European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6060

21.10.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad – il-Bulgarija) – E.N.I., Y.K.I. vs HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

(Kawża C-86/23  (1) , HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung II)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali - Regolament (KE) Nru 864/2007 - Artikolu 16 - Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti - Inċident tat-traffiku - Drittijiet ta’ kumpens irrikonoxxuti lill-membri tal-familja tad-deċedut - Prinċipju ta’ ekwità għall-finijiet tal-kumpens għad-dannu morali mġarrab - Kriterji ta’ evalwazzjoni)

(C/2024/6060)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E.N.I., Y.K.I.

Konvenut: HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

Dispożittiv

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”)

għandu jiġu interpretati fis-sens li:

dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-kumpens għad-dannu immaterjali mġarrab mill-membri tal-familja qrib ta’ persuna li mietet f’inċident tat-traffiku għandu jiġi ddeterminat mill-qorti abbażi tal-ekwità ma tistax titqies li hija “dispożizzjoni obbligatorja prevalenti”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, sakemm, meta s-sitwazzjoni legali inkwistjoni jkollha rabtiet suffiċjentement mill-qrib mal-Istat Membru tal-forum, il-qorti adita ma tikkonstatax, abbażi ta’ analiżi ddettaljata tal-kliem, tal-istruttura ġenerali, tal-għanijiet kif ukoll tal-kuntest tal-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali, li l-osservanza tagħha hija meqjusa li hija kruċjali fi ħdan l-ordinament ġuridiku ta’ dan l-Istat Membru, minħabba li għandha għan ta’ protezzjoni ta’ interess pubbliku essenzjali li ma jistax jintlaħaq bl-applikazzjoni tal-liġi indikata skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament.


(1)   ĠU C 155, 2.5.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6060/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)