|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6226 |
28.10.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo de Barcelona – Spanja) – Sagrario, Joaquín, Prudencio vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona
(Kawża C-63/23 (1) , Sagrario)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika tal-immigrazzjoni - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 16(3) - Rifjut ta’ tiġdid tal-permess ta’ residenza tal-isponsor - Konsegwenzi - Rifjut ta’ tiġdid tal-permess ta’ residenza tal-membri tal-familja tiegħu - Raġuni indipendenti mir-rieda tagħhom - Preżenza ta’ tfal minuri - Artikolu 15(3) - Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permess ta’ residenza awtonomu - Kunċett ta’ “ċirkustanzi partikolarment diffiċli” - Portata - Artikolu 17 - Eżami individwalizzat - Dritt għal smigħ)
(C/2024/6226)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sagrario, Joaquín, Prudencio
Konvenut: Subdelegación del Gobierno en Barcelona
Dispożittiv
|
1) |
It-tieni sentenza tal-Artikolu 15(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandha tiġi interpretata fis-sens li: ma tipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tipprevedix li l-awtorità nazzjonali kompetenti hija obbligata li toħroġ, billi tibbaża ruħha fuq l-eżistenza ta’ “ċirkustanzi partikolarment diffiċli”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, permess ta’ residenza awtonomu lil membri tal-familja ta’ sponsor meta dawn ikunu tilfu l-permess ta’ residenza tagħhom għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tagħhom jew meta tfal minuri jagħmlu parti minnu. |
|
2) |
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/86, għandu jiġi interpretat fis-sens li: jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti lill-awtorità nazzjonali kompetenti tadotta deċiżjoni ta’ rifjut ta’ tiġdid tal-permess ta’ residenza li jkun ingħata lil membri tal-familja ta’ sponsor, mingħajr ma tkun wettqet minn qabel eżami individwali tas-sitwazzjoni tagħhom u mingħajr ma tkun semgħethom. Meta din id-deċiżjoni tikkonċerna wild minuri, huma l-Istati Membri li għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipprovdu lil dak il-minuri possibbiltà reali u effettiva li jinstema’, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-età jew il-grad ta’ maturità tiegħu. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6226/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)