|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6234 |
28.10.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Törvényszék – l-Ungerija) – SPAR Magyarország Kft. vs Bács-Kiskun Vármegyei Kormányhivatal
(Kawża C-557/23, SPAR Magyarország) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi prezzijiet irregolati għal ċerti prodotti agrikoli kif ukoll l-obbligu li titpoġġa għall-bejgħ kwantità ddeterminata ta’ dawn il-prodotti - Multi)
(C/2024/6234)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szegedi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SPAR Magyarország Kft.
Konvenut: Bács-Kiskun Vármegyei Kormányhivatal
Dispożittiv
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
jipprekludi miżura nazzjonali li, minħabba sitwazzjoni ta’ emerġenza, minn naħa, timponi fuq distributur l-obbligu li joffri għall-bejgħ prodotti agrikoli li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, bi prezz irregolat u fi kwantità medja ta’ kuljum irreġistrata fl-istokk tad-distributur matul sena ta’ referenza u, min-naħa l-oħra, tipprevedi l-impożizzjoni obbligatorja ta’ multa fil-każ ta’ ksur tal-obbligi previsti minn din il-miżura nazzjonali.
(1) ĠU C 751, 20.11.2023.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6234/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)