![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/6094 |
21.10.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2024 – Galenica vs EUIPO – EvivaMed Distribution (VIVORA)
(Kawża T-373/23) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VIVORA - Trade mark verbali preċedenti VERFORA - Rifjut parzjali tal-oppożizzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Interdipendenza - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)
(C/2024/6094)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Galenica AG (Bern, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Tenkhoff, u T. Herzog, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: EvivaMed Distribution GmbH (Wenzenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Landes, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali u l-bidla tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ April 2023 (Każ R 1556/2022-1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Galenica AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn EvivaMed Distribution GmbH. |
3) |
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6094/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)