|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6446 |
4.11.2024 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2024 – Le Pen vs Il-Parlament
(Kawża T-480/24)
(C/2024/6446)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-Marie Le Pen (Rueil Malmaison, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddeċiedi li d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2024 ittieħdet bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi; |
|
— |
tiddeċiedi li d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2024 ittieħdet bi ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2024, innotifikata fit-18 ta’ Lulju 2024 lill-mandatarji tiegħu, li tikkonstata kreditu kontra r-rikorrent fl-ammont ta’ EUR 303 200,99 abbażi ta’ ammonti mħallsa indebitament fl-ambitu tal-linja tal-baġit 400 u li timmotiva l-irkupru ta’ dan l-ammont; |
|
— |
tannulla n-nota ta’ debitu Nru 7040001694 tad-9 ta’ Lulju 2024; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Ir-rikorrent jikkritika d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni ta’ separazzjoni tal-proċeduri mogħtija fit-3 ta’ Lulju 2024 mit-tribunal correctionnel de Paris (il-Qorti Kriminali ta’ Pariġi) fid-dawl tal-istat ta’ saħħa tiegħu. Id-deċiżjoni kkontestata hija kkritikata sa fejn ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrent ma għandu ebda għarfien tal-għan, tas-sens jew tal-portata tal-proċedura mibdija quddiem il-Qorti Ġenerali u ma jistax jipprepara għaliha u jsegwiha b’mod utli. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6446/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)