European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6243

28.10.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Lulju 2024 – Oblastní nemocnice Kolín, a. s., nemocnice Středočeského kraje vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-513/24, Oblastní nemocnice Kolín)

(C/2024/6243)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Oblastní nemocnice Kolín, a. s., nemocnice Středočeského kraje

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Domanda preliminari

L-Artikolu 173(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk it-twettiq ta’ tranżazzjoni li tagħti lok għal dritt għal tnaqqis hija suġġetta għall-pussess ta’ awtorizzazzjoni li jitwettqu tranżazzjonijiet li ma jagħtux lok għal dritt għal tnaqqis (f’dan il-każ, servizzi tas-saħħa), il-beni u s-servizzi relatati ma’ dawn tal-aħħar li, abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jikkostitwixxu tagħmir tekniku u materjali minimu tal-istrutturi tas-saħħa u li huma kundizzjoni għall-għoti ta’ servizzi tas-saħħa, jikkorrispondu għal spejjeż ġenerali (indiretti) li għandhom rabta diretta u immedjata mal-attività ekonomika komplessiva tal-persuna taxxabbli u li għalhekk jagħtu lok għal dritt ta’ tnaqqis prorata tat-taxxa?


(1)   ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6243/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)