbli mill-użu ta’ metodi ta’ analiżi, ittestjar jew dijanjosi tal-laboratorju barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni tiegħu. Li jkun hemm fis-seħħ sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità huwa rekwiżit biex tinkiseb akkreditazzjoni f’konformità mal-istandard EN ISO/IEC 17025 kif meħtieġ mill-Artikolu 37(4)(e) tal-OCR. Madankollu, għall-finijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1353, is-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità trid tiġi applikata wkoll għall-metodi użati barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni. |
|
(ii) |
Il-metodu mhux akkreditat użat mil-laboratorju huwa kkaratterizzat mill-kriterji rilevanti għaż-żona rispettiva stabbilita fl-Anness III tal-OCR. Dan ir-rekwiżit huwa simili għar-rekwiżit bażiku għall-karatterizzazzjoni tal-metodu fl-Artikolu 34(4) tal-OCR. Madankollu, għall-fini speċifiku tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1353, dan ir-rekwiżit irid jiġi ssodisfat (u mhux biss “ kull meta jkun possibbli ”, kif meħtieġ fl-Artikolu 34(4) tal-OCR). |
|
(iii) |
Fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti, l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1353 jirrikjedi li, barra minn hekk, il-laboratorju uffiċjali jkun diġà akkreditat (f’konformità mal-istandard EN ISO/IEC 17025) għal metodu li jappartjeni għal waħda mill-kategoriji elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament; il-laboratorju jista’ mbagħad jiġi deżinjat bil-kundizzjoni li juża dan l-istess metodu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni fuq pest mill-istess grupp ta’ organiżmi bħall-pest li għalih jintuża l-metodu akkreditat. Il-gruppi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala “gruppi ta’ organiżmi”, f’konformità mal-premessa 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1353:
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeżinjaw laboratorju kemm bħala laboratorju uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 37(1) tal-OCR kif ukoll bħala laboratorju ta’ referenza nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 100(1) tal-OCR, id-deroga prevista fl-Artikolu 41 tal-OCR tista’ tiġi applikata għad-deżinjazzjoni bħala laboratorju uffiċjali. Għall-funzjoni ta’ dak il-laboratorju bħala laboratorju ta’ referenza, id-deroga prevista fl-Artikolu 41 tal-OCR ma tapplikax.
Madankollu, fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti, il-laboratorji uffiċjali deżinjati abbażi ta’ deroga prevista fl-Artikolu 41 tal-OCR jistgħu sussegwentement jiġu deżinjati bħala laboratorju ta’ referenza nazzjonali (jew tal-UE) irrispettivament minn jekk jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 37(4)(e) tal-OCR (jew fl-Artikolu 93(3)(a) tal-OCR għall-EURLs, rispettivament) (45).
2.3.3.3. Deżinjazzjoni transfruntiera
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeżinjaw bħala laboratorju uffiċjali, laboratorju uffiċjali li jkun jinsab fi Stat Membru jew f’pajjiż taż-ŻEE ieħor (skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 37(2) tal-OCR). Din id-dispożizzjoni tagħti lill-Istati Membri xi flessibbiltà, pereżempju, meta l-ebda laboratorju li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 37(4) u (5) tal-OCR ma jkun disponibbli fit-territorju li fih topera l-awtorità kompetenti. Ir-regoli u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 34 sa 42 tal-OCR japplikaw ukoll għal-laboratorji uffiċjali deżinjati fi Stat Membru jew f’pajjiż taż-ŻEE ieħor. Pereżempju, il-laboratorji deżinjati minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar iridu jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit li jkollhom kapaċità tal-laboratorju suffiċjenti (l-Artikolu 37(4)(a), (b) u (d) tal-OCR) fir-rigward tal-impenji tiegħu lejn l-awtoritajiet kompetenti kollha li jiddeżinjawh.
Minbarra l-arranġamenti bejn kull awtorità kompetenti deżinjanti u l-laboratorji deżinjati tagħha, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddeżinjaw l-istess laboratorju bħala l-laboratorju uffiċjali għandhom jikkomunikaw u jikkoordinaw bejniethom sabiex jagħmlu arranġamenti għal:
|
— |
it-twettiq tal-awditi (l-Artikolu 37(2) flimkien mal-Artikolu 39(1) tal-OCR): l-awditi jistgħu jitwettqu jew miż-żewġ awtoritajiet kompetenti/mill-awtoritajiet kompetenti kollha separatament, jew jistgħu jiġu ddelegati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsab il-laboratorju; |
|
— |
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni tal-laboratorju u r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-akkreditazzjoni, b’mod partikolari f’każijiet fejn l-Istat Membru ospitanti jiddependi fuq il-valutazzjonijiet ta’ akkreditazzjoni; |
|
— |
l-iskambju ta’ informazzjoni għall-każ ta’ rtirar tad-deżinjazzjoni bħala laboratorju uffiċjali skont l-Artikolu 39(2) tal-OCR, b’mod partikolari l-irtirar mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn jinsab il-laboratorju, minħabba li din id-deżinjazzjoni hija prerekwiżit għad-deżinjazzjoni minn Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 37(2)(b) tal-OCR. |
Sabiex tiffaċilita l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri għall-fini ta’ deżinjazzjoni transfruntiera, u għall-evalwazzjoni tal-każijiet deskritti fl-Artikolu 37(6) tal-OCR, il-Kummissjoni toffri pjattaforma ċentrali għall-Istati Membri biex jaqsmu ma’ xulxin informazzjoni ta’ kuntatt ta’ laboratorji nazzjonali deżinjati fit-territorji tagħhom. Minbarra l-informazzjoni kondiviża permezz tal-pjattaforma, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li joffru informazzjoni addizzjonali u aktar dettaljata fir-rigward tal-attivitajiet tal-laboratorji deżinjati tagħhom (bħal metodi disponibbli, status ta’ akkreditazzjoni) fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-laboratorji tagħhom.
2.3.3.4. Sottokuntrattar
Il-laboratorji kollha li jwettqu analiżijiet, testijiet u dijanjosijiet fuq kampjuni uffiċjali jridu jiġu ddeżinjati bħala laboratorji uffiċjali, sakemm l-ebda laboratorju uffiċjali deżinjat fl-Unjoni jew f’pajjiż taż-ŻEE ma jkollu l-għarfien espert, it-tagħmir, l-infrastruttura u l-persunal meħtieġ biex iwettaq analiżijiet, testijiet jew dijanjosijiet tal-laboratorju ġodda jew partikolarment mhux komuni (l-Artikolu 37(6) tal-OCR). Għalhekk, għajr f’każijiet skont l-Artikolu 37(6) tal-OCR, il-laboratorji uffiċjali jistgħu jissottokuntrattaw kompiti lil laboratorju uffiċjali ieħor biss. Għal-laboratorji akkreditati f’konformità mal-EN ISO/IEC 17025, id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar prodotti u servizzi pprovduti esternament ta’ dak l-istandard għandhom jiġu segwiti f’każijiet bħal dawn.
L-awtorità kompetenti deżinjanti għandha dejjem tiġi informata qabel ma kwalunkwe attività tiġi sottokuntrattata lil laboratorju uffiċjali ieħor. Jekk il-laboratorju sottokuntrattat ikun jinsab fl-istess Stat Membru, iżda jiġi ddeżinjat minn awtorità kompetenti differenti, il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti deżinjanti huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-laboratorju sottokuntrattat jissodisfa r-rekwiżiti tad-deżinjazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 37(4) u (5) tal-OCR għaż-żmien tas-sottokuntratt u għall-attività sottokuntrattata. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet kompetenti li jinsabu fl-istess Stat Membru jistgħu jużaw forom eżistenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva.
Fil-każ ta’ kompiti sottokuntratti lil laboratorju uffiċjali fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż taż-ŻEE, l-Artikolu 37(2) tal-OCR jirrikjedi li l-awtorità kompetenti fl-ewwel Stat Membru tiddeżinja l-laboratorju li jinsab fl-Istat Membru l-ieħor jew fil-pajjiż taż-ŻEE. Din ir-regola tiżgura li l-awtorità kompetenti deżinjanti fl-ewwel Stat Membru jkollha sorveljanza fuq kull laboratorju deżinjat fir-rigward tal-kompiti, tat-twettiq u tal-issodisfar tar-rekwiżiti tagħha f’kull ħin, u li tista’ sseħħ koordinazzjoni effettiva f’konformità mal-Artikolu 37(2)(a) tal-OCR.
L-Artikolu 37(6) tal-OCR jistipula eċċezzjoni għar-rekwiżit tad-deżinjazzjoni, billi l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jagħtu l-kompitu lil-laboratorji mhux deżinjati bħala laboratorji uffiċjali jew ċentri dijanjostiċi b’analiżijiet, b’testijiet jew b’dijanjosijiet tal-laboratorju ġodda jew partikolarment mhux komuni. Madankollu, dan huwa permess biss, jekk l-ebda laboratorju uffiċjali ieħor fi Stat Membru jew f’pajjiż taż-ŻEE ma jkollu l-għarfien espert, it-tagħmir, l-infrastruttura u l-persunal meħtieġa biex iwettaq dawn l-analiżijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħhom li japplikaw din id-dispożizzjoni billi juru li l-investigazzjonijiet urew li ma seta’ jiġi identifikat l-ebda laboratorju uffiċjali xieraq ieħor. L-investigazzjonijiet jistgħu jinvolvu l-mekkaniżmi għall-assistenza u għall-kooperazzjoni amministrattiva previsti fl-Artikoli 102 sa 108 tal-OCR u/jew il-bażi tad-data tal-laboratorji żviluppata mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tal-Kummissjoni (46). Il-proċedura biex “jitolbu lil laboratorju jew ċentru tad-dijanjosi [...] jwettaq dawk l-analiżi, ittestjar jew dijanjosi” ma teħtieġx deżinjazzjoni formali f’konformità mal-Artikolu 37(1) tal-OCR iżda tista’ tkun ibbażata fuq ftehim kuntrattwali mal-laboratorju rispettiv.
2.3.3.5. Awditi
Hija r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti deżinjanti li tivverifika li l-laboratorju uffiċjali jkompli jissodisfa r-rekwiżiti tad-deżinjazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 37(4) u (5) tal-OCR u l-obbligi fl-Artikolu 38 tal-OCR. L-awditi tal-akkreditazzjoni huma l-istrument ewlieni sabiex tiġi żgurata prestazzjoni għolja tal-laboratorji uffiċjali. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jorganizzaw awditi regolari billi jiddependu fuq valutazzjonijiet tal-akkreditazzjoni mwettqa mill-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni, jekk iqisu li dawn l-awditi huma żejda, jiġifieri ekwivalenti għall-awditi mwettqa mill-awtorità kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 39(1) tal-OCR. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jiġu informati dwar l-eżiti tal-valutazzjonijiet tal-akkreditazzjoni kif ukoll dwar kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju meħuda mil-laboratorju uffiċjali, sabiex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni f’konformità mal-Artikolu 39(2) tal-OCR.
Minbarra l-valutazzjonijiet tal-akkreditazzjoni, għandu jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi li jippermettu lill-awtorità kompetenti tirrispondi għan-nuqqas ta’ konformità tal-laboratorju uffiċjali bir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 37(4)(a) sa (d) tal-OCR u bl-obbligi tagħha stabbiliti fl-Artikolu 38 tal-OCR. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu rapportar annwali, rapportar regolari, u skambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet lokali li lilhom l-awtorità kompetenti tkun ittrasferiet ir-responsabbiltajiet f’konformità mal-Artikolu 4(2) tal-OCR u li jaħdmu mal-laboratorju uffiċjali fuq bażi regolari, kif ukoll rieżami tal-eżiti tat-testijiet komparattivi jew tat-testijiet ta’ profiċjenza bejn il-laboratorji organizzati mill-NRLs.
Meta jkun hemm indikazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità tal-laboratorju uffiċjali fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill-punti msemmija fl-Artikolu 39(2) tal-OCR, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni, pereżempju billi torganizza awditi addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 39(1) tal-OCR, billi titlob lil-laboratorju jieħu azzjoni ta’ rimedju, u billi fl-aħħar mill-aħħar tirtira d-deżinjazzjoni, jekk il-laboratorju jonqos milli jieħu azzjoni ta’ rimedju xierqa u f’waqtha.
Għal gwida dwar l-arranġamenti tal-awditjar bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti, ara hawn fuq taħt “deżinjazzjoni transfruntiera” u “sottokuntrattar”.
2.4. Kapitolu V — Kontrolli uffiċjali fuq annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni
2.4.1. Regoli ta’ kontroll uffiċjali għall-kunsinni li jidħlu fl-Unjoni
2.4.1.1. Kunsinni u dokumenti ta’ akkumpanjament
|
L-Artikolu 3 tal-OCR Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: [..]
|
Ċertifikati uffiċjali, attestazzjonijiet uffiċjali jew dokumenti li jakkumpanjaw kunsinna, jidentifikaw l-annimali jew l-oġġetti li jappartjenu għall-istess kunsinna. Skont l-Artikolu 89 tal-OCR, iċ-ċertifikati uffiċjali jridu jippermettu l-verifika faċli tar-rabta mal-kunsinna, mal-lott jew mal-annimal jew mal-oġġett individwali li jkopru u għandhom jippermettu l-identifikazzjoni tal-awtorità emittenti, tal-persuna li ffirmathom u tad-data tal-ħruġ. Bl-istess mod, mill-Artikolu 91 tal-OCR jirriżulta li, meta l-attestazzjonijiet uffiċjali jirrigwardaw kunsinna jew lott, iridu jippermettu l-verifika tar-rabta ma’ dik il-kunsinna jew ma’ dak il-lott. Għaldaqstant, dawn id-dokumenti jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni tal-kunsinna u jakkumpanjawha biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR.
L-annimali u l-oġġetti tal-istess kunsinna jridu jkunu tal-istess tip, klassi, jew deskrizzjoni, ħlief għall-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, soġġetti għar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(g) tal-OCR, li jistgħu jkunu eteroġeni fir-rigward tat-tip, tal-klassi jew tad-deskrizzjoni. Pereżempju, kunsinna ta’ prodotti tal-pjanti tista’ tikkonsisti minn tipi differenti ta’ frott u ħaxix, koperti mill-istess ċertifikat fitosanitarju.
Li jkunu tal-istess tip, klassi jew deskrizzjoni, fejn ikun meħtieġ ċertifikat biex jiddaħħlu l-annimali jew l-oġġetti fl-Unjoni, jimplika dan li ġej:
|
(i) |
l-annimali u l-prodotti jistgħu jkunu koperti mill-istess ċertifikat, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-UE; |
|
(ii) |
jistgħu jwieġbu għall-istess deskrizzjoni tal-kunsinna fil-Parti I ta’ dak iċ-ċertifikat u |
|
(iii) |
għandhom kollha jissodisfaw id-dikjarazzjonijiet magħżula fil-Parti II taċ-ċertifikat rilevanti. |
Kunsinna waħda tista’ tkun magħmula minn lottijiet differenti. L-annimali jew l-oġġetti f’kunsinna jiġu ttrasportati bl-istess mezz ta’ trasport.
L-oġġetti tal-istess kunsinna għandhom jiġu ppreservati fl-istess temperatura (ambjentali, imkessħa jew iffriżata) waqt it-trasport.
2.4.1.2. Regoli taċ-ċertifikazzjoni għall-annimali, għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali, għall-prodotti komposti u għall-prodotti ġerminali
Speċifiċità ewlenija relatata mal-annimali, mal-prodotti li joriġinaw mill-annimali u mal-prodotti ġerminali, hija li l-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni awtorizzat li jiffirma ċ-ċertifikati uffiċjali jrid ikun veterinarju uffiċjali skont l-Artikolu 237(2) tar-Regolament (UE) 2016/429, sakemm ma japplikawx regoli speċifiċi oħra.
Għall-annimali u għall-bajd għat-tifqis, iċ-ċertifikati jridu jinħarġu fi żmien 10 ijiem qabel id-data tal-wasla fil-BCP, perjodu li, fil-każ tat-trasport bil-baħar, jista’ jiġi estiż biex ikopri t-tul tal-vjaġġ bil-baħar (meta dan ikun sostnut minn dikjarazzjoni supplimentari mill-kaptan tal-bastiment) skont l-Artikoli 3, 14 u 101 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (47).
Skont l-Artikolu 182a tal-istess Regolament Delegat, fir-rigward tal-prodotti ġerminali huwa possibbli li fl-Unjoni jiġu importati stokkijiet qodma miġbura u prodotti skont ir-regoli tal-UE applikabbli qabel. Huma disponibbli ċertifikati speċifiċi għal dak l-għan (48).
Każ ta’ tranżitu jew trażbord f’pajjiżi terzi
Wara li jitilqu mill-pajjiż terz tal-oriġini tagħhom, il-kunsinni jistgħu jgħaddu minn pajjiżi terzi oħra jew jiġu ttrażbordati fihom qabel ma jidħlu fit-territorju tal-Unjoni. Madankollu, it-tranżitu, il-ħatt jew it-trażbord f’pajjiżi terzi ta’ annimali (inkluża l-bidla fl-ilma għall-annimali akkwatiċi) huwa permess biss f’pajjiżi terzi elenkati għad-dħul fl-Unjoni tal-komodità partikolari skont l-Artikoli 14(2) u 167(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692. Xi derogi minn din ir-regola għall-annimali terrestri huma previsti fl-Artikoli 15 u 16 tal-istess Regolament Delegat.
Meta l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali jew il-prodotti komposti jibqgħu fil-kontenitur tat-trasport issiġillat tagħhom sabiex l-istatus sanitarju tal-kunsinna ma jinbidilx, il-pajjiż terz ta’ tranżitu ma jkollux għalfejn joħroġ ċertifikat ġdid, peress li r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali msemmija fl-Artikolu 238(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u r-rekwiżiti tas-saħħa pubblika msemmija fl-Artikolu 21(4)(a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 (49) mhumiex kompromessi.
Madankollu, il-pajjiż terz ta’ tranżitu jrid jiġi elenkat għall-prodott ikkonċernat u joħroġ ċertifikat ġdid fil-każijiet li ġejjin, meta jitqies li l-garanziji tas-saħħa pprovduti miċ-ċertifikat inizjali ma għadhomx validi:
|
— |
il-ħatt ta’ prodotti bl-ingrossa, inklużi pakketti bil-pallets, u t-tagħbija mill-ġdid f’kontejner tat-trasport destinat għall-Unjoni; |
|
— |
il-ħatt għall-ħżin f’maħżen tal-pajjiż terz ta’ tranżitu, irrispettivament mill-istatus doganali tiegħu, u t-tagħbija mill-ġdid f’mezz ta’ trasport destinat għall-Unjoni; |
|
— |
il-ħatt u kwalunkwe mmaniġġjar jew ipproċessar fi stabbiliment tal-pajjiż terz ta’ tranżitu, qabel it-tagħbija mill-ġdid f’mezz ta’ trasport destinat għall-Unjoni. |
Każ ta’ ċertifikazzjoni multipla
Bħala prinċipju ġenerali, kunsinna ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali msemmija fl-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 jew ta’ prodotti komposti msemmija fl-Artikolu 21(1)(f) tal-istess Regolament hija akkumpanjata minn ċertifikat uffiċjali wieħed biss. Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi, kunsinna jista’ jkollha tkun akkumpanjata minn diversi ċertifikati uffiċjali. Dan jista’ jkun il-każ għall-oġġetti tal-ikel (l-hekk imsejħa prodotti mħallta) li jkun fihom prodotti differenti ta’ oriġini mill-annimali, pereżempju, prodotti tas-sajd u prodotti tal-ħalib. F’dan il-każ:
|
— |
il-kunsinna trid tkun akkumpanjata miċ-ċertifikati meħtieġa rilevanti għal kull tip ta’ prodott li joriġina mill-annimali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292; |
|
— |
f’kull ċertifikat, id-deskrizzjoni tal-kunsinna trid tispeċifika l-ispeċi, it-tip ta’ prodotti, it-trattament u l-istabbiliment(i) elenkat(i) relatati mal-uniċi kategorija/i tal-prodott ta’ oriġini mill-annimali koperti miċ-ċertifikat. Madankollu, il-kodiċijiet SA, l-għadd tal-pakketti u l-piżijiet għandhom ikunu relatati mal-prodott finali, jiġifieri li din l-informazzjoni għandha tkun l-istess f’dawk iċ-ċertifikati kollha u tirreferi għall-kunsinna kollha kemm hi u mhux għall-prodott kopert minn kull ċertifikat speċifiku; |
|
— |
biex tiġi żgurata traċċabbiltà xierqa, iċ-ċertifikati għandhom jew jiġu identifikati bl-istess referenza, jew kull ċertifikat għandu jinkludi referenza għaċ-ċertifikati l-oħra; |
|
— |
fil-BCP (punt ta’ qsim tal-fruntiera), jinħareġ CHED wieħed biss, peress li hemm kunsinna waħda. Id-deskrizzjoni tal-kunsinna trid tirreferi għall-informazzjoni relatata mal-prodott finali. |
Bl-istess mod, kunsinna ta’ prodotti li jkun fihom jew li jkunu magħmula minn prodotti sekondarji differenti tal-annimali, bħal għalf kompost jew bħal fertilizzanti komposti, jistgħu jeħtieġu aktar minn ċertifikat uffiċjali wieħed. Ma’ dawn il-prodotti, iridu jinħarġu ċertifikati rilevanti għal kull tip ta’ prodott sekondarju tal-annimali.
2.4.1.3. Regoli ta’ ċertifikazzjoni għall-pjanti, għall-prodotti tal-pjanti u għal oġġetti oħra
Ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra li joriġinaw minn pajjiż terz jistgħu jidħlu fl-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif speċifikat fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2016/2031, maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz.
Filwaqt li jrid jinħareġ ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni għall-kunsinni introdotti direttament mill-pajjiż terz tal-oriġini, skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2016/2031, irid jinħareġ ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni jew għar-riesportazzjoni meta l-kunsinni jiġu introdotti minn pajjiż terz tad-dispaċċ, jiġifieri pajjiż li jesporta mill-ġdid, jiġifieri, għajr dak tal-oriġini tagħhom. Ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni jista’ jinħareġ mill-pajjiż tad-dispaċċ fil-każ fejn il-prodott bażiku fil-kunsinna ma jkunx tkabbar jew ġie pproċessat biex tinbidel in-natura tiegħu f’dak il-pajjiż u biss meta jkun disponibbli ċertifikat fitosanitarju oriġinali għall-esportazzjoni, jew il-kopja ċċertifikata tiegħu.
Il-kontenut ta’ dawn iċ-ċertifikati huwa stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/2031. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni, jew il-kopja ċċertifikata tiegħu, irid jakkumpanja ċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni u jrid ikun marbut miegħu. Għall-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli jridu jqisu kwalunkwe bidla fir-riskju tal-pesti assoċjat mal-kunsinna li setgħet seħħet fil-pajjiż tad-dispaċċ. Jekk il-kunsinna tkun ġiet ippakkjata mill-ġdid, mgħobbija mill-ġdid, maħżuna, maqsuma jew ikkombinata ma’ kunsinni importati oħra, xorta jista’ jinħareġ ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni, dment li ma tkunx ġiet esposta għal infestazzjoni jew għal kontaminazzjoni minn pesti rregolati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
F’ċerti każijiet, sabiex jipprovdu assigurazzjoni li l-kunsinna tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz tad-dispaċċ iridu jieħdu azzjoni xierqa biex joħorġu ċertifikat fitosanitarju tal-esportazzjoni ġdid.
Fejn applikabbli, trid tkun preżenti u korretta dikjarazzjoni addizzjonali biex l-awtorità kompetenti taċċetta l-kunsinna, skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2016/2031.
2.4.1.4. Ċertifikazzjoni elettronika
Is-servizz ta’ ċertifikazzjoni elettronika ta’ TRACES jippermetti l-produzzjoni fi TRACES u t-trażmissjoni lil TRACES taċ-ċertifikati u tad-dokumenti uffiċjali elettroniċi. Dan jiffaċilita t-twettiq tal-kontrolli uffiċjali peress li l-atturi kollha involuti f’ċertu moviment għandhom aċċess immedjat permezz ta’ TRACES għaċ-ċertifikat elettroniku oriġinali jew għas-CHED. Barra minn hekk, is-servizz ta’ ċertifikazzjoni elettronika ta’ TRACES huwa offrut lill-awtoritajiet kompetenti kollha li jużaw TRACES (kemm tal-UE kif ukoll mhux tal-UE) mingħajr ħlas. Iċ-ċertifikati uffiċjali u s-CHEDs għandhom jiġu ffirmati elettronikament, meta r-regoli settorjali jirrikjedu dan, bħal fil-każ tal-ħruġ taċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2018/848, li jrid jinħareġ f’forma elettronika fi TRACES (l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2119 (50)).
Huma biss iċ-ċertifikati uffiċjali u s-CHEDs li jikkonformaw mar-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni elettronika previsti fir-Regolament tal-IMSOC li jistgħu jitqiesu bħala elettroniċi u jirrinunzjaw ir-rekwiżit għall-ħruġ taċ-ċertifikati u tad-dokumenti uffiċjali rilevanti f’format stampat.
2.4.1.5. Annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni soġġetti għal kontrolli uffiċjali
|
L-Artikolu 3 tal-OCR Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: [..]
|
L-OCR jistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni kollha ta’ annimali u ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni fl-Artikoli 43 sa 77 u tiddistingwi bejn annimali u oġġetti li huma soġġetti jew le għal kontrolli uffiċjali fil-BCPs, sabiex tiġi aċċertata l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).
L-Artikoli 44 sa 46 tal-OCR jipprevedu l-kontrolli uffiċjali fuq annimali u oġġetti li mhumiex soġġetti għal preżentazzjoni obbligatorja fil-BCPs. Dawn japplikaw għal kunsinni meqjusa li huma ta’ riskju aktar baxx u jippermettu flessibbiltà fir-rigward tal-post tal-kontrolli uffiċjali, li jistgħu jitwettqu fi kwalunkwe post xieraq mill-punt tad-dħul fl-Unjoni, inkluż BCP, sal-post tad-destinazzjoni (l-Artikolu 44(3) tal-OCR). Dawk il-kontrolli għandhom jitwettqu fuq bażi ta’ riskju.
Sabiex jiddeterminaw ir-riskju, l-awtoritajiet kompetenti jridu jqisu, fost l-oħrajn, f’konformità mal-Artikolu 44(2) tal-OCR l-istorja tal-konformità ta’: l-istabbiliment tal-produzzjoni jew tal-oriġini, l-esportatur, l-operatur responsabbli għall-kunsinna, il-pajjiż li jesporta lejn l-UE, u l-garanziji pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu fir-rigward tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR.
L-Artikoli 47 sa 64 tal-OCR jipprevedu kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) li jeħtieġ li jiġu ppreżentati fil-BCP tal-ewwel wasla fl-Unjoni u jgħaddu minn kontrolli uffiċjali.
Qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna fil-BCP, l-operatur responsabbli għall-kunsinna jrid jagħti notifika minn qabel tal-wasla tagħha billi jimla l-parti I tas-CHED. Dan huwa pass obbligatorju għall-preżentazzjoni tal-kunsinna għall-kontrolli uffiċjali fil-BCP u huwa previst fl-Artikolu 56 tal-OCR, ħlief f’każijiet speċifiċi bħat-trażbord fil-limiti ta’ żmien definiti mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124. Din in-notifika trid issir mhux aktar tard minn jum tax-xogħol qabel il-wasla mistennija tal-kunsinna sal-BCP tal-ewwel wasla u jekk ikun hemm restrizzjonijiet loġistiċi mhux aktar tard minn erba’ sigħat qabel il-wasla mistennija, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1013 (51).
Minbarra dawn ir-rekwiżiti, għall-kategoriji kollha ta’ prodotti organiċi u ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni, trid tingħata notifika minn qabel skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 (52) permezz ta’ TRACES fl-istess limiti ta’ żmien previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1013. Il-Kaxxa 20 tas-COI tintuża għal dan l-għan.
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306, il-korp ta’ kontroll jew l-awtorità ta’ kontroll iridu jtellgħu fi TRACES id-dokumenti kummerċjali u tat-trasport tal-kunsinna waqt il-ħruġ tas-COI rilevanti. F’każ li l-kunsinna tkun koperta wkoll minn CHED, huwa rrakkomandat li l-istess dokumenti kummerċjali u tat-trasport jiġu mehmuża magħha, biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti matul il-kontrolli paralleli.
Skont is-setgħat tal-Artikolu 47(2) tal-OCR, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-listi ta’ wħud mill-annimali u mill-oġġetti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, identifikati bil-kodiċijiet korrispondenti tan-Nomenklatura Magħquda (NM).
B’mod partikolari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/632 (53) jelenka l-annimali, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati, il-prodotti komposti, u l-ħuxlief u t-tiben, soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-BCPs. L-annimali u l-prodotti li mhumiex inklużi fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma awtomatikament esklużi mill-kontrolli uffiċjali previsti fl-Artikolu 47(1) tal-OCR. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 (54) jeżenta mill-kontrolli uffiċjali fil-BCPs ċerti prodotti komposti bi skadenza twila li jippreżentaw riskju baxx għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-annimali u jistabbilixxi regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq dawk il-prodotti.
Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793 (55) jelenka ċertu ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali minn ċerti pajjiżi terzi soġġetti għal żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali kif ukoll miżuri ta’ emerġenza (kundizzjonijiet speċjali għad-dħul u għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni) li jirregolaw id-dħul ta’ tali ikel u għalf, f’konformità mal-Artikolu 47(1)(d) u (e) tal-OCR.
Fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (56) jistabbilixxi fl-Annessi XI u XII tiegħu, il-listi ta’ pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra skont l-Artikoli 72(1) u 74(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-BCP tal-ewwel wasla fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 47(1)(c) tal-OCR.
L-awtoritajiet kompetenti huma responsabbli għall-valutazzjoni tal-identità tal-annimali u tal-oġġetti u biex jiddeċiedu jekk jikkorrispondux għad-deskrizzjonijiet previsti fir-Regolamenti ta’ hawn fuq u, għalhekk, jekk jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom jew le.
2.4.1.6. Twettiq tal-kontrolli
|
L-Artikolu 3 tal-OCR Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: [..]
|
Skont l-Artikolu 15(1) u (3) tal-OCR, il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti jrid jingħata aċċess mill-operaturi għat-tagħmir, għall-mezzi tat-trasport u għall-bini, għas-sistemi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni, għall-annimali u għall-oġġetti taħt il-kontroll tagħhom u għad-dokumenti, sal-punt li dan ikun meħtieġ biex jitwettqu kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni. L-operaturi responsabbli għall-kunsinni jridu jagħmlu disponibbli l-informazzjoni kollha li tinsab fuq karta jew f’forma elettronika li tikkonċerna l-kunsinna.
Hemm tliet tipi differenti ta’ kontrolli fuq l-annimali u l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tal-OCR jew li jaqgħu taħt l-Artikolu 44 tal-OCR u jridu jitwettqu f’din l-ordni ta’ standard: kontrolli tad-dokumentazzjoni, kontrolli tal-identità, kontrolli fiżiċi. Għandhom jitwettqu fi frekwenzi differenti, li jvarjaw mill-ogħla frekwenza għall-kontrolli tad-dokumentazzjoni għal frekwenza mnaqqsa għall-kontrolli tal-identità u frekwenza ugwali jew aktar baxxa għall-kontrolli fiżiċi.
Għall-annimali u għall-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tal-OCR, il-kontrolli tad-dokumentazzjoni jridu jitwettqu fuq il-kunsinni kollha mill-awtorità kompetenti responsabbli mill-BCP (l-Artikolu 54(1) tal-OCR). Għal dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 44 tal-OCR, il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu f’post xieraq (kif definit fl-Artikolu 44(3)). F’konformità mar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 9(5) tal-OCR, il-piż amministrattiv u t-tfixkil operazzjonali għall-operaturi jridu jinżammu għall-minimu meħtieġ. Għalhekk, it-tfixkil operazzjonali li jirriżulta għandu jitqies għall-għażla tal-post tal-kontrolli uffiċjali tal-oġġetti li jaqgħu taħt l-Artikolu 44 tal-OCR, sabiex jiġi żgurat funzjonament bla xkiel tal-kummerċ. Il-kontrolli tad-dokumentazzjoni jitwettqu abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju u bi frekwenza xierqa (l-Artikoli 44(1) u 45(1) tal-OCR).
Il-kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tal-OCR soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-BCP, iridu jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikati jew mid-dokumenti oriġinali, jew l-ekwivalenti elettroniċi meħtieġa mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2). Skont l-Artikolu 50 tal-OCR, dawn iċ-ċertifikati jew id-dokumenti jridu jinżammu mill-awtoritajiet kompetenti tal-BCPs li jeħtiġilhom jipprovdu kopji awtentikati jew elettroniċi lill-operaturi, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2). Skont l-Artikoli 11, 13 u 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2124 dwar l-annimali li jibqgħu fuq l-istess mezz ta’ trasport għat-tkomplija tal-vjaġġ u l-kunsinni trażbordati, iċ-ċertifikati ta’ akkumpanjament iridu jibqgħu mal-kunsinni għall-bqija tal-vjaġġ.
Il-kontroll tad-dokumentazzjoni għal ċerti pjanti, għall-prodotti tal-pjanti u għal oġġetti oħra jistgħu jitwettqu mill-bogħod mill-BCP, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 (57).
Il-kontrolli tad-dokumentazzjoni jinkludu:
|
— |
l-ispezzjoni taċ-ċertifikati uffiċjali, tal-attestazzjonijiet uffiċjali u ta’ dokumenti oħra li jakkumpanjaw il-kunsinni, jew l-ekwivalenti elettroniċi tagħhom sottomessi fi TRACES u |
|
— |
l-verifika tal-konformità ta’ dawn id-dokumenti mar-rekwiżiti legali rilevanti u tal-informazzjoni li jipprovdu mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR. |
Għall-annimali u għall-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tal-OCR, meta jwettqu kontroll tad-dokumentazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jridu jeżaminaw iċ-ċertifikati, l-attestazzjonijiet u dokumenti oħra li huma meħtieġa li jakkumpanjaw il-kunsinna. Iridu jivverifikaw li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56 tal-OCR, il-parti I tas-CHED, mimlija kif suppost u b’mod preċiż, tkun ġiet sottomessa mill-operatur fl-IMSOC (TRACES) qabel il-wasla tal-kunsinna fil-BCP u li l-informazzjoni li jkun fiha tikkorrispondi għal dik inkluża fiċ-ċertifikati uffiċjali, fl-attestazzjonijiet uffiċjali u f’dokumenti oħra. Il-kontrolli tad-dokumentazzjoni jikkonċernaw ukoll l-informazzjoni dwar l-użu tal-annimali u tal-oġġetti u dwar id-destinazzjoni tagħhom.
Wara l-kontrolli tad-dokumentazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jridu jwettqu l-kontrolli tal-identità fuq il-kunsinni li jiġu ppreżentati fil-post tal-kontrolli uffiċjali, b’ċerta frekwenza, kif meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni bħar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2129 (58), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2389 (59). Dawn il-kontrolli, definiti fil-punt 42 tal-Artikolu 3 tal-OCR, jinkludu b’mod partikolari l-verifika tal-għadd u l-karatteristiċi tal-annimali, tal-kontenut u tal-kwantità tal-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni u, fejn applikabbli, it-timbri, il-marki ta’ identifikazzjoni, il-kodiċijiet, is-siġilli u l-mezzi tat-trasport, fir-rigward tal-informazzjoni rispettiva li tinsab fiċ-ċertifikati uffiċjali, fl-attestazzjonijiet uffiċjali u f’dokumenti oħra.
Għall-kunsinni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, tal-prodotti ġerminali, tal-prodotti sekondarji tal-annimali, tal-prodotti derivati, tal-ħuxlief u tat-tiben u tal-prodotti komposti, il-kontrolli tal-identità jistgħu jkunu limitati għall-identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport u għall-kontrolli tas-siġilli meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2130 (60).
Fl-aħħar nett, il-kontrolli fiżiċi jridu jitwettqu f’ċerta frekwenza kif meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni (bħar-Regolamenti msemmija hawn fuq li jistabbilixxu l-frekwenzi għall-kontrolli tal-identità), sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-annimali u tal-oġġetti mar-regoli applikabbli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR u mar-rekwiżiti speċifiċi definiti fiċ-ċertifikati uffiċjali, fl-attestazzjonijiet uffiċjali u f’dokumenti oħra (l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2130).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2130 jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu matul u wara l-kontrolli tad-dokumentazzjoni, il-kontrolli tal-identità u l-kontrolli fiżiċi fuq l-annimali u l-oġġetti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-BCPs.
L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/2306 jipprovdi regoli dettaljati għall-kontrolli uffiċjali tal-prodotti organiċi u tal-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.
2.4.1.7. Użu tas-CHED
F’konformità mal-Artikolu 56(1) u (4) tal-OCR, għal kull kunsinna ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tal-OCR, l-operatur responsabbli għall-kunsinna jrid jimla u jissottometti l-Parti I tas-CHED biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti tal-BCP dwar l-identifikazzjoni u d-destinazzjoni ta’ dik il-kunsinna.
L-awtoritajiet kompetenti tal-BCP iridu jirreġistraw fis-CHED l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali li wettqu u d-deċiżjoni meħuda dwar il-kunsinna (l-Artikolu 56(3) tal-OCR).
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet doganali jridu jużaw is-CHED iffinalizzat biex jagħżlu l-proċedura doganali xierqa u jirrilaxxaw il-kunsinna b’CHED ivvalidat għaċ-ċirkolazzjoni libera f’konformità mal-Artikolu 57 tal-OCR.
Illustrazzjoni6
Tlestija u użu tas-CHED skont l-Artikoli 56 u 57 tal-OCR
Il-finalizzazzjoni tas-CHED hija prerekwiżit għall-possibbiltà tal-qsim tal-kunsinna skont l-Artikolu 50(3) tal-OCR. Il-kopja awtentikata stampata jew elettronika taċ-ċertifikati jew tad-dokumenti uffiċjali tal-kunsinna oriġinali trid tinħareġ għall-operatur responsabbli skont l-Artikolu 50(2) tal-OCR.
CHED iffinalizzat fuq karta jew f’forma elettronika jrid jakkumpanja l-kunsinna sal-post tad-destinazzjoni u sakemm tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1602 (61) jew sakemm toħroġ mill-Unjoni. Skont l-Artikolu 57(2) tal-OCR, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw biss it-tqegħid tal-kunsinna taħt proċedura doganali li tkun kompatibbli mad-deċiżjoni tal-BCP imsemmija fis-CHED.
Kull deċiżjoni dwar il-BCP tiftaħ għażliet differenti disponibbli għall-operatur fir-rigward tad-dikjarazzjoni doganali u tat-trattament tal-kunsinna. Pereżempju, jekk id-deċiżjoni dwar il-BCP rigward kunsinna tkun biex din tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-operatur xorta jista’ jagħżel li l-kunsinna tgħaddi mill-proċeduri doganali ta’ tranżitu jew ta’ riesportazzjoni. Madankollu, jekk id-deċiżjoni dwar l-BCP rigward il-kunsinna tkun għat-tranżitu, allura l-operatur ma jistax jitlob rilaxx doganali għaċ-ċirkolazzjoni libera.
2.4.1.8. Bidla fl-għan u fit-trattament speċjali tal-kunsinni
F’każijiet fejn jinbidel l-użu maħsub tal-kunsinna, wara r-rifjut tagħha fil-BCP iżda waqt li tkun għadha taħt il-kontroll tal-awtorità tal-BCP, irid jinħareġ CHED ta’ sostituzzjoni u jiġi marbut mas-CHED inizjali.
Min-naħa l-oħra, meta l-kunsinna tiġi rrifjutata u sussegwentement tiġi diretta għal trattament speċjali, is-sostituzzjoni ta’ CHED ma tkunx xierqa.
Minflok, l-awtorità kompetenti li tissorvelja t-trattament speċjali trid tiddeċiedi dwar il-konformità tal-kunsinna mar-regoli tal-Unjoni u ma’ dawk nazzjonali. Abbażi ta’ din id-deċiżjoni dokumentata, l-awtoritajiet doganali se jiddeċiedu dwar ir-rilaxx tal-kunsinna għaċ-ċirkolazzjoni libera u l-ġestjoni tal-kwantità se titwettaq barra mis-sistema CSW-CERTEX tal-UE.
2.4.1.9. CHED-PP marbut ma’ ċertifikat fitosanitarju
Mid-definizzjoni tal-kelma “ kunsinna ” fl-Artikolu 3(37) tal-OCR, jirriżulta li għall-oġġetti soġġetta għar-regoli tas-saħħa tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 1(2)(g) tal-OCR, l-oġġetti fil-kunsinna ma għandhomx għalfejn ikunu tal-istess tip, klassi jew deskrizzjoni. Skont id-dispożizzjoni msemmija, kunsinna tfisser kwantità ta’ oġġetti li hija, fost l-oħrajn, “(...) kopert[a] mill-istess ċertifikat uffiċjali” .
Il-qari flimkien tal-Artikolu 56 tal-OCR u tal-Artikolu 3(37) tal-OCR juri li CHED-PP, kif definit fl-Artikolu 40 tar-Regolament IMSOC, jista’ jinħareġ biss fir-rigward ta’ kwantità ta’ pjanti, ta’ prodotti tal-pjanti jew ta’ oġġetti oħra koperti mill-istess ċertifikat fitosanitarju.
Għaldaqstant, filwaqt li ċertifikat fitosanitarju jista’ jkopri prodotti ta’ tip, ta’ klassi u ta’ deskrizzjoni differenti, CHED-PP jista’ jkun marbut biss ma’ ċertifikat fitosanitarju wieħed għall-esportazzjoni jew ma’ ċertifikat fitosanitarju wieħed għar-riesportazzjoni. F’każ li CHED-PP ikun marbut ma’ ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni, ċertifikat fitosanitarju wieħed jew aktar għall-esportazzjoni jista’ jiġi mehmuż maċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni.
2.4.2. Dħul illegali ta’ kunsinni fl-Unjoni
F’konformità mal-Artikolu 66(6) tal-OCR f’każ li kunsinna tal-annimali u tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tal-OCR, li trid tgħaddi mill-kontrolli uffiċjali fil-BCP, ma tiġix ippreżentata fil-BCP jew ma tiġix ippreżentata f’konformità mar-regoli msemmija fl-istess artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jridu jordnaw li l-kunsinna tinżamm jew tissejjaħ lura u titqiegħed taħt detenzjoni uffiċjali.
Fl-istadju tad-dikjarazzjoni doganali, CHED iffinalizzat għal dawk il-kunsinni jrid jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet doganali. Skont l-Artikolu 57(3) tal-OCR, jekk CHED ma jiġix ippreżentat meta ssir dikjarazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jridu jżommu l-kunsinna u jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-BCP.
2.4.2.1. Notifika
Meta l-Istat Membru tad-dħul tal-kunsinna fl-Unjoni jkun differenti mill-Istat Membru tad-dikjarazzjoni doganali, l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (62) dwar l-assistenza spontanja (mingħajr talba minn qabel) bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, japplikaw.
Fl-OCR, fir-rigward tal-annimali u tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1), l-obbligu li l-awtoritajiet kompetenti tal-BCP jiġu nnotifikati minnufih huwa stabbilit fl-Artikolu 57 (3). Madankollu, din in-notifika tiddependi fuq jekk ikunx jeżisti BCP fil-punt tad-dħul.
Meta jkun hemm BCP fil-punt tad-dħul
L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn issir id-dikjarazzjoni, iridu jinnotifikaw:
|
— |
lill-awtoritajiet kompetenti tal-BCP tal-punt tad-dħul, għall-fini ta’ investigazzjonijiet possibbli jew azzjonijiet ulterjuri. Meta diversi awtoritajiet kompetenti jkunu involuti fit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fil-BCP fuq l-istess kunsinna (pereżempju, jekk il-kunsinna trid tkun akkumpanjata kemm minn CHED-PP kif ukoll minn CHED-D u l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli rreġistrati f’dawn id-dokumenti jkunu differenti) kull waħda minnhom trid tiġi infurmata; |
|
— |
l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-dħul li l-kummerċ illegali seħħ ukoll bi ksur tal-Artikolu 57(1) tal-OCR, abbażi tal-obbligu tagħhom li jikkooperaw mill-qrib ma’ awtoritajiet oħra kif previst fl-Artikolu 75(1) tal-OCR u fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (63). |
Meta ma jkun hemm l-ebda BCP fil-punt tad-dħul
Abbażi tal-obbligi tagħhom għall-kooperazzjoni skont l-Artikoli 57(3) u 75(1) tal-OCR kif ukoll l-Artikoli 46 u 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jew l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn issir id-dikjarazzjoni, jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, iridu jinnotifikaw:
|
— |
lill-awtorità kompetenti ċentrali responsabbli għall-kontrolli uffiċjali tal-BCP tal-Istat Membru tad-dħul; |
|
— |
lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-dħul li l-kummerċ illegali seħħ ukoll bi ksur tal-Artikolu 57(1) tal-OCR. |
Għall-finijiet ta’ din in-notifika, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw minnufih:
|
1. |
il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn issir id-dikjarazzjoni; |
|
2. |
il-komunikazzjoni tal-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn issir id-dikjarazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-BCP u/jew lill-awtorità kompetenti ċentrali għall-kontrolli tal-BCP tal-Istat Membru tad-dħul. |
2.4.2.2. Miżuri
L-Artikolu 57(3) tal-OCR jiddikjara li l-awtoritajiet kompetenti jridu jieħdu l-miżuri meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 66(6) tal-OCR, mingħajr speċifikazzjoni ulterjuri. Għalhekk, huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu liema awtoritajiet kompetenti (kif definit fl-Artikolu 3(3) tal-OCR) huma responsabbli għal dawn il-miżuri. Skont is-sitwazzjoni speċifika, tista’ tkun jew l-awtorità kompetenti tal-BCP, jew l-awtorità kompetenti lokali fejn jinsab l-uffiċċju doganali u tinżamm il-kunsinna, jew l-awtorità kompetenti ċentrali responsabbli għall-kontrolli uffiċjali tal-BCP.
L-istess artikolu jiddikjara wkoll li l-awtoritajiet doganali jridu jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-BCP. Meta ma jkun hemm l-ebda BCP deżinjat fil-punt tad-dħul preżunt fl-UE, il-pragmatiżmu jimplika li l-awtoritajiet doganali jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tagħhom.
Il-miżuri li għandhom jittieħdu dwar il-kunsinna jiddependu fuq il-post tagħha fil-ħin tad-detezzjoni:
|
— |
jekk il-kunsinna tkun għadha fil-punt tad-dħul, id-dwana għandha tidderiġiha mill-ġdid lejn il-BCP fejn, kif meħtieġ mill-Artikolu 65(2) tal-OCR, l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kontrolli uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 47(1). Jekk, skont ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali, il-kunsinna ma tikkonformax mar-regoli sostantivi, l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw id-dħul tagħha fl-Unjoni skont l-Artikolu 66(1) u jieħdu l-miżuri korrispondenti fl-applikazzjoni tal-Artikolu 66(3) |
|
— |
jekk il-kunsinna tkun diġà ħalliet il-punt tad-dħul u ż-żona doganali tagħha, għandha tkun soġġetta għal kontrolli uffiċjali mill-awtorità kompetenti lokali, b’żamma, b’sejħa lura u b’detenzjoni kif previst fl-Artikolu 66(6) sabiex tittieħed id-deċiżjoni dwar il-miżuri possibbli msemmija fl-Artikolu 66(3). Il-kunsinna ma għandhiex tirritorna lejn il-BCP. |
Fl-aħħar nett, il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul f’każ li dan ikun differenti mill-Istat Membru fejn il-kunsinna tkun miżmuma.
2.4.2.3. Kodiċijiet NM żbaljati
Skont l-Artikolu 56 tal-OCR u l-Artikolu 40 u l-Anness II tar-Regolament IMSOC, l-operatur responsabbli għall-kunsinna jrid jipprovdi l-informazzjoni dwar l-annimali u l-oġġetti fil-parti I tas-CHED billi jindika (fost l-oħrajn) il-kodiċijiet min-Nomenklatura Magħquda (“il-kodiċijiet NM”), b’mod aktar speċifiku fil-kaxxa I.31 tas-CHED. Barra minn hekk, il-kodiċijiet NM imsemmija fis-CHED iridu jkunu konformi mal-kodiċijiet NM imsemmija fid-dikjarazzjonijiet doganali, sabiex is-servizzi doganali jkunu jistgħu jagħmlu l-verifiki meħtieġa kif previst fl-Artikolu 57 tal-OCR.
Meta l-kodiċijiet NM indikati mill-operatur fis-CHED ma jkunux korretti, ikun hemm konsegwenzi prattiċi fit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fil-BCP. F’każijiet bħal dawn, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
|
— |
kemm jekk ikunx hemm intenzjoni u kemm jekk le, l-indikazzjoni ta’ kodiċijiet NM żbaljati fis-CHED tibqa’ r-responsabbiltà tal-operatur. |
|
— |
l-awtoritajiet doganali biss huma kompetenti biex jivvalutaw jekk il-kodiċi NM indikat huwiex korrett. Għalhekk, il-BCPs għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet doganali biex jiddeterminaw jekk il-kodiċi NM huwiex korrett. |
|
— |
meta l-operatur jindika kodiċi NM żbaljat li jwassal għall-esklużjoni tal-kunsinna mill-kontrolli uffiċjali fil-BCP, il-BCP ma jistax ikun jaf bil-kunsinna eżistenti. Għalhekk, huwa r-rwol tal-awtoritajiet doganali li jidentifikaw il-kodiċijiet NM żbaljati fid-dikjarazzjonijiet doganali. F’dan il-każ, il-miżuri li għandhom jittieħdu fuq il-kunsinna jiddependu fuq il-post fil-ħin tad-detezzjoni f’konformità mal-miżuri meħuda f’każijiet ta’ dħul illegali ta’ kunsinni fl-Unjoni, spjegati fit-taqsima preċedenti. |
|
— |
meta l-operatur jiddikjara kodiċi NM żbaljat li jwassal għall-preżentazzjoni tal-kunsinna fil-BCP, il-miżuri li għandhom jittieħdu jiddependu fuq jekk il-kodiċijiet NM żbaljati jiġux identifikati jew le mill-BCP:
|
2.4.3. Immaniġġjar ta’ kunsinni mhux konformi
2.4.3.1. Nuqqas ta’ konformità identifikat qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera
Meta jkun hemm suspett li kunsinna ta’ annimali jew ta’ oġġetti msemmija fl-Artikoli 44(1) jew 47(1) tal-OCR, ma tikkonformax mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR, dik il-kunsinna trid titqiegħed taħt detenzjoni u tiġi soġġetta għal kontrolli uffiċjali sabiex jiġi kkonfermat jew eliminat dak is-suspett ta’ nuqqas ta’ konformità, skont l-Artikolu 65(1) u (3) tal-OCR.
Mal-konferma tan-nuqqas ta’ konformità, l-awtoritajiet kompetenti jridu jirrifjutaw id-dħul tal-kunsinna fl-Unjoni (l-Artikolu 66(1) tal-OCR) u jieħdu l-miżuri f’konformità mal-Artikoli 66, 67 u 72 tal-OCR peress li l-kunsinni jkunu għadhom ma ġewx rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Bl-istess mod, meta l-kunsinni tal-kategoriji tal-oġġetti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2124, ippreżentati fil-post tad-destinazzjoni finali wara l-awtorizzazzjoni għat-tkomplija tat-trasport, jirriżultaw li mhumiex konformi abbażi tar-riżultati tal-laboratorju, l-awtoritajiet kompetenti tal-BCP iridu jieħdu l-miżuri sussegwenti previsti fl-Artikolu 66(3) sa (6) tal-OCR f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-post tad-destinazzjoni finali, skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2124. TRACES hija s-sistema użata għat-twettiq tan-notifiki tal-Artikolu 66(5) tal-OCR.
Sabiex jimponu miżuri xierqa, l-awtoritajiet kompetenti l-ewwel għandhom jivvalutaw fuq bażi ta’ każ b’każ, jekk il-kunsinni jippreżentawx riskju, filwaqt li jqisu d-definizzjoni ta’ riskju fl-Artikolu 3(24) tal-OCR.
|
L-Artikolu 3 tal-OCR Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: [..]
|
Meta l-kunsinna mhux konformi tippreżenta riskju, japplika l-Artikolu 67 tal-OCR, u l-qerda jew it-trattament speċjali jkunu ż-żewġ miżuri possibbli li għandhom jittieħdu.
F’każijiet oħra, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 66(3) tal-OCR, filwaqt li jqisu l-fehmiet tal-operatur, l-awtoritajiet kompetenti għandhom il-possibbiltà li jordnaw miżuri alternattivi, inkluż id-dispaċċ mill-ġdid lejn pajjiż terz, skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 72 tal-OCR, jew l-allokazzjoni tal-kunsinna għal skopijiet oħra għajr dawk li għalihom kienet maħsuba oriġinarjament.
F’ċerti każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti tista’ tqis fuq bażi ta’ każ b’każ li kunsinna tista’ tintbagħat mill-ġdid lejn pajjiż terz skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 72 tal-OCR, meta effett negattiv fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent x’aktarx li ma jimmaterjalizzax. L-eżempji li ġejjin ta’ nuqqasijiet ta’ konformità jinkludu lista mhux eżawrjenti ta’ każijiet bħal dawn:
|
(a) |
riżultati mhux sodisfaċenti tal-kriterji tas-sikurezza tal-ikel stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (64); |
|
(b) |
nuqqas ta’ konformità mal-istandards mikrobijoloġiċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (65) għall-għalf li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn prodotti sekondarji tal-annimali soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; |
|
(c) |
il-preżenza ta’ kontaminant fl-ikel jew il-preżenza ta’ sustanza mhux mixtieqa fl-għalf li jaqbżu l-limitu legali applikabbli fl-Unjoni; |
|
(d) |
il-preżenza ta’ pest, definit fl-Unjoni bħala pest tal-kwarantina fl-Unjoni, ta’ pest ta’ kwarantina f’żona protetta jew ta’ pest soġġett għall-miżuri tal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/2031 fl-Unjoni; |
|
(e) |
il-preżenza ta’ organiżmu ġenetikament modifikat li mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni; |
|
(f) |
il-preżenza ta’ pestiċida fl-ikel jew fl-għalf ogħla mil-livell stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 396/2005 (66) u li għalih ġie identifikat riskju għas-saħħa tal-konsumatur f’konformità ma’ dan ir-Regolament; |
|
(g) |
il-preżenza ta’ addittiv tal-ikel li mhuwiex awtorizzat għall-ebda ikel fl-Unjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 (67); |
L-Artikolu 72 tal-OCR jistabbilixxi ċerti rekwiżiti għall-operatur responsabbli għall-kunsinna, biex jippermetti d-dispaċċ mill-ġdid lejn pajjiż terz. B’mod aktar speċifiku, l-operatur irid:
|
i. |
jaqbel dwar id-destinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru (din hija l-unika kundizzjoni għad-dispaċċ mill-ġdid tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti u ta’ oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 47(1)(c) tal-OCR); |
|
ii. |
jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru bil-miktub, li informa lill-pajjiż terz ta’ oriġini jew lill-pajjiż terz tad-destinazzjoni bir-raġunijiet għar-rifjut tad-dħul tal-kunsinna fl-Unjoni; |
|
iii. |
jikseb il-qbil tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tad-destinazzjoni biex jaċċetta l-kunsinna f’każ li dan il-pajjiż ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini. Dan il-ftehim irid jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet tal-Istat Membru, mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, fuq l-inizjattiva ta’ dan tal-aħħar. |
Meta, ikun hemm evidenza li parti biss mill-kunsinna ma tkunx konformi, l-operatur jista’ b’mod eċċezzjonali jiġi awtorizzat jipproċedi bil-miżuri previsti fl-Artikolu 66(3) tal-OCR, għal dik il-parti biss, f’konformità mal-Artikolu 66(4) tal-OCR. F’każ bħal dan, valutazzjoni tar-riskju li tippermetti lill-awtorità kompetenti tiddistingwi b’mod ċar il-parti konformi mill-parti mhux konformi tal-kunsinna trid tirfed id-deċiżjoni ta’ tnaqqis parzjali, biex jiġu żgurati l-qsim u l-applikazzjoni korretti tal-miżuri. Tali deċiżjoni hija soġġetta għall-kundizzjonijiet tal-Artikolu 66(4) tal-OCR, inkluż in-nuqqas ta’ tfixkil fl-operazzjonijiet ta’ kontroll. Barra minn hekk, skont l-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2130, id-deċiżjoni li jiġi rrifjutat id-dħul u li jittieħdu miżuri fuq parti mill-kunsinna tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti u ta’ oġġetti oħra, trid tkun relatata mal-lottijiet identifikati qabel il-kontrolli fiżiċi.
Skont l-Artikolu 69 tal-OCR, l-operatur irid jeżegwixxi l-miżuri kollha ordnati mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien perjodu massimu ta’ 60 jum mill-jum li fih ikun ġie nnotifikat bid-deċiżjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jispeċifikaw perjodu iqsar, pereżempju sabiex irażżnu riskji partikolari għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, jew jestendu dan il-perjodu jekk ir-riżultati tat-tieni opinjoni esperta msemmija fl-Artikolu 35 tal-OCR ikunu pendenti, bil-kundizzjoni li din l-estensjoni ma taffettwax ħażin is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, il-benesseri tal-annimali u l-ambjent. Fi kwalunkwe każ, l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jieħdu azzjoni fil-pront għall-eliminazzjoni jew għat-trażżin tar-riskji mhuwiex affettwat mid-dritt tal-operatur għat-tieni opinjoni esperta kif previst fl-Artikolu 35(4) tal-OCR.
F’każ li l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw ksur serju jew ripetittiv jew jissuspettaw prattiki frodulenti jew qarrieqa, iridu jintensifikaw il-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-istess oriġini jew użu, kif meħtieġ mill-Artikolu 65(4) tal-OCR. Il-Kummissjoni stabbiliet regoli dwar il-proċeduri għat-twettiq koordinat tal-kontrolli intensifikati għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali, għall-prodotti ġerminali, għall-prodotti sekondarji tal-annimali u għall-prodotti komposti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1873 (68) bl-użu tat-tisħiħ tal-Artikolu 65(6) tal-OCR.
2.4.3.2. Nuqqas ta’ konformità identifikat wara r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera
Għall-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, tal-ħuxlief u tat-tiben u ta’ prodotti komposti (imsemmija fl-Artikolu 47(1)(b) tal-OCR) li jkunu soġġetti għall-ittestjar fil-laboratorju aleatorju fil-BCPs abbażi tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2130 u mbagħad jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera sakemm joħorġu r-riżultati tal-analiżijiet, japplikaw l-Artikoli 137 u 138 tal-OCR jekk dawn ir-riżultati juru li l-oġġetti kkonċernata ma tikkonformax mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR.
B’mod ġenerali, għall-kunsinni tal-ikel u tal-għalf rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, japplika l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u dawn jistgħu jiġu esportati mill-ġdid lejn pajjiż terz f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
i. |
jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mill-awtoritajiet tal-pajjiż importatur jew stabbilit bil-liġijiet, bir-regolamenti, bl-istandards, bil-kodiċijiet ta’ prattika u bi proċeduri legali u amministrattivi oħra li jistgħu jkunu fis-seħħ fil-pajjiż importatur. |
|
ii. |
jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tad-destinazzjoni jkunu qablu espressament, wara li jkunu ġew infurmati bis-sħiħ bir-raġunijiet li għalihom u biċ-ċirkostanzi li fihom l-ikel jew l-għalf ikkonċernat ma setax jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni, ħlief fejn l-ikel ikun ta’ ħsara għas-saħħa jew l-għalf ma jkunx sikur. |
|
iii. |
jekk jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali konkluż bejn l-Unjoni jew wieħed mill-Istati Membri tagħha u l-pajjiż terz tad-destinazzjoni. |
Fir-rigward ta’ kwalunkwe każ ta’ riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-ikel jew mill-għalf, l-iRASFF irid jintuża bħala mezz ta’ komunikazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali u tal-miżuri rilevanti lill-Kummissjoni, lil Stati Membri oħra u lil pajjiżi terzi.
L-istess prinċipji japplikaw għall-kunsinni ta’ ikel u ta’ għalf mhux meħtieġa li jiġu ppreżentati fil-BCPs (li jaqgħu taħt l-Artikolu 44 tal-OCR), f’każ li r-riżultati tal-analiżijiet tal-laboratorju mwettqa fil-post tad-destinazzjoni finali wara għażla bbażata fuq ir-riskju tal-kunsinna, ma jkunux sodisfaċenti fir-rigward tar-regoli tal-Artikolu 1(2) tal-OCR.
Prestazzjoni koordinata ta’ kontrolli uffiċjali intensifikati (fl-IMSOC — TRACES), kif meħtieġ mill-Artikolu 65(4) tal-OCR, tista’ tiġi attivata wkoll wara d-detezzjoni ta’ ksur serju jew ripetittiv jew ta’ suspett ta’ prattiki frodulenti jew qarrieqa fuq il-kunsinni li huma diġà rilaxxati fis-suq.
2.4.4. Użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali (l-Artikolu 64 tal-OCR)
Fir-rigward tal-annimali u tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tal-OCR, l-Artikolu 64 tal-OCR jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-BCPs. Regoli aktar dettaljati dwar ir-rekwiżiti għall-BCPs u għaċ-ċentri ta’ spezzjoni tagħhom huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 (69), abbażi tal-għoti tas-setgħa fl-Artikolu 64(4) tal-OCR.
BCP deżinjat għal kategorija partikolari ta’ oġġetti jrid jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-BCPs fir-rigward tal-faċilitajiet meħtieġa għal dik il-kategorija ta’ oġġetti. Il-faċilitajiet meħtieġa (żona/kamra tal-ħatt, żona/kamra ta’ spezzjoni u żona/kamra tal-ħżin skont ir-reġim tat-temperatura tal-oġġetti u l-aċċess għall-faċilitajiet sanitarji) iridu jkunu implimentati u aċċessibbli għall-kontrolli uffiċjali. Id-dettalji dwar it-twaħħil u t-tagħmir taż-żoni/kmamar huma stabbiliti wkoll fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014. F’każ li BCP jinkludi diversi ċentri ta’ spezzjoni, kull ċentru ta’ spezzjoni jrid jissodisfa r-rekwiżiti minimi kif stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014.
L-awtoritajiet kompetenti fil-BCP jistgħu, barra minn hekk, jippermettu, taħt il-kontroll tagħhom, l-użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali għall-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tal-OCR, kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(11), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014. L-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali minbarra li jikkonforma mar-rekwiżit li l-BCP innifsu (l-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014) ikollu faċilitajiet ta’ ħżin għall-kategorija ta’ oġġetti li għaliha huwa ddeżinjat u mhux minflok dawk il-faċilitajiet.
Dan l-użu jista’ jkun permess biss sakemm il-faċilitajiet ta’ ħażna kummerċjali:
|
— |
ikunu fil-qrib ħafna tal-BCP; u |
|
— |
huma taħt il-kompetenza tal-istess awtorità doganali bħall-BCP. |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(12) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014, l-oġġetti maħżuna fil-faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali f’konformità mal-Artikolu 3(11) ta’ dak ir-Regolament iridu jkunu:
|
— |
maħżuna f’kundizzjonijiet iġjeniċi; u |
|
— |
identifikati b’mod xieraq permezz ta’ barcodes jew ta’ mezzi elettroniċi oħra, jew ta’ tikkettar; u |
|
— |
meta l-oġġetti jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, jew fil-każ ta’ OĠM u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll għall-ambjent, wkoll jinżammu f’kamra separata li tissakkar jew f’żoni maqtugħin mill-oġġetti l-oħra kollha maħżuna fil-faċilità tal-ħżin kummerċjali. Dan ifisser, fost l-oħrajn, li dawn l-oġġetti iridu jinħażnu separatament minn oġġetti oħra u identifikati b’mod ċar bħala oġġetti miżmuma taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti. |
2.4.4.1. Użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali għall-kontrolli tal-identità u fiżiċi ta’ prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(11) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-BCPs bil-possibbiltà li tuża l-faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(11) ta’ dak ir-Regolament biex twettaq il-kontrolli tal-identità u l-kontrolli fiżiċi fuq prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali, diment li dawn il-faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi stabbiliti f’dak ir-Regolament.
It-terminu “prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali” jissemma fil-punt (d) tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 u jirreferi għal ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali kif ukoll għal prodotti mhux għall-konsum mill-bniedem għajr l-għalf (jiġifieri materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel) koperti mill-kundizzjonijiet jew mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 47(1)(d), (e) jew (f) tal-OCR. Il-flessibbiltà permessa għal din il-kategorija ta’ oġġetti bis-saħħa tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(11) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 hija relatata mal-ħtieġa baxxa ta’ konteniment tal-perikli għal dawn l-oġġetti. Din il-flessibbiltà ma tapplikax għall-“pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra”, li huma speċifikati bħala kategorija distinta ta’ oġġetti fil-punt (c) tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014, li jikkorrispondu għall-ħtieġa ta’ kontroll tal-pesti għall-pjanti, għall-prodotti tal-pjanti u għal oġġetti oħra soġġetti għar-Regolament (UE) 2016/2031. Bl-istess mod, din il-flessibbiltà lanqas ma tapplika għal kunsinni ta’ ħuxlief u ta’ tiben, li jappartjenu għall-kategorija ta’ oġġetti msemmija fil-punt (b) tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014, li jikkorrispondu għall-ħtieġa ta’ kontroll tal-mard tal-annimali għal dawn l-oġġetti.
Minkejja dan ta’ hawn fuq, iċ-ċentri ta’ spezzjoni individwali tal-BCP deżinjat għat-twettiq ta’ kontrolli fuq prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali jew fuq pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra jistgħu jkunu lokalizzati f’faċilitajiet tas-settur privat fejn iseħħu attivitajiet kummerċjali, dment li dawk iċ-ċentri ta’ spezzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014. Peress li ċ-ċentri ta’ spezzjoni huma faċilitajiet stabbiliti f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, dawn iridu, pereżempju, ikunu fil-qrib ħafna tal-punt tad-dħul f’konformità mal-Artikolu 64(1) tal-OCR (70). Barra minn hekk, il-faċilitajiet kollha meħtieġa jridu jkunu disponibbli u aċċessibbli għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali meta jkun meħtieġ (l-Artikolu 64(3)(b), (c) u (d) tal-OCR) (71), u jridu jiġu stabbiliti arranġamenti xierqa biex jiġu żgurati kundizzjonijiet iġjeniċi u l-prevenzjoni tar-riskji minħabba l-kontaminazzjoni kroċjata (l-Artikolu 64(3)(h) u (i) tal-OCR). Ta’ min jinnota li l-kontrolli uffiċjali tal-importazzjoni fuq il-ħuxlief u t-tiben jitwettqu skont ir-regoli applikabbli għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali (l-Artikolu 47(1)(b) tal-OCR), b’rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tat-tqassim tal-faċilitajiet u s-separazzjoni tal-oġġetti u tal-attivitajiet, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014.
2.4.4.2. Proċedura għall-użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali għall-awtoritajiet kompetenti fil-BCP
Huwa f’idejn l-awtoritajiet kompetenti tal-BCP li jiddeċiedu jekk jippermettux l-użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali, kif previst fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014. Ma hemm l-ebda rekwiżit li jiġi nnotifikat l-użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali lill-Kummissjoni jekk dawk il-faċilitajiet jintużaw biss bħala ħżin addizzjonali.
Madankollu, meta l-awtoritajiet kompetenti jippermettu l-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali għat-twettiq ta’ kontrolli tal-identità u fiżiċi fuq prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali, dan irid jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 3(14) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 bħala bidla fl-infrastruttura jew fl-operat ta’ dak il-BCP (mingħajr bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deżinjazzjoni ta’ dak il-BCP). F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom proċedura fis-seħħ biex juru li l-faċilitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014, u li jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni biex tivverifika l-konformità ta’ tali faċilitajiet ma’ dawk ir-rekwiżiti.
2.4.4.3. Elenkar tal-faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali u tar-reġistrazzjoni fi TRACES-NT
Ma hemm l-ebda rekwiżit legali biex il-faċilitajiet tal-ħżin kummerċjali jiġu inklużi fil-lista tal-BCPs ippubblikati msemmija fl-Artikolu 60 tal-OCR u fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014. Madankollu, f’każ li jintużaw faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali għall-kontrolli tal-identità u fiżiċi (l-Artikolu 3(11) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014), l-Istati Membri għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u jinkluduha fil-kolonna 7 tal-lista tal-BCPs ippubblikati (72).
Barra minn hekk, ma hemm l-ebda rekwiżit li dawk il-faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali jkunu rreġistrati fi TRACES-NT jew li jkollhom l-identifikatur uniku individwali tagħhom stess tat-TRACES. Minflok jista’ jintuża l-kodiċi BCP.
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn id-differenzi bejn il-BCPs/iċ-ċentri ta’ spezzjoni, il-faċilitajiet tal-ħżin kummerċjali u l-punti ta’ kontroll.
Tabella5
Tqabbil tar-rekwiżiti għall-BCPs/ċentri ta’ spezzjoni, faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali u punti ta’ kontroll
|
|
BCP / ċentri ta’ spezzjoni |
Faċilità ta’ ħżin kummerċjali (użati għall-ħżin ta’ oġġetti minbarra l-infrastruttura tal-BCP) |
Faċilità ta’ ħżin kummerċjali (użati għall-kontrolli tal-identità u fiżiċi ta’ prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali minbarra l-infrastruttura tal-BCP) |
Punti ta’ kontroll għajr il-BCPs |
||||||
|
Qafas legali |
L-Artikolu 59 tal-OCR, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(11) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(11) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 |
L-Artikolu 53(1)(a) u 53(2) tal-OCR u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 |
||||||
|
kamp ta’ applikazzjoni |
kontrolli uffiċjali ta’ annimali jew ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tal-OCR |
ħżin tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tal-OCR |
Kontrolli tal-identità u fiżiċi tal-prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali soġġetti għall-Artikolu 47(1) tal-OCR |
kontrolli tal-identità u fiżiċi ta’ ikel u ta’ għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali u ta’ pjanti, ta’ prodotti tal-pjanti u ta’ oġġetti oħra soġġetti għall-Artikolu 47(1) tal-OCR, inklużi prodotti organiċi u fil-fażi ta’ konverżjoni, kif stabbilit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 |
||||||
|
rekwiżiti minimi applikabbli |
L-Artikolu 64 tal-OCR u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 (ir-rekwiżiti minimi applikabbli skont il-kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deżinjazzjoni) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(11) u (12) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 |
rekwiżiti minimi applikabbli għall-BCPs iddeżinjati għal prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali kif stabbilit fl-Artikolu 64 tal-OCR u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 |
L-Artikolu 64(3) tal-OCR u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 (ir-rekwiżiti minimi applikabbli skont il-kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deżinjazzjoni) (l-Artikolu 53(1)(a) tal-OCR) |
||||||
|
lokalizzazzjoni fir-rigward tal-punt ta’ dħul fl-Unjoni |
qrib ħafna tal-punt tad-dħul fl-Unjoni (l-Artikolu 64(1) tal-OCR); id-derogi f’każijiet ta’ restrizzjonijiet ġeografiċi huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 abbażi tal-Artikolu 64(2) tal-OCR |
fil-qrib ħafna tal-BCP u taħt il-kompetenza tal-istess awtorità doganali (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(11) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014) |
fil-qrib ħafna tal-BCP u taħt il-kompetenza tal-istess awtorità doganali (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(11) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014) |
f’distanza mill-BCP, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2123; pereżempju, it-trasport lejn il-punti ta’ kontroll irid jitwettaq taħt superviżjoni doganali u jirrikjedi l-ħruġ ta’ CHED separat li għandu jiġi ffinalizzat mill-awtoritajiet kompetenti fil-punt ta’ kontroll. |
||||||
|
proċedura tad-deżinjazzjoni/ ta’ notifika |
il-Kummissjoni tiġi nnotifikata qabel id-deżinjazzjoni (l-Artikolu 59(2) tal-OCR); verifika tal-konformità mill-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti minimi applikabbli |
l-ebda notifika minn qabel lill-Kummissjoni ma hija meħtieġa; rakkomandazzjoni biex tinforma lill-Kummissjoni jekk l-użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali huwiex permess meta:
|
il-Kummissjoni tiġi nnotifikata minn qabel dwar l-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali għall-kontrolli (l-Artikolu 59(2) tal-OCR u l-Artikolu 3(14) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014); verifika mill-Kummissjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti minimi applikabbli |
Ma hija meħtieġa l-ebda notifika minn qabel lill-Kummissjoni qabel id-deżinjazzjoni (l-Artikolu 53(2) tal-OCR) |
||||||
|
inklużjoni fil-lista ppubblikata tal-BCPs |
iva (l-Artikolu 60 tal-OCR) |
le |
iva |
iva (L-Artikolu 53(2) u l-Artikolu 60(1) tal-OCR u l-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014) |
2.5. Kapitolu VI — Iffinanzjar tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra (l-Artikoli 78 sa 85 tal-OCR)
2.5.1. Finanzjament — regoli ġenerali
Sabiex titnaqqas id-dipendenza tas-sistema ta’ kontroll uffiċjali fuq il-finanzi pubbliċi, l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jiġbru tariffi jew imposti biex ikopru l-kostijiet li jġarrbu b’rabta ma’ ċerti kontrolli uffiċjali (tariffi u imposti obbligatorji). Dan huwa l-każ, pereżempju, għall-irkupru tal-kostijiet imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-annimali u l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tal-OCR. F’konformità mal-Artikolu 78 tal-OCR, l-Istati Membri jridu jiżguraw li jkunu disponibbli riżorsi finanzjarji adegwati biex jipprovdu lill-persunal u lir-riżorsi meħtieġa oħrajn sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn. Dan japplika wkoll fil-każ tad-delega ta’ ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra f’konformità mal-Artikoli 28 u 31 tal-OCR.
Għalkemm l-operaturi huma primarjament responsabbli biex jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom jitwettqu f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, is-sistema ta’ kontrolli proprji li jistabbilixxu għal dak l-għan għandha tiġi kkomplementata minn sistema speċifika ta’ kontrolli uffiċjali miżmuma minn kull Stat Membru biex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tul il-katina agroalimentari.
2.5.2. Tariffi jew imposti obbligatorji
Għal dak l-għan, l-Artikolu 79(1) tal-OCR jipprevedi li:
|
L-Artikolu 79(1) tal-OCR
|
Eżempju: Fil-każ ta’ kunsinni ta’ tranżitu ta’ pjanti fil-fruntiera, it-tariffi jridu jiġu imposti skont il-Kapitolu I tal-Anness IV, il-parti VII (VII. KUNSINNI TA’ ANNIMALI U TA’OĠĠETTI MINN PAJJIŻI TERZI TRANŻITATI JEW FI TRANŻITU) u mhux skont il-parti VIII (VIII. KUNSINNI TA’ PJANTI, TA’ PRODOTTI TAL-PJANTI U PRODOTTI OĦRA, TA’ OĠĠETTI U MATERJALI OĦRA LI KAPAĊI JŻOMMU JEW IXERRDU L-PESTI TAL-PJANTI).
Barra minn hekk, l-Artikolu 79(2) tal-OCR jipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru tariffi jew imposti biex jirkupraw il-kostijiet li jġarrbu b’rabta mal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-annimali u l-oġġetti, imsemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tal-OCR, għall-kontrolli uffiċjali mitluba mill-operatur biex jikseb l-approvazzjoni prevista fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 u għall-kontrolli uffiċjali, li ma kinux ippjanati oriġinarjament, u li jkunu saru meħtieġa wara l-identifikazzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mill-istess operatur u jitwettqu biex jiġu vvalutati l-firxa u l-impatt tal-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew biex jiġi vverifikat li n-nuqqas ta’ konformità jkun ġie rrimedjat.
2.5.3. Tariffi jew imposti oħrajn (mhux obbligatorji)
Kif hemm iddikjarat fl-Artikolu 80 tal-OCR, l-Istati Membri jistgħu jiġbru tariffi jew imposti biex ikopru l-kostijiet tal-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali oħra għajr dawk it-tariffi jew l-imposti msemmija fl-Artikolu 79 tal-OCR, sakemm ma jkunx ipprojbit mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi applikabbli fl-oqsma rregolati mir-regoli msemmija fl- Artikolu 1(2) tal-OCR. Dawn it-tariffi jew l-imposti mhumiex obbligatorji u l-Artikolu 81 tal-OCR rigward il-kostijiet u l-Artikolu 82 tal-OCR rigward il-kalkolu tat-tariffi jew tal-imposti ma japplikawx għal dawn it-tariffi jew l-imposti. Madankollu, it-tariffi miġbura skont l-Artikolu 80 tal-OCR għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 83, 84 u 85 ta’ dak ir-Regolament.
Pereżempju, l-Artikolu 21, il-paragrafu 2, l-ittra (a) tal-OCR jiddikjara regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa qabel it-tagħbija biex jiġi vverifikat l-istat tas-saħħa tal-annimali għat-trasport. It-tariffi jew l-imposti għall-kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 21(2)(a) tal-OCR jistgħu jinġabru skont l-Artikolu 80 tal-OCR, minħabba li l-kontrolli la jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 79 tal-OCR u lanqas il-leġiżlazzjoni dwar it-trasport tal-annimali ma tipprojbixxi l-impożizzjoni ta’ tariffi u ta’ imposti, inkluż għall-istat tas-saħħa tal-annimali qabel it-tagħbija u t-trasport lejn pajjiżi terzi. Dawn għandhom ikopru, iżda ma jaqbżux, il-kostijiet imġarrba.
2.5.4. Livell tal-kostijiet u metodi tal-kalkolu tat-tariffi jew tal-imposti obbligatorji
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru t-tariffi jew l-imposti obbligatorji fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 79(1) tal-OCR jew fil-livell tal-kost ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 82(1) tal-OCR jew fl-ammonti previsti fl-Anness IV tal-OCR. L-imposti jew it-tariffi miġbura b’rabta mal-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 79(2) tal-OCR, għandhom jiġu kkalkolati wkoll f’konformità mal-Artikolu 82(1) tal-OCR, jew miġbura fl-ammonti previsti fl-Anness IV tal-OCR, għal dawk l-annimali jew l-oġġetti jew l-attivitajiet li għalihom huma stabbiliti tariffi f’dak l-Anness.
Il-Kapitolu I tal-Anness IV tal-OCR jiddikjara t-tariffi jew l-imposti għall-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni, pereżempju annimali ħajjin, laħam, prodotti tas-sajd, pjanti, prodotti tal-pjanti, oġġetti fi tranżitu, eċċ. Il-Kapitolu II tal-istess Anness jiddikjara t-tariffi jew l-imposti għall-kontrolli uffiċjali fil-biċċeriji, fl-impjanti tat-tqattigħ, fl-impjanti li jipproċessaw il-kaċċa, fil-produzzjoni tal-ħalib u fil-produzzjoni u l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u ta’ prodotti tal-akkwakultura.
L-Artikolu 79(1) tal-OCR ma jippermettix lill-awtoritajiet kompetenti jużaw taħlita taż-żewġ metodi msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dak l-Artikolu fir-rigward tal-kunsinni msemmija fil-Kapitolu I tal-Anness IV tal-OCR ta’ annimali u ta’ oġġetti li jappartjenu għall-istess kategorija (73) (eż. kontrolli uffiċjali fuq kunsinni ta’ prodotti tas-sajd) u fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fil-Kapitolu II tal-Anness IV tal-OCR li jappartjenu għall-istess kategorija (74) (eż. kontrolli uffiċjali fil-biċċeriji).
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw tariffi fil-livell tal-kostijiet ikkalkulati f’konformità mal-Artikolu 82(1) tal-OCR u fl-ammonti previsti fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, sakemm il-kunsinni jew l-attivitajiet ikunu jappartjenu għal kategoriji differenti. Pereżempju:
|
1. |
jista’ jintuża metodu ta’ kalkolu għall-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-laħam u fl-istess ħin jista’ jintuża ammont fiss tal-Anness IV il-Kapitolu I tal-OCR għall-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-prodotti tal-laħam, tal-laħam tal-pollam, tal-laħam tal-kaċċa selvaġġa, tal-laħam tal-fenek jew tal-laħam tal-kaċċa mrobbija; jew |
|
2. |
jista’ jintuża metodu ta’ kalkolu għall-kontrolli uffiċjali fl-impjanti tat-tqattigħ u fl-istess ħin jista’ jintuża ammont fiss tal-Anness IV il-Kapitolu II tal-OCR għall-kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-ħalib. |
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dan biss sal-punt li tali differenzjazzjoni tikkonforma mal-prinċipji fundamentali tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament ugwali.
Il-kostijiet elenkati fl-Artikolu 81 tal-OCR huma rilevanti biss għall-Artikolu 79(1)(a) u għall-Artikolu 79(2) tal-OCR, mhux għall-Artikolu 79(1)(b) tal-OCR.
Eżempju: Fir-rigward tat-tariffi tal-importazzjoni, Stat Membru qed jagħżel l-applikazzjoni tal-Artikolu 79(1)(b) tal-OCR (jiġifieri tariffi jew imposti għall-kontrolli uffiċjali fuq kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni kif speċifikat fil-Kapitolu I tal-Anness IV tal-OCR). Madankollu, hemm kostijiet addizzjonali, bħat-trasport f’każ ta’ kontrolli li jsiru lil hinn mill-BCPs u ta’ imposti għas-sahra għall-uffiċjali li jwettqu spezzjonijiet barra mill-ħinijiet uffiċjali tax-xogħol. Dawn il-kostijiet ma jistgħux jiżdiedu mat-tariffi abbażi tal-Artikolu 79(1)(b) tal-OCR, minħabba li t-tariffi fl-Anness IV tal-OCR huma tariffi fissi u ma għandhomx ikunu meħtieġa kostijiet addizzjonali mill-Istati Membri.
L-Artikolu 82(1) tal-OCR, jgħid:
|
L-Artikolu 82(1) tal-OCR
|
L-ittra (a) ta’ din id-dispożizzjoni tippermetti lill-Istati Membri jikkalkulaw ir-rata fissa għal settur, attività jew kategorija speċifika ta’ operaturi, abbażi tal-kostijiet tal-kontrolli uffiċjali kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-OCR. Fir-rigward tal-kalkolu tat-tariffi li għandhom jiġu imposti għal kull settur, attività u kategorija ta’ operaturi, l-Artikolu 82(1)(a) tal-OCR jirrikjedi li l-Istati Membri jqisu l-impatt li t-tip u d-daqs tal-attività kkonċernata, u l-fatturi ta’ riskju rilevanti, għandhom fuq id-distribuzzjoni tal-kostijiet globali tal-kontrolli uffiċjali.
Skont l-Artikolu 82(3) tal-OCR, meta t-tariffi jew l-imposti jiġu kkalkulati b’rata fissa f’konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-OCR, dawk it-tariffi jew l-imposti miġbura mill-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jaqbżu l-ispejjeż ġenerali mġarrba għall-kontrolli uffiċjali mwettqa tul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fih. Skont l-Artikolu 82(4) tal-OCR, meta t-tariffi jew l-imposti jiġu kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 82(1)(b) OCR, ma għandhomx jaqbżu l-ispiża reali tal-kontroll uffiċjali mwettaq.
L-Artikolu 81(a) sa (g) tal-OCR ikompli jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kostijiet globali msemmija. Dawn jinkludu, sa fejn jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali kkonċernati, “is-salarji tal-persunal, inkluż persunal ta’ appoġġ u amministrattiv, involut fit-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali, u l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali, tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni tagħhom” (taħt (a)), kif ukoll “l-ispiża ta’ faċilitajiet u tagħmir, inklużi l-ispejjeż ta’ manutenzjoni u assigurazzjoni u spejjeż assoċjati oħrajn” (taħt (b)), “l-ispiża ta’ taħriġ ” — bl-esklużjoni tat-taħriġ meħtieġ għall-ksib tal-kwalifika meħtieġa għall-impjieg mal-awtoritajiet kompetenti (taħt (e)) — u “l-ispiża ta’ vvjaġġar ” (taħt (f)) ta’ tali persunal.
Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-kostijiet globali tal-kontrolli uffiċjali mġarrba mill-awtoritajiet kompetenti tul ċertu perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 82(1)(a) tal-OCR, il-premessa 66 ta’ dak ir-Regolament tiċċara li dawn jistgħu jkopru l-ispejjeż ġenerali mġarrba mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-kontrolli uffiċjali. Dik il-premessa tkompli tiċċara li l-ispejjeż ġenerali jistgħu jinkludu l-ispejjeż tal-appoġġ u l-organizzazzjoni meħtieġa għall-ippjanar u t-twettiq tal-kontrolli uffiċjali.
Barra minn hekk, meta t-tariffi jew l-imposti jiġu applikati abbażi tal-kost attwali tal-kontrolli uffiċjali individwali, l-operaturi b’rekord ta’ konformità tajjeb għandhom iġarrbu imposti ġenerali aktar baxxi minn dawk mhux konformi, peress li għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali anqas frekwenti. Meta t-tariffi jew l-imposti jiġu kkalkulati abbażi tal-kostijiet globali mġarrba mill-awtoritajiet kompetenti tul perjodu ta’ żmien partikolari u imposti fuq l-operaturi kollha irrispettivament minn jekk humiex soġġetti għal kontroll uffiċjali matul il-perjodu ta’ referenza, dawk it-tariffi jew l-imposti għandhom jiġu kkalkulati sabiex jiġu ppremjati l-operaturi b’rekord konsistentement tajjeb ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari.
Fir-rigward speċifikament tal-kostijiet relatati mal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ, skont il-ġuriżprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (75) jista’ jitqies biss iż-żmien meħtieġ mill-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ għal attivitajiet marbuta b’mod inseparabbli mat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fil-kalkolu tat-tariffi.
L-Artikolu 79(3) tal-OCR jippermetti lill-Istati Membri jnaqqsu l-ammont tat-tariffi jew tal-imposti għall-attivitajiet imsemmija fil-Kapitolu II tal-Anness IV tal-OCR (il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ, l-impjanti tal-ipproċessar tal-kaċċa, il-produzzjoni tal-ħalib u l-produzzjoni u l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u ta’ prodotti tal-akkwakultura), fuq bażi oġġettiva u mhux diskriminatorja, filwaqt li jitqiesu:
|
— |
l-interessi tal-operaturi bi throughput baxx; |
|
— |
il-metodi tradizzjonali użati għall-produzzjoni, għall-ipproċessar u għad-distribuzzjoni; |
|
— |
il-ħtiġijiet tal-operaturi li jinsabu f’reġjuni soġġetti għal limitazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi; |
|
— |
u r-rekord ta’ konformità tal-operatur mar-regoli rilevanti msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR, kif aċċertat permezz tal-kontrolli uffiċjali. |
2.5.5. Trasparenza
|
Il-premessa 68 tal-OCR: Il-finanzjament tal-kontrolli uffiċjali permezz ta’ tariffi jew ta’ imposti miġbura mill-operaturi għandu jkun kompletament trasparenti, biex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jifhmu l-metodu u d-data użati biex jiġu stabbiliti t-tariffi jew l-imposti L-Artikolu 85 tal-OCR Trasparenza
|
Mill-Artikolu 85 tal-OCR jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jiżguraw livell għoli ta’ trasparenza dwar it-tariffi jew l-imposti previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 79(1), fl-Artikolu 79(2) u fl-Artikolu 80 tal-OCR u dwar l-identità tal-awtoritajiet jew tal-korpi responsabbli għall-ġbir tat-tariffi jew tal-imposti.
L-Istati Membri jridu jipprovdu link għall-paġna web tal-awtorità kompetenti li jkun fiha l-informazzjoni pubblika dwar it-tariffi jew l-imposti msemmija fl-Artikolu 85(2) tal-OCR fir-rapporti annwali tagħhom f’konformità mal-Artikolu 113(1)(e) tal-OCR u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723.
2.6. KAPITOLU VII — Ċertifikazzjoni uffiċjali (l-Artikoli 86 sa 91 tal-OCR)
2.6.1. Ċertifikazzjoni uffiċjali
Iċ-ċertifikati uffiċjali u l-attestazzjonijiet uffiċjali jipprovdu assigurazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti legali fl-oqsma koperti mill-OCR. Id-definizzjonijiet tagħhom huma inklużi fl-Artikolu 3 tal-OCR. Dawn huma ż-żewġ komponenti taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali kif stabbilit fil-Kapitolu VII tat-Titolu II tal-OCR. L-Artikoli 86 sa 91 tal-OCR jistabbilixxu sett ta’ regoli għal qafas uniformi u armonizzat għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fl-oqsma kollha kkonċernati tal-OCR.
|
L-Artikolu 3 tal-OCR Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: [..]
|
Mid-definizzjonijiet fl-Artikolu 3(27) u (28), kif ukoll mill-premessi 69 u 70 tal-OCR jirriżulta li, filwaqt li ċ-ċertifikati uffiċjali huma dokumenti fuq karta jew f’forma elettronika, l-attestazzjonijiet uffiċjali għal ċerti annimali jew oġġetti huma tikketti u marki jew forom oħra ta’ attestazzjonijiet.
Fil-kuntest tal-Artikolu 2(2) tal-OCR, minbarra l-kontrolli uffiċjali, il-ħruġ taċ-ċertifikati uffiċjali u tal-attestazzjonijiet uffiċjali jitqies bħala attività uffiċjali meta mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti.
Dawn iż-żewġ forom ta’ ċertifikazzjoni għandhom karatteristiċi komuni u differenti. Fir-rigward taċ-ċertifikati uffiċjali, l-Artikoli 88(3) u 89 tal-OCR jipprevedu l-bażi tal-ħruġ tagħhom u l-proprjetajiet tal-kontenut tagħhom. Aktar rekwiżiti għaċ-ċertifikati uffiċjali jistgħu jiġu inklużi fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR jew stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni abbażi tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni fl-Artikolu 90 tal-OCR. Għall-attestazzjonijiet uffiċjali, l-Artikolu 91 tal-OCR jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali, filwaqt li l-leġiżlazzjoni settorjali skont l-OCR tinkludi regoli speċifiċi għall-ħruġ tagħhom.
L-OCR jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw l-affidabbiltà kemm għaċ-ċertifikati uffiċjali kif ukoll għall-attestazzjonijiet uffiċjali. Għaldaqstant, hemm dispożizzjonijiet komparabbli fl-Artikoli 88(2), 89(1) u 91(2) u (3) li jirreferu għall-awtentiċità u għall-eżattezza taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali kif ukoll għall-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jiżguraw li:
|
(i) |
il-persunal li jiffirma ċ-ċertifikati uffiċjali jew |
|
(ii) |
il-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali biex jissorvelja l-ħruġ ta’ attestazzjonijiet uffiċjali jew li jieħu sehem fil-ħruġ ta’ attestazzjonijiet uffiċjali meta maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, |
huma imparzjali, ħielsa minn kunflitt ta’ interess u huma mħarrġa kif xieraq.
Il-komponenti obbligatorji taċ-ċertifikati uffiċjali huma speċifikati fl-Artikolu 89 tal-OCR u murija fi Figure 7.
Illustrazzjoni7
Komponenti taċ-ċertifikati uffiċjali abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-OCR
Fir-rigward tal-attestazzjonijiet uffiċjali, ir-rekwiżiti rispettivi huma l-użu tal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u l-verifika tar-rabta bejn l-attestazzjoni uffiċjali u l-kunsinna jew il-lott, fejn rilevanti (l-Artikolu 91(2) tal-OCR).
Figure 8 u Figure 9 jirriflettu r-rwoli differenti tal-awtoritajiet kompetenti u tal-persunal li jikkontribwixxu għall-ħruġ taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali, kif previst fl-Artikoli 3, 88, 89 u 91 tal-OCR.
Illustrazzjoni8
Ir-rwoli tal-awtoritajiet u tal-persunal involuti fil-proċess tal-ħruġ taċ-ċertifikati uffiċjali, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-OCR
Illustrazzjoni9
Ir-rwoli tal-awtoritajiet u tal-persunal involuti fil-proċess tal-ħruġ tal-attestazzjonijiet uffiċjali bbażati fuq id-dispożizzjonijiet tal-OCR
2.6.2. Ċertifikat uffiċjali
Mill-Artikolu 88(1) tal-OCR jirriżulta li l-awtoritajiet kompetenti huma esklużivament responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati uffiċjali. Madankollu, ċerti kompiti relatati mal-ħruġ taċ-ċertifikati uffiċjali jistgħu jiġu delegati skont l-Artikolu 86(2) tal-OCR, dment li din id-delega tikkonforma mal-Artikoli 28 sa 33 tal-OCR.
Iċ-ċertifikati uffiċjali jippermettu l-identifikazzjoni tal-annimali jew tal-oġġetti li għalihom ikunu nħarġu u jindikaw id-data tal-ħruġ tagħhom u l-persuna li ffirmathom (l-Artikolu 89(1) tal-OCR), u b’hekk din il-persuna tkun responsabbli għall-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat. Il-ħruġ ta’ ċertifikat uffiċjali huwa bbażat fuq il-verifika jew il-konferma ta’ fatti u ta’ data speċifiċi li jikkonċernaw l-annimali u l-oġġetti taħt ċertifikazzjoni (l-Artikolu 88(3) tal-OCR), u b’hekk tiġi ggarantita l-affidabbiltà tal-informazzjoni għal kull ċertifikat uniku.
Fl-Artikolu 89(1) tal-OCR ġew inklużi elementi addizzjonali biex jiġu żgurati l-preċiżjoni u l-affidabbiltà taċ-ċertifikati uffiċjali:
|
(i) |
ċertifikati vojta jew mhux kompluti ma għandhomx jiġu ffirmati mill-uffiċjali li jiċċertifikaw. |
|
(ii) |
iċ-ċertifikati għandhom jitfasslu f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali mifhuma mill-uffiċjal ċertifikanti u, fejn rilevanti, tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. |
Ta’ min jinnota li l-Artikolu 89(2) tal-OCR, jenfasizza r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu prattiki frodulenti rilevanti għall-ħruġ u għall-użu ta’ ċertifikati uffiċjali. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 138(5) tal-OCR ikomplu jsaħħu din ir-responsabbiltà billi jistipulaw il-miżuri li l-awtorità kompetenti hija obbligata tieħu f’każijiet bħal dawn. Dawn il-miżuri jinkludu miżuri amministrattivi kontra individwi, jiġifieri s-sospensjoni temporanja tal-uffiċjal ċertifikanti jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għall-iffirmar taċ-ċertifikati, kif ukoll azzjonijiet biex jiġi evitat li r-reati jiġu ripetuti.
Bl-għan li jipprovdu flessibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti, ir-regoli tal-Artikolu 88(3) tal-OCR jelenkaw tliet modi differenti li permezz tagħhom l-uffiċjali ċertifikanti jsiru jafu bl-informazzjoni meħtieġa qabel ma jiffirmaw iċ-ċertifikati.
B’mod aktar speċifiku, il-fatti u d-data jistgħu jinkisbu jew direttament mill-uffiċjal ċertifikanti, jew indirettament permezz tal-kontribuzzjoni ta’ persuna awtorizzata oħra minn u li taġixxi taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti, jew tal-operatur innifsu, kif imsemmi fl-Artikolu 88(3), dment li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni. Madankollu, ta’ min jinnota li, kif jirriżulta mill-Artikolu 88(4) tal-OCR, il-provvedimenti speċifiċi tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR jistgħu jirrikjedu li ċ-ċertifikat jiġi ffirmat mill-uffiċjal ċertifikanti u maħruġ esklużivament abbażi ta’ għarfien dirett tal-fatti u tad-data mill-uffiċjal ċertifikanti.
Iċ-ċertifikati uffiċjali jistgħu jkunu prerekwiżit:
|
(i) |
għall-introduzzjoni fis-suq jew għall-moviment tal-annimali u tal-oġġetti, abbażi tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR. Il-kategoriji ta’ dawn iċ-ċertifikati uffiċjali jinkludu b’mod partikolari:
|
|
(ii) |
għall-esportazzjoni ta’ kunsinni lejn pajjiżi terzi minn Stat Membru li huwa jew il-pajjiż tal-oriġini jew il-pajjiż tad-dispaċċ, kif imsemmi fl-Artikolu 87(b) tal-OCR. |
2.6.3. Attestazzjoni uffiċjali
B’kuntrast maċ-ċertifikati uffiċjali li jinħarġu biss mill-awtoritajiet kompetenti, jirriżulta mill-Artikoli 3(28) u 91 tal-OCR, li l-attestazzjonijiet uffiċjali jinħarġu primarjament mill-operaturi. Pereżempju, skont ir-Regolament (UE) 2016/2031, il-passaporti tal-pjanti meħtieġa għall-moviment tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti u ta’ oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni, ġeneralment jinħarġu minn operaturi professjonisti awtorizzati.
L-operaturi f’dan il-każ huma ssorveljati mill-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi. Skont l-Artikolu 86(2) tal-OCR, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw ċerti kompiti relatati mas-superviżjoni uffiċjali, bil-kundizzjoni li din id-delega tikkonforma mal-Artikoli 28 sa 33 tal-OCR. Id-delega tista’ tintuża wkoll għal kompiti speċifiċi oħra relatati mal-ħruġ tal-attestazzjonijiet, jekk tikkonforma mar-regoli ta’ dawn l-artikoli.
Hemm rwol doppju tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-attestazzjonijiet uffiċjali:
|
(i) |
jew biex joħorġu wkoll l-attestazzjonijiet, |
|
(ii) |
jew, meta maħruġa mill-operaturi, jissorveljaw lill-operatur, u b’mod partikolari jwettqu kontrolli uffiċjali fuq bażi regolari, skont l-Artikolu 91(4) tal-OCR, bl-għan li jivverifikaw il-konformità tal-operaturi li joħorġu l-attestazzjoni mar-regoli applikabbli u mal-fatti u mad-data li fuqhom huwa bbażat il-ħruġ. |
Eżempji ta’ attestazzjonijiet uffiċjali huma dawn li ġejjin:
|
(i) |
marki sanitarji u ta’ identifikazzjoni, kif previst fl-Artikolu 18(4) tal-OCR u fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(ii) |
passaporti tal-pjanti meħtieġa għall-moviment ta’ pjanti, ta’ prodotti tal-pjanti u ta’ oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni, kif previst fil-Kapitolu VI it-Taqsima 2 tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
|
(iii) |
l-immarkar tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ previst fl-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u l-attestazzjonijiet għajr il-marka tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ kif previst fl-Artikolu 99 tal-istess att; |
|
(iv) |
il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea previst fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar tal-prodotti organiċi; |
|
(v) |
is-simbolu tal-Unjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2024/1143 u s-simbolu tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita tal-Unjoni skont l-Artikolu 70 tal-istess Regolament. |
2.6.4. Uffiċjal ċertifikanti
|
L-Artikolu 3(26) tal-OCR Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: [..]
|
Il-kwalifika tal-uffiċjal ċertifikanti hija riżervata esklussivament għall-firma taċ-ċertifikati uffiċjali, kif definit fl-Artikolu 88(2) tal-OCR. Mid-definizzjoni tal-uffiċjal ċertifikanti jidher ukoll li jista’ jkun uffiċjal jew persuna fiżika oħra awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti biex tiffirma ċ-ċertifikati uffiċjali f’konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR. Persuni fiżiċi oħra li jiffirmaw iċ-ċertifikati huma meħtieġa li jkunu “deżinjati” u “awtorizzati” mill-awtoritajiet kompetenti, u għalhekk id-delega mhijiex meħtieġa f’dan il-kuntest.
Aktar regoli dwar il-kwalifiki tal-uffiċjal ċertifikanti jistgħu jiġu stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 li jistabbilixxi l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti, huwa jew il-veterinarju uffiċjali jew l-uffiċjal ċertifikanti l-persuna li tiffirma ċ-ċertifikat.
3. TITOLU III — LABORATORJI TA’ REFERENZA U ĊENTRI TA’ REFERENZA
L-għan tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE u tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali huwa li jippromwovu prattiki uniformi fir-rigward tal-iżvilupp jew tal-użu tal-metodi applikati mil-laboratorji uffiċjali deżinjati mill-Istati Membri, u b’hekk jiżguraw l-affidabbiltà u l-konsistenza tar-riżultati tat-testijiet, tal-analiżi u tad-dijanjosijiet imwettqa fil-kuntest ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra.
L-għan taċ-Ċentri ta’ Referenza tal-UE huwa li jippromwovu l-għarfien espert xjentifiku u tekniku fl-oqsma tat-trattament xieraq tal-annimali u tal-awtentiċità u tal-integrità tal-katina agroalimentari, u b’hekk irawmu fehim xjentifiku komuni fl-oqsma ta’ fokus rispettivi tagħhom bħala pedament għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħrajn.
3.1. Deżinjazzjoni u ambitu tal-missjoni
3.1.1. Laboratorji ta’ referenza tal-UE u ċentri ta’ referenza tal-UE (l-Artikoli 92 sa 99 tal-OCR)
Il-kampijiet ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-EURLs u tal-EURCs huma primarjament determinati mil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur li tirregola l-oqsma ta’ politika rispettivi tal-liġi tal-UE dwar il-katina agroalimentari u li tistabbilixxi l-ħtieġa għal metodi armonizzati u għarfien espert xjentifiku, f’konformità mal-Artikolu 92(1) tal-OCR għall-EURLs, u mal-Artikoli 95(1) u 97(1) tal-OCR għall-EURC, rispettivament.
Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni formali sabiex tistabbilixxi EURL għal settur speċifiku permezz ta’ att delegat (l-Artikolu 92(4) tal-OCR) u mbagħad tiddeżinja — permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni (l-Artikolu 93(1) tal-OCR) — laboratorju wieħed jew aktar li jieħdu f’idejhom il-funzjonijiet tal-EURLs wara proċedura tal-għażla pubblika (l-Artikolu 93(2)(a) tal-OCR). Dawn id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu u jiddeżinjaw jistgħu jillimitaw l-kamp ta’ applikazzjoni tal-EURLs għal ċerti oqsma ta’ għarfien espert (eż., gruppi ta’ patoġeni, speċijiet ta’ pesti, eċċ.). Bl-istess mod, id-deċiżjoni formali tal-Kummissjoni li tiddeżinja EURC wieħed jew aktar għat-trattament xieraq tal-annimali jew għall-awtentiċità u għall-integrità tal-katina agroalimentari (77) permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tista’ tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ EURC għal ċerti oqsma ta’ għarfien espert.
Il-kompiti obbligatorji li għandhom jitwettqu mill-EURLs u mill-EURCs, kif ukoll ir-rekwiżiti għat-tħaddim tagħhom (eż. it-tagħmir, il-persunal, l-akkreditazzjoni, eċċ.) huma stabbiliti fl-Artikoli 93(3) u 94 tal-OCR għall-EURLs, fl-Artikoli 95(3) u 96 tal-OCR għall-EURCs għat-trattament xieraq tal-annimali u fl-Artikoli 97(3) u 98 tal-OCR għall-EURCs għall-awtentiċità u għall-integrità tal-katina agroalimentari. F’dan il-qafas legali, hemm flessibbiltà konsiderevoli biex jiġi speċifikat l-ambitu dettaljat ta’ missjoni tal-EURL jew tal-EURC fil-programm ta’ ħidma annwali jew pluriennali tiegħu.
Jekk jiġu identifikati kompiti jew rekwiżiti addizzjonali għal EURL jew EURC wara d-deżinjazzjoni tiegħu, għandha ssir valutazzjoni dwar jekk dawn il-kompiti u r-rekwiżiti addizzjonali jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni 1) tal-leġiżlazzjoni rispettiva speċifika għas-settur, 2) tal-att delegat li jistabbilixxi u/jew l-att ta’ implimentazzjoni li jiddeżinja u 3) tal-katalogu tal-kompiti u r-rekwiżiti deskritti fl-Artikoli 93 sa 98 tal-OCR. Jekk il-kompiti jew ir-rekwiżiti addizzjonali jaqgħu taħt dan il-kamp ta’ applikazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tinkludihom fil-programm ta’ ħidma annwali jew pluriennali tal-EURL jew tal-EURC. Jekk il-kompiti jew ir-rekwiżiti addizzjonali ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni kif deskritt hawn fuq, tkun meħtieġa deċiżjoni formali mill-Kummissjoni permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 99(2) tal-OCR. Madankollu, din il-proċedura hija ristretta għal sitwazzjonijiet ta’ riskji ġodda jew emerġenti, mard tal-annimali ġdid jew emerġenti, jew pesti tal-pjanti jew fejn rekwiżiti legali ġodda jitolbu dan.
3.1.2. Laboratorji nazzjonali ta’ referenza (l-Artikoli 100 sa 101 tal-OCR)
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw NRL wieħed jew aktar għal kull EURL. Il-firxa ta’ attivitajiet ta’ EURL tista’ tiġi koperta minn istituzzjoni nazzjonali korrispondenti waħda li tiffunzjona bħala NRL jew tinqasam fuq diversi istituzzjonijiet nazzjonali. F’dan l-aħħar każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn il-laboratorji li jikkondividu funzjoni ta’ NRL (l-Artikolu 100(5) tal-OCR). L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jiddeżinjaw NRLs addizzjonali għal oqsma ta’ politika fejn ma jkun hemm l-ebda EURL korrispondenti (l-Artikolu 100(1) tal-OCR). Madankollu, dawn l-NRLs addizzjonali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-NRLs kif stabbiliti fl-Artikoli 100 u 101 tal-OCR, ħlief dawk li jirrigwardaw il-kooperazzjoni mal-EURLs (eż. l-Artikolu 101(1)(a) u 101(1)(d) tal-OCR).
Laboratorju jista’ jieħu l-funzjoni kemm ta’ laboratorju uffiċjali kif ukoll ta’ laboratorju ta’ referenza, sakemm jissodisfa r-rekwiżiti u l-obbligi u jiġi deżinjat għal kull waħda minn dawn il-funzjonijiet.
L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw bħala NRL laboratorju li jkun jinsab f’pajjiż ieħor tal-UE jew taż-ŻEE. Dan il-mekkaniżmu jista’ jintuża, pereżempju, meta l-laboratorji nazzjonali ma jkollhomx il-kapaċità jew l-għarfien espert sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni tal-NRLs. Barra minn hekk, skont il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (78), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq u t-Taqsima 43 tal-Anness 2, dan huwa l-uniku mekkaniżmu li bih jistgħu jiġu ddeżinjati NRLs fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
3.2. Akkreditazzjoni
3.2.1. EURLs (l-Artikolu 93 tal-OCR) u NRLs (l-Artikolu 100 tal-OCR)
L-EURLs u l-NRLs huma obbligati joperaw f’konformità mal-EN ISO/IEC 17025 u li jiġu akkreditati skont dan l-istandard. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni tagħhom għandu jinkludi l-metodi kollha ta’ analiżi, test jew dijanjosi tal-laboratorju li huma meħtieġa jintużaw mil-laboratorju meta jopera bħala EURL jew NRL. It-terminu “metodu” jista’ jinftiehem bħala proċedura ta’ kejl li tiġi applikata għal matriċi speċifika jew għal grupp ta’ matriċi speċifiku, u għal analita speċifiku jew grupp ta’ analiti speċifiku, jew taħlita tagħhom, skont il-metodu inkwistjoni, f’konformità mal-EN ISO/IEC 17025.
Dawn ir-regoli jikkorrispondu mal-obbligi rilevanti stabbiliti għad-deżinjazzjoni ta’ laboratorji uffiċjali fl-Artikolu 37(4)(e) u fl-Artikolu 37(5) tal-OCR (ara l-kapitolu 2.3.3.2. dwar l-akkreditazzjoni). L-OCR jipprevedi derogi minn dan l-obbligu, billi jagħti lill-Istati Membri l-prerogattiva li jiddeżinjaw NRL li ma jissodisfax l-obbligu ta’ akkreditazzjoni taħt ċerti kundizzjonijiet, u jagħti xi flessibbiltà fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni:
|
1. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni ta’ NRL jew ta’ EURL jista’
|
|
2. |
Deroga temporanja mill-akkreditazzjoni obbligatorja (1 + 1 sena) hija permessa għall-NRLs (l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 42(1), l-Artikolu 42(2)(a) u (b) u l-Artikolu 42(3) tal-OCR):
|
|
3. |
Għall-qasam tas-saħħa tal-pjanti, kien hemm perjodu tranżitorju sad-29 ta’ April 2022 biex jidħol fis-seħħ ir-rekwiżit ta’ akkreditazzjoni (l-Artikolu 167(2) tal-OCR). |
L-NRLs u l-EURLs ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-derogi mill-akkreditazzjoni obbligatorja stabbiliti fl-Artikolu 41 tal-OCR u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1353. Madankollu, għall-qasam tas-saħħa tal-pjanti, l-awtoritajiet kompetenti, jew rispettivament il-Kummissjoni, jistgħu jiddeżinjaw laboratorji uffiċjali, li jkunu ġew deżinjat hekk abbażi ta’ deroga adottata skont l-Artikolu 41 tal-OCR, bħala NRL jew EURL, irrispettivament minn jekk jissodisfawx il-kundizzjoni li jkollhom il-metodi kollha tagħhom akkreditati (l-Artikolu 93(4) u l-Artikolu 100(2) tal-OCR, rispettivament). Din il-possibbiltà ma taffettwax l-NRLs u l-EURLs fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti li jkunu ġew deżinjati hekk qabel l-adozzjoni tal-att delegat skont l-Artikolu 41 tal-OCR.
3.2.2. EURCs (l-Artikoli 95 sa 98 tal-OCR)
Minħabba l-missjoni ffokata fuq l-appoġġ tagħhom, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-akkreditazzjoni obbligatorja tal-EURCs. Madankollu, l-EURCs għandu “ [j]kollhom livell għoli ta’ għarfien espert xjentifiku u tekniku ” fl-oqsma ta’ fokus rispettivi tagħhom u “ jiżguraw li l-persunal tagħhom ikollu għarfien tajjeb tal-istandards u l-prattiki internazzjonali ” (l-Artikolu 95(3)(b) u (e), u l-Artikolu 97(3)(b) u (e) tal-OCR, rispettivament).
3.3. Obbligi ta’ pubblikazzjoni u ta’ notifika
3.3.1. Lista ta’ NRLs
L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-Artikolu 100(4) tal-OCR, jikkomunikaw lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-EURLs rilevanti lista aġġornata tal-ismijiet u tal-indirizzi tal-NRLs u jagħmlu din il-lista disponibbli għall-pubbliku.
F’konformità mal-Artikolu 94(3) tal-OCR, l-EURLs għandhom jippubblikaw lista tal-NRLs korrispondenti tagħhom deżinjati mill-Istati Membri fil-qasam ta’ fokus rispettiv tagħhom.
3.3.2. Listi ta’ EURLs u ta’ EURCs
F’konformità mal-Artikolu 99(1) tal-OCR, fis-sit web tagħha l-Kummissjoni tippubblika lista aġġornata tal-ismijiet u l-indirizzi tal-EURLs (https://ec.europa.eu/food/ref-labs_en) u tal-EURCs deżinjati (għat-trattament xieraq tal-annimali: https://ec.europa.eu/food/animals/welfare/eu-ref-centre_en).
3.3.3. Privatezza tad-Data
Meta jippubblikaw l-informazzjoni dwar l-NRLs (l-Istati Membri) jew il-EURLs (il-Kummissjoni Ewropea), japplikaw ir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data (ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (80) u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (81) rispettivament). L-informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi ma tistax tiġi ppubblikata mingħajr il-kunsens tagħhom. Bħala l-aħjar prattika, għandha tiġi ppubblikata informazzjoni ta’ kuntatt ġenerali biss (eż. l-indirizz, il-kaxxa postali funzjonali) ta’ laboratorju, peress li tissodisfa b’mod suffiċjenti l-obbligi ta’ pubblikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 94(3), fl-Artikolu 99(1) u fl-Artikolu 100(4) tal-OCR.
3.4. Rappurtar u kontrolli tal-Kummissjoni
3.4.1. EURLs u EURCs
F’konformità mal-Artikolu 99(3) tal-OCR, il-EURLs u l-EURCs għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli tal-Kummissjoni sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 93(3) u 94 tal-OCR għall-EURLs, u tal-Artikoli 95(3) u 97(3) tal-OCR għall-EURCs.
Hija l-prattika attwali tal-Kummissjoni li twettaq, bħala parti mill-kontrolli tagħha: rieżami dokumentarju tar-rapporti abbażi tal-programmi ta’ ħidma annwali jew pluriennali tal-EURLs u tal-EURCs;
|
— |
rieżami dokumentarju tar-rapporti finanzjarji annwali. |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq il-kontrolli fuq il-post fuq bażi ta’ każ b’każ, sabiex tivverifika l-konformità tal-laboratorji mal-kriterji tad-deżinjazzjoni u sabiex tivverifika, jekk il-programmi annwali jew pluriennali ppreżentati ġewx implimentati u rrappurtati b’mod adegwat,
|
— |
għall-elementi li ma jistgħux jiġu vverifikati faċilment permezz ta’ rieżami dokumentarju |
|
— |
jekk ir-rapporti jew sorsi ta’ informazzjoni oħrajn iqajmu tħassib jew jindikaw nuqqas ta’ konformità. |
3.4.2. NRLs
L-NRLs mhumiex soġġetti għall-kontrolli tal-Kummissjoni deskritti fl-Artikolu 99(3) tal-OCR. Madankollu, l-attivitajiet tal-NRLs jistgħu jiġu inklużi fil-kontrolli tal-Kummissjoni sabiex jiġi vverifikat il-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri kif deskritt fl-Artikoli 116 sa 119 ta’ dak ir-Regolament.
3.4.2.1. NRLs: Testijiet komparattivi interlaboratorji u testijiet tal-profiċjenza
Il-EURLs se jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-NRLs fuq bażi regolari permezz ta’ testijiet komparattivi interlaboratorji jew testijiet tal-profiċjenza (CTs/PTs) f’konformità mal-Artikolu 94(2)(c) tal-OCR, b’mod partikolari fejn ikun hemm rekwiżit legali għall-użu ta’ ċerti metodi. Il-NRLs huma obbligati jipparteċipaw fi CTs/PTs skont l-Artikolu 101(1)(a) tal-OCR. F’każijiet fejn ma jkunx hemm rekwiżiti legali jew tħassib dwar is-sikurezza fir-rigward tal-analita/periklu fil-mira, il-NRLs għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw il-parteċipazzjoni fil-EURL CTs/PTs jew jipprovdu ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni.
Fejn meħtieġ, il-NRLs jew l-EURLs jistgħu jitolbu lil NRL ieħor jew lil laboratorju uffiċjali ieħor li jirrappreżenta lill-Istat Membru biex jipparteċipa f’CT/PT (l-Artikolu 94(2)(c) u l-Artikolu 38(2) tal-OCR). F’każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni ta’ CT/PT jew il-ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni ma tiġix aċċettata mill-EURL, l-Istati Membri għandhom jiġu informati biex jieħdu azzjoni.
Għal każijiet ta’ prestazzjoni baxxa ta’ NRL fis-CTs/PTs organizzati mill-EURLs, għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri ta’ segwitu xierqa. B’mod ġenerali, dawn il-proċeduri għandhom isegwu approċċ f’żewġ stadji. Fl-ewwel fażi, il-NRL għandu jintalab jieħu azzjoni korrettiva biex itaffi l-kwistjonijiet identifikati. Fit-tieni fażi, jekk l-azzjonijiet korrettivi xorta jirriżultaw fi prestazzjoni baxxa, jew jekk l-NRL ma jikkollaborax bis-sħiħ biex jikkoreġi l-kwistjonijiet identifikati fl-ewwel fażi, l-EURL għandu jinforma lill-Kummissjoni. Imbagħad tkun il-Kummissjoni li tiddeċiedi liema passi ulterjuri għandha tieħu u tista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biex tieħu azzjoni.
4. TITOLU VII – AZZJONI TA’ INFURZAR
4.1. KAPITOLU I — Azzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti u penali
4.1.1. Rapportar ta’ ksur (l-Artikolu 140 tal-OCR)
Il-konformità mar-regoli tal-Unjoni tista’ tissaħħaħ permezz ta’ mekkaniżmi li jippermettu u jħeġġu lill-persuni jġibu informazzjoni ġdida dwar ksur tar-regoli tal-Unjoni għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, u b’hekk jassistu lill-awtoritajiet kompetenti fl-iskoperta ta’ ksur u jippermettulhom jieħdu miżuri ta’ segwitu xierqa. Madankollu, persuni li jistgħu jirrapportaw dwar ksur jistgħu jiġu skoraġġuti min-nuqqas ta’ proċeduri għar-rapportar, jew minħabba l-biża’ ta’ konsegwenzi negattivi, bħal ksur tal-privatezza, ritaljazzjoni jew diskriminazzjoni, b’mod partikolari f’każijiet fejn l-informazzjoni tinkiseb f’kuntest relatat max-xogħol (“informaturi”).
F’dan il-kuntest, id-Direttiva (UE) 2019/1937 (82) (“id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi”) tipprevedi qafas komuni għar-rapportar ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni u għall-protezzjoni tal-informaturi, f’oqsma fejn l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta jitqies li jsaħħaħ l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni u fejn il-ksur tad-dritt tal-Unjoni jista’ jikkawża ħsara serja lill-interess pubbliku. L-OCR innifsu u diversi atti oħra tal-Unjoni li jistabbilixxu r-regoli tal-katina agroalimentari huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi (l-Artikolu 2(1) u l-Anness tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi).
Fl-istess ħin, l-Artikolu 140 tal-OCR jipprevedi obbligu ġenerali impost fuq l-Istati Membri biex jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ rapportar effettivi fl-awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-OCR, inkluż b’mod partikolari l-proċeduri għar-riċeviment ta’ rapporti u l-protezzjoni mir-ritaljazzjoni meta jsir rapportar dwar ksur tal-OCR.
Għalhekk, filwaqt li huwa l-OCR stess li jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom fis-seħħ sistemi effettivi ta’ rapportar u protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw, hija d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi li tikkomplementa l-Artikolu 140 tal-OCR u tistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kanali ta’ rapportar u l-miżuri speċifiċi ta’ appoġġ u ta’ protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.
Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi ma taffettwax l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali relatata mar-regoli tal-proċedura kriminali, b’mod partikolari dawk li għandhom l-għan li jissalvagwardjaw l-integrità tal-investigazzjonijiet u l-proċedimenti jew id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati (l-Artikolu 3(3)(d) u l-premessa 28 tad-Direttiva). Il-paragrafi li ġejjin jiddeskrivu f’aktar dettall il-kampijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 140 tal-OCR u tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi u tar-rekwiżiti għad-disinn tal-kanali ta’ rapportar.
4.1.1.1. Kamp ta’ applikazzjoni materjali: tip ta’ ksur li jista’ jiġi rrapportat
|
L-Artikolu 140 tal-OCR Rappurtar ta’ ksur
|
L-Artikolu 140 tal-OCR jistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri li jippermettu r-rapport ta’ ksur ta’ “dan ir-Regolament”, jiġifieri ksur tar-regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra stabbiliti fl-OCR. Dan jista’ jinkludi, fost l-oħrajn, ksur tar-regoli dwar l-ippjanar, l-organizzazzjoni, il-prestazzjoni, id-dokumentazzjoni jew il-finanzjament tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, ksur tar-regoli dwar l-obbligi tal-operaturi stabbiliti fl-OCR, kif ukoll il-kondotta, l-imparzjalità, jew il-kwalifika tal-persunal ta’ entitajiet soġġetti għar-regoli tal-OCR.
L-atti elenkati fl-Anness tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi huma inklużi in toto fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, l-OCR kollu huwa kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi.
Filwaqt li l-Artikolu 140 tal-OCR ma jistabbilixxix rekwiżiti għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw ksur tar-regoli stabbiliti f’atti leġiżlattivi oħra fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR, xi wħud minn dawk l-atti huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi (ara Table 6: Legal acts subject to the Whistleblower Directive). Fi kliem ieħor, ir-rapporti dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni li jaqgħu fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR huma koperti biss mid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi sal-punt li huma relatati (a) ma’ ksur tal-OCR, eż., fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu, jew (b) ma’ ksur tal-atti legali tal-Unjoni li huma elenkati fl-Anness tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi.
Ta’ min ifakkar ukoll li l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex iqisu, meta jittrasponu d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi, estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal oqsma oħra, u b’mod aktar ġenerali biex jiżguraw qafas komprensiv u koerenti fil-livell nazzjonali.
Tabella6
Lista indikattiva ta’ atti legali tal-UE fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR li huma soġġetti għad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi. Barra minn hekk, l-OCR stess huwa inkluż ukoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi
|
Oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-OCR |
Atti legali inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1937 (l-Artikolu 2(1) u l-Anness) |
|
|
a) |
l-ikel u s-sikurezza tal-ikel |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 |
|
b) |
rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM) għall-finijiet tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf |
- |
|
c) |
l-għalf u s-sikurezza tal-għalf |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 |
|
d) |
ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 |
|
e) |
prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati |
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 |
|
f) |
rekwiżiti dwar il-benesseri tal-annimali |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE (83) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE (84) Id-Direttiva 2010/63/UE (85) |
|
g) |
miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti |
- |
|
h) |
prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi |
- |
|
i) |
produzzjoni organika u tikkettar tal-prodotti organiċi |
Ir-Regolament (UE) 2018/848 |
|
j) |
l-użu u t-tikkettar tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti. |
- |
4.1.1.2. Mekkaniżmi ta’ rapportar
L-Artikolu 140 tal-OCR jistabbilixxi l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jippermettu li l-kanali ta’ rapportar effettivi jirrapportaw il-ksur tal-OCR u jirreferi, f’termini ġenerali, għal “rappurtar tal-ksur attwali jew potenzjali” u għal “persuni li jirrapportaw ksur”. Barra minn hekk, il-premessa 91 tal-OCR tiċċara li “kwalunkwe persuna” li tavża lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur possibbli għandha tiġi protetta. Għalhekk, il-kanali ta’ rapportar implimentati skont l-OCR, għandhom ikunu konsistenti mal-istandards tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi.
Meta jiġu stabbiliti l-kanali ta’ rapportar, is-“sinjalazzjoni” (86) ċara hija kruċjali, jiġifieri, l-għoti ta’ informazzjoni preċiża u faċilment disponibbli għall-pubbliku ġenerali dwar il-kanali ta’ rapportar u l-livelli assoċjati ta’ protezzjoni, b’mod partikolari meta l-kanali kunfidenzjali f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi jkunu disponibbli flimkien ma’ mezzi inqas kunfidenzjali għall-provvista tal-informazzjoni.
Il-paragrafi li ġejjin jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ rapportar f’konformità mad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi mill-awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-OCR.
4.1.1.3. Proċeduri bil-miktub
Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi tirrikjedi li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-wasla ta’ rapporti ta’ ksur u s-segwitu tagħhom.
Dan jimplika li proċeduri ċari bil-miktub li jiddeterminaw kif ir-rapporti jistgħu jiġu sottomessi, kif qed jiġu pproċessati u mmaniġġjati, liema mekkaniżmi ta’ protezzjoni huma applikati u kif ir-rapporti jiġu segwiti għandhom ikunu fis-seħħ fi ħdan l-awtorità kompetenti.
Dawn is-salvagwardji għandhom l-għan li jiżguraw l-ipproċessar korrett tal-informazzjoni, inklużi l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data personali fi ħdan l-awtorità kompetenti, kif ukoll l-għoti ta’ informazzjoni lil persuni potenzjali li jirrapportaw dwar il-possibbiltajiet għar-rapportar u l-proċeduri għall-ipproċessar tar-rapporti, li għandhom ikunu aċċessibbli faċilment u pubblikament, sabiex jiġu mħeġġa l-persuni potenzjali li jirrapportaw u li jiġu assigurati fir-rigward tat-trattament kunfidenzjali u s-segwitu effettiv tar-rapport tagħhom.
4.1.1.4. Persuni ta’ kuntatt, riċevuta u mmaniġġjar tar-rapporti
Il-mekkaniżmi ta’ rapportar previsti fl-Artikolu 140 tal-OCR li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti deżinjati skont l-OCR jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “kanali ta’ rapportar interni” (l-Artikoli minn 7 sa 9 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi) (87) “Rapportar intern” jinkludi wkoll każijiet fejn l-entitajiet li joperaw il-kanal ta’ rapportar ikunu awtorizzaw lil partijiet terzi biex jirċievu rapporti ta’ ksur f’isimhom (l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi).
Filwaqt li hija l-entità (l-awtoritajiet kompetenti) li għandha tiddeċiedi jekk tawtorizzax lil partijiet terzi biex jirċievu rapporti f’isimhom jew le, fi kwalunkwe każ, il-persuni li jirċievu u jimmaniġġjaw ir-rapporti għandhom joffru garanziji xierqa ta’ rispett għall-indipendenza, għall-kunfidenzjalità, għall-protezzjoni tad-data u għas-segretezza (il-premessa 54 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi).
Ir-rapporti kollha riċevuti mill-entitajiet (l-awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-OCR) għandhom jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali. L-Artikolu 9 tad-Direttiva jirrikjedi li l-entitajiet (l-awtoritajiet kompetenti) jirrikonoxxu l-wasla tar-rapport lill-persuna li tirrapporta fi żmien sebat ijiem, u l-persuna li tirrapporta għandha tirċievi feedback dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda jew prevista, fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx it-tliet xhur mill-konferma tar-riċevuta jew, jekk ma tkun intbagħtet l-ebda konferma lill-persuna li tirrapporta, tliet xhur mill-iskadenza tal-perjodu ta’ 7 ijiem wara li jkun sar ir-rapport. Segwitu tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda mir-riċevitur ta’ rapport jew kwalunkwe awtorità kompetenti, biex tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmula fir-rapport u, fejn rilevanti, biex jiġi indirizzat il-ksur irrapportat, fost l-oħrajn permezz ta’ azzjonijiet bħal inkjesta interna, investigazzjoni, prosekuzzjoni, azzjoni għall-irkupru ta’ fondi, jew l-għeluq tal-proċedura (l-Artikolu 5(12) tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi).
4.1.1.5. Protezzjoni ta’ data personali
Ir-rekwiżiti għat-tfassil ta’ kanali ta’ rapportar skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi (88) jservu biex jiżguraw li l-entitajiet li joperaw il-kanali ta’ rapportar, jittrattaw l-identità tal-persuna li tirrapporta bl-akbar kunfidenzjalità, minħabba li s-salvagwardja tal-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta hija fundamentali għall-prevenzjoni tar-ritaljazzjoni (89).
Id-data personali trid tiġi pproċessata f’konformità mar-regoli għall-protezzjoni tad-data fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, u prinċipalment, mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-GDPR) u fid-Direttiva (UE) 2016/680. Ta’ min jinnota li f’dan ir-rigward, “ data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data ”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data ta’ lokalizzazzjoni, identifikatur online jew fattur wieħed jew aktar speċifiċi għal dak fiżiku, fiżjoloġiku, ġenetiku, mentali, ekonomiku, kulturali jew l-identità soċjali ta’ dik il-persuna fiżika (L-Artikolu 4(1) tal-GDPR u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680).
Il-kontenut ta’ rapport x’aktarx li jkun fih data personali kemm tal-persuna li tirrapporta kif ukoll tal-persuna kkonċernata, jew tal-persuni konnessi mal-persuna li tirrapporta. Skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi, il-kanali ta’ rapportar iridu jitfasslu biex jiżguraw li l-identità tal-persuna li tirrapporta u tal-persuna kkonċernata (jiġifieri, il-persuna fiżika jew ġuridika li hija msemmija fir-rapport bħala persuna li lilha jkun attribwit il-ksur jew li magħha tkun assoċjata dik il-persuna) tkun protetta (90). Konsegwentement, l-aċċess intern għall-informazzjoni inkwistjoni bħala parti mill-investigazzjoni tal-allegazzjonijiet irid jingħata biss lill-persunal deżinjat (91).
Barra minn hekk, għandhom jiġu segwiti regoli speċifiċi għaż-żamma tar-rekords tar-rapporti. Ir-rapporti għandhom jinħażnu għal mhux aktar milli jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti imposti mid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi jew rekwiżiti oħra imposti mid-dritt tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali (92), fost l-oħrajn regoli dwar il-ġbir ta’ data personali li hija rilevanti għall-allegazzjoni, id-definizzjoni tal-perjodu ta’ żamma ta’ data personali skont, fost l-oħrajn, l-eżitu tal-proċedura ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta u n-natura tas-soluzzjoni tal-kawża (93) jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà xierqa (94).
Huwa rrakkomandat li meta jagħmlu l-informazzjoni dwar il-kanali ta’ rapportar disponibbli għall-persuni potenzjali li jirrapportaw, l-awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-OCR, jinkludu informazzjoni dwar kif tiġi pproċessata d-data personali li tinsab fir-rapporti.
Barra minn hekk, huwa rrakkomandat li l-organizzazzjonijiet iqisu l-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data ta’ proċessi ġodda ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fl-istadju tad-disinn (il-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn tal-Artikolu 25 tal-GDPR). Billi jinvolvu lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data (UPD) kmieni fil-proċess, l-organizzazzjonijiet rilevanti se jkunu jistgħu jadattaw il-proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta tagħhom għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.
4.1.1.6. Rapportar anonimu
Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi tħalli l-possibbiltà li jiġi aċċettat u segwit ir-rapportar anonimu għall-għażla tal-Istati Membri (95). Madankollu, id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi tenfasizza b’mod ċar (96) li irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jagħżlux jew le li jsegwu rapporti anonimi, jekk il-persuni li rrappurtaw informazzjoni b’mod anonimu jsofru ritaljazzjoni ladarba l-identitajiet tagħhom jiġu żvelati, huma jridu jirċievu l-protezzjoni prevista fil-Kapitolu VI tad-Direttiva.
Il-vantaġġ tar-rapportar anonimu huwa li jista’ jnaqqas l-ostaklu ta’ inibizzjoni biex l-ewwel nett isir rapport għall-persuni li, minkejja l-garanziji ta’ kunfidenzjalità, xorta waħda ma jafdawx li l-identità tagħhom ma tiġix żvelata.
Is-soluzzjonijiet teknoloġiċi li jippermettu lill-persuni jirrapportaw inizjalment b’mod anonimu, filwaqt li jippermettu komunikazzjoni bidirezzjonali, jistgħu jgħinu biex titnaqqas l-inibizzjoni inizjali ta’ rapportar u xorta waħda jippermettu lill-awtoritajiet jitolbu informazzjoni addizzjonali lill-persuni li jirrapportaw. Irrispettivament mill-mezzi ta’ komunikazzjoni tekniċi, il-mekkaniżmi li jiżguraw il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni jridu jkunu fis-seħħ biex jiżguraw il-protezzjoni ladarba l-identità tal-persuna li tirrapporta tkun ġiet żvelata.
Tabella7
Eżempji ta’ teknoloġiji disponibbli għar-rapportar (97)
|
Għodda |
Vantaġġi |
Żvantaġġi / sfidi |
||||||||||
|
Kaxxa tal-ittri / posta |
|
|
||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
Telefown / messaġġi bil-vuċi / laqgħa fiżika |
|
|
||||||||||
|
Soluzzjonijiet diġitali / pjattaformi tal-IT |
|
|
4.1.1.7. Protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni
Ir-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni, jew tipi oħra ta’ trattament inġust jistgħu jinkludu kwalunkwe att (jew ommissjoni) dirett jew indirett għad-detriment tal-persuna li tirrapporta. Il-persuni li jaħdmu għall-awtorità kompetenti jistgħu, pereżempju, jesperjenzaw tkeċċija, sospensjoni jew dimozzjoni. Il-persuni li jirrapportaw minn barra l-awtorità kompetenti jistgħu jesperjenzaw ukoll konsegwenzi negattivi, pereżempju, permezz tal-pubblikazzjoni tal-identità tagħhom jew dettalji personali oħra fir-rigward ta’ rapport, jew permezz taċ-ċaħda tas-servizzi jew ta’ trattament inġust ieħor fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti.
L-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri ta’ ritaljazzjoni li l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu, u l-Artikoli 20 u 21 tagħha jistabbilixxu għadd ta’ miżuri ta’ appoġġ u miżuri ta’ protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni biex jiżguraw li l-persuni li jirrapportaw li jsofru r-ritaljazzjoni jkunu protetti b’mod adegwat. Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata r-ritaljazzjoni, l-imparzjalità tal-persuna ta’ kuntatt u t-trattament kunfidenzjali tar-rapporti kif deskritt hawn fuq huma kruċjali biex jiġu protetti l-identità u d-data personali tal-persuna li tirrapporta. Proċeduri bil-miktub ċari u taħriġ immirat jistgħu jgħinu biex titqajjem kuxjenza fost l-impjegati u l-persunal maniġerjali u għandu jkollhom l-għan li jipprevjenu mġiba diskriminatorja u inġusta.
Il-protezzjonijiet previsti fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi jqisu l-iżbilanċ fil-poter bejn il-persuni li jirrapportaw u l-organizzazzjoni fejn seħħ il-ksur, f’każijiet fejn l-informazzjoni tkun inkisbet f’kuntest relatat max-xogħol. Meta jsiru rapporti mill-persuni li kisbu l-informazzjoni dwar ksur barra minn kuntest relatat max-xogħol, tali żbilanċ fil-poter jista’ jkun inqas rilevanti. Madankollu, kif deskritt hawn fuq, l-Artikolu 140 tal-OCR jirrikonoxxi li l-persuni li jirrapportaw li kisbu informazzjoni dwar ksur barra minn kuntest relatat max-xogħol jistgħu jipprovdu wkoll informazzjoni siewja, b’mod partikolari, billi jirrapportaw permezz tal-kanali ta’ rapportar kunfidenzjali.
(1) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 13).
(3) Ir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).
(6) Id-definizzjonijiet ta’ “awtorità kompetenti” u “korp delegat” jinsabu fl-Artikolu 3(3) u (5) tal-OCR, rispettivament.
(7) Id-definizzjonijiet ta’ “annimali”, skont l-Artikolu 3(9) tal-OCR, hija dik inkluża fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1). Id-definizzjoni ta’ “oġġetti” tinsab fl-Artikolu 3(11) tal-OCR.
(8) Ir-Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
(10) Inkluż kontaminanti skont id-definizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 315/93 u sustanzi mhux mixtieqa skont id-definizzjoni fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(11) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(12) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta’ Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 1).
(13) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1081 tat-8 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal biex iwettaq ċerti kontrolli fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (ĠU L 171, 26.6.2019, p. 1).
(14) https://food.ec.europa.eu/safety/rasff_en?prefLang=mt.
(15) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
(16) Ara https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_23_2413.
(17) Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2022/2065, is-sempliċi fatt li l-fornituri tas-servizzi jwettqu investigazzjonijiet volontarji fuq inizjattiva proprja biex jidentifikaw attività illegali ma jridx jagħmilhom ġeneralment ineliġibbli għall-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà previsti fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament.
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(19) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).
(20) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
(21) Għal aktar gwida dwar l-awditi f’konformità mal-Artikolu 6 tal-OCR ara: Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet għat-twettiq ta’ awditjar skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 66, 26.2.2021, p. 22).
(22) Id-definizzjonijiet tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55) japplikaw għall-istabbilimenti “Biċċerija”, “Stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa” u “Impjant tat-tqattigħ”.
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51).
(24) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
(25) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78).
(26) Ir-regoli tal-Unjoni u b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1), kif ukoll ir-regoli nazzjonali dwar it-trattament xieraq tal-annimali.
(27) Stabbiliment li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624.
(28) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(29) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(30) Il-veterinarju uffiċjali, l-awżiljarju uffiċjali taħt superviżjoni jew responsabbiltà jew il-persunal tal-biċċerija mħarreġ kif xieraq (ċerti kompiti).
(31) Il-miżura tista’ tittieħed minn awżiljarju uffiċjali biss f’każijiet urġenti sakemm jasal il-veterinarju uffiċjali (l-Artikolu 44(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627).
(32) Il-persunal tal-biċċerija jista’ wkoll japplika l-marka tas-saħħa (l-Artikolu 18(4) tal-OCR), f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(3) tal-OCR.
(33) Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(34) L-operazzjoni proprja tal-korp delegat f’konformità mal-istandards rilevanti msemmija fl-Artikolu 29 (b)(iv) għandha tiġi vverifikata matul il-proċess ta’ akkreditazzjoni msemmi f’dik id-dispożizzjoni.
(35) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
(36) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
(37) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ livelli ta’ ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).
(38) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).
(39) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).
(40) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1) tħassar bir-Regolament (UE) 2017/625 fl-14 ta’ Diċembru 2019.
(41) https://ec.europa.eu/eusurvey/runner/contactform/DGSANTE_official_labs_R2017_625.
(42) “Kamp ta’ applikazzjoni flessibbli għall-akkreditazzjoni”: Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni espress biex jippermetti lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jagħmlu bidliet fil-metodoloġija u parametri oħra li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ikkonfermat mill-korp ta’ akkreditazzjoni (ISO/IEC 17011:2017).
(43) Linji gwida dwar ir-rakkomandazzjonijiet minimi għal laboratorju uffiċjali magħżul għad-detezzjoni tat-Trichinella fil-laħam: https://food.ec.europa.eu/system/files/2021-10/biosafety_fh_legis_guidance_min-recom-trichinella-meat_mt.pdf.
(44) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1353 tas-17 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-każijiet u l-kundizzjonijiet li skonthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħtru laboratorji uffiċjali li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet fir-rigward tal-metodi kollha li jużaw għall-kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 20).
(45) It-tieni sentenza tal-Artikolu 100(2) tal-OCR u l-Artikolu 93(4) tal-OCR għall-NRLs u għall-EURLs, rispettivament.
(46) https://ec.europa.eu/eusurvey/runner/contactform/DGSANTE_official_labs_R2017_625.
(47) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(48) L-Artikoli 20 sa 23 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tat-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).
(49) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 304, 24.11.2022, p. 1).
(50) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2119 tal-1 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ċerti rekords u dikjarazzjonijiet meħtieġa mill-operaturi u mill-gruppi ta’ operaturi u dwar il-mezzi tekniċi għall-ħruġ taċ-ċertifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati għall-operaturi, għall-gruppi ta’ operaturi u għall-esportaturi fil-pajjiżi terzi (ĠU L 430, 2.12.2021, p. 24).
(51) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1013 tas-16 ta’ April 2019 dwar in-notifika minn qabel tal-kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 8).
(52) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar id-dokumenti u n-notifiki meħtieġa għall-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 30).
(53) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/632 tat-13 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom, prodotti komposti, u ħuxlief u tiben soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 24).
(54) Ir- Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 tas-16 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 17).
(55) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793 tat-22 ta’ Ottubru 2019 dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009, (UE) Nru 884/2014, (UE) 2015/175, (UE) 2017/186 u (UE) 2018/1660 (ĠU L 277, 29.10.2019, p. 89).
(56) Ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(57) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64).
(58) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2129 tal-25 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni uniformi ta’ rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq ċerti kunsinni ta’ annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 122).
(59) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2389 tas-7 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni uniformi tar-rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jidħlu fl-Unjoni (ĠU L 316, 8.12.2022, p. 42).
(60) Ir-Regolament Ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2130 tal-25 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu waqt il-verifiki tad-dokumenti, tal-identità, u fiżiċi, fuq l-annimali u l-oġġetti li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u wara li jkunu saru dawn il-verifiki (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 128).
(61) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1602 tat-23 ta’ April 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul li jakkumpanja l-kunsinni ta’ annimali u oġġetti sad-destinazzjoni tagħhom (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 6).
(62) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
(63) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(64) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(65) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(66) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(67) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
(68) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1873 tas-7 ta’ Novembru 2019 dwar il-proċeduri fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera għat-twettiq koordinat tal-kontrolli uffiċjali intensifikati mill-awtoritajiet kompetenti fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti komposti (ĠU L 289, 8.11.2019, p. 50).
(69) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10–22).
(70) L-eżenzjonijiet għal dan ir-rekwiżit huma stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidderoga mir-regoli dwar id-deżinjazzjoni ta’ punti ta’ kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 4).
(71) Pereżempju, kif irregolat mill-ħinijiet tal-ftuħ ta’ ċentru ta’ spezzjoni.
(72) Il-format tal-lista tal-BCP ippubblikat stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014.
(73) Hemm 8 (tmien) kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti elenkati fil-punti I sa VIII tal-Kapitolu I tal-Anness IV tal-OCR.
(74) Hemm 5 (ħames) kategoriji ta’ attivitajiet elenkati fil-punti I sa V tal-Kapitolu II tal-Anness IV tal-OCR.
(75) QĠUE, id-19 ta’ Diċembru 2019, Exportslachterij J. Gosschalk, C-477/18 u C-478/18, il-paragrafu 66.
(76) 2011/884/UE: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2011 dwar il-miżuri ta’ emerġenza rigward ross modifikat ġenetikament mhux awtorizzat fi prodotti tar-ross li joriġinaw miċ-Ċina u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/289/KE (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 140).
(77) Mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż, ma ġie ddeżinjat l-ebda EURC għall-awtentiċità u għall-integrità tal-katina agroalimentari.
(78) ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.
(79) “Kamp ta’ applikazzjoni flessibbli għall-akkreditazzjoni”: Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni espress biex jippermetti lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jagħmlu bidliet fil-metodoloġija u f’parametri oħrajn li jaqgħu fil-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ikkonfermat mill-korp ta’ akkreditazzjoni (ISO/IEC 17011:2017).
(80) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(81) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(82) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
(83) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23).
(84) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE tad-29 ta’ Marzu 1999 dwar iż-żamma ta’ annimali selvaġġi fiż-żoo (ĠU L 94, 9.4.1999, p. 24).
(85) Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).
(86) Il-premessa 89 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi: “ [..] Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti u preċiża f’dak ir-rigward tingħata b’mod li jkun ċar u li jkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali. Jenħtieġ li jkunu disponibbli pariri individwali, imparzjali u kunfidenzjali, mingħajr ħlas, dwar, pereżempju, jekk l-informazzjoni inkwistjoni hijiex koperta mir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tal-informaturi, liema kanal ta’ rapportar jista’ jkun l-aħjar li jintuża u liema proċeduri alternattivi huma disponibbli fil-każ li l-informazzjoni ma tkunx koperta mir-regoli applikabbli, l-hekk imsejħa ‘sinjalazzjoni’. [..]”
(87) Ta’ min jinnota li minbarra “kanali ta’ rapportar interni”, id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu “kanali ta’ rapportar esterni”, u, għal dak l-għan, jiddeżinjaw l-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu, jagħtu feedback u jsegwu r-rapporti (ara b’mod partikolari l-Artikolu 11 tad-Direttiva). Ir-rapportar estern f’konformità mad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi mhuwiex kopert minn dan id-dokument.
(88) L-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-informaturi.
(89) Il-Premessa 82 tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-informaturi.
(90) L-Artikolu 22(3) tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-informaturi.
(91) L-Artikoli 9(1)(a) u 12(1)(a) tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi.
(92) L-Artikolu 18(1) tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-informaturi.
(93) L-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament 2016/679, li jintroduċi l-prinċipju ġenerali taż-żamma tad-data personali “... f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data personali tkun qed tiġi pproċessata...”.
(94) L-Artikolu 5(1)(f) tar-Regolament 2016/679, li jistipula li d-data personali għandha “... tiġi pproċessata b’mod li jiżgura sigurtà xierqa tad-data personali, inkluża l-protezzjoni mill-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta’ miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa (‘integrità u kunfidenzjalità’)”.
(95) L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-informaturi.
(96) L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-informaturi.
(97) Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi tistabbilixxi ċerti rekwiżiti fir-rigward tat-tfassil tal-kanali ta’ rapportar. Pereżempju, ir-rappurtar bil-fomm irid ikun possibbli bit-telefown jew b’sistemi oħra ta’ messaġġi bil-vuċi, u, fuq talba tal-persuna li tirrapporta, permezz ta’ laqgħa fiżika (l-Artikoli 9 u 12 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6481/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)