|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6124 |
9.10.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11568 – VTTI / SNAM / ALNG)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6124)
1.
Fis-27 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
VTTI B.V. (“VTTI”, in-Netherlands). VTTI hija kkontrollata b’mod konġunt minn Vitol Holding II S.A. (“Vitol”, in-Netherlands) u IFM Investors Pty Ltd, fil-kapaċità tagħha bħala konsulent għall-Fond tal-Infrastruttura Globali tal-IFM, (“IFM”, l-Awstralja), |
|
— |
Snam S.p.A. (“Snam”, l-Italja), |
|
— |
Terminale GNL Adriatico S.r.l. (“ALNG”, l-Italja). |
VTTI u Snam se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ALNG.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
VTTI tippossjedi, tiġġestixxi, topera, u tiżviluppa assi tal-infrastruttura tal-enerġija fid-dinja kollha, b’mod partikolari ta’ terminals għall-ħżin tal-enerġija għal prodotti petrokimiċi u żjut veġetali fil-portijiet. In-negozju primarju ta’ Vitol huwa fil-kummerċ u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-enerġija globalment (inklużi ż-żejt, il-gass u l-enerġija), u IFM hija maniġer tal-investiment globali, b’assi mmaniġġjati fl-infrastruttura, ekwitajiet elenkati, kapital privat u investimenti ta’ dejn, |
|
— |
Snam hija l-operatur tal-operatur ewlieni tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass fl-Italja, u hija attiva wkoll fit-trażmissjoni tal-gass, fir-rigassifikazzjoni u fil-ħżin tal-enerġija f’diversi pajjiżi, u |
|
— |
ALNG tipprovdi servizzi ta’ rigassifikazzjoni tal-gass naturali likwifikat (“LNG”) (inklużi servizzi ta’ tagħbija, ħżin, flessibbiltà, kejl u servizzi tal-baħar) fit-terminal tar-rigassifikazzjoni tal-LNG li jinsab fil-Baħar Adrijatiku fil-provinċja ta’ Rovigo. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11568 – VTTI / SNAM / ALNG
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6124/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)