|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6421 |
4.11.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2024 – Qualcomm vs Il-Kummissjoni (Qualcomm – prezzijiet predatorji)
(Kawża T-671/19) (1)
(Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq taċ-ċipep baseband UMTS - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE - Prezzijiet predatorji - Kompetenza tal-awtur tal-att - Drittijiet tad-difiża - Definizzjoni tas-suq rilevanti - Pożizzjoni dominanti - Abbuż - Rikostruzzjoni tal-prezzijiet - Determinazzjoni tal-ispejjeż ta’ riferiment - Analiżi prezzijiet-spejjeż - Assenza ta’ rekwiżit li tintwera l-eżistenza ta’ effetti konkreti - Intenzjoni ta’ esklużjoni ta’ kompetitur - Ġustifikazzjoni oġġettiva - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Valur tal-bejgħ - Ammont addizzjonali - Ġurisdizzjoni sħiħa)
(C/2024/6421)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Qualcomm Inc. (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Davilla, M. Pinto de Lemos Fermiano Rato, M. English u A. Kontosakou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, G. Conte, M. Farley u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Nvidia Corp. (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Dolmans, avukat, P. Stuart, barrister-at-Law u W. Lin, solicitor)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 5361 final tat-18 ta’ Lulju 2019 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39711 – Qualcomm (prezzijiet predatorji) jew, fin-nuqqas ta’ dan, it-tneħħija jew it-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha fl-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 5361 final tat-18 ta’ Lulju 2019 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39711 – Qualcomm (prezzijiet predatorji) hija annullata. |
|
2) |
L-ammont tal-multa imposta fuq Qualcomm Inc. fl-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni huwa stabbilit, għall-ksur li hija wettqet hekk kif dan jirriżulta mill-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni, għal EUR 238 732 659,33. |
|
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
4) |
Qualcomm għandha tbati kemm disgħa minn għaxra mill-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll disgħa minn għaxra mill-ispejjeż tal-Kummissjoni u l-ispejjeż kollha ta’ Nvidia Corp. |
|
5) |
Il-Kummissjoni għandha tbati kemm waħda minn għaxra mill-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll waħda minn għaxra mill-ispejjeż ta’ Qualcomm. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6421/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)