European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6112

21.10.2024

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2024 – W&B Television vs EUIPO – Warner Bros. Entertainment (WB W&B TV)

(Kawża T-466/24)

(C/2024/6112)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: W&B Television GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Müller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Warner Bros. Entertainment Inc. (Burbank, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea “WB W&B TV” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Nru 1 651 286

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-20 ta’ Ġunju 2024 fil-Każ R 2286/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6112/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)