European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6107

21.10.2024

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2024 – EZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-450/24)

(C/2024/6107)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: EZ (rappreżentant: K. Djaber, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-25 ta’ Ottubru 2023 li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent;

kif ukoll, sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tad-29 ta’ Mejju 2024 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent kontra deċiżjoni tal-25 ta’ Ottubru 2023;

tordna r-reintegrazzjoni tar-rikorrent ; jew,

tordna kumpens għad-dannu materjali mġarrab mir-rikorrent, fl-ammont ta’ EUR 48 697,88; jew

tordna kumpens għal telf serju ta’ opportunità li jikseb it-tiġdid tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu, fl-ammont ta’ 90 % tas-salarji grossi tar-rikorrent, inklużi l-kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni ; u

tordna kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent, evalwat æquo et bono għal EUR 10 000;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-motivi invokati fid-deċiżjoni kkontestata u fid-deċiżjoni ta’nuqqas ta’ tiġdid, li ma humiex fondati.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura, minħabba li l-konvenuta ma bbilanċjatx l-interess tas-servizz mal-interessi tal-membru tal-persunal.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6107/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)