|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5918 |
1.10.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(C/2024/5918)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Roussette de Savoie”
PDO-FR-A0173-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 11.7.2024
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Żona ġeografika
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 1(a), tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “huma pprovduti” ġie sostitwit bil-kelma “isiru”, u l-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2020” jiżdied wara “li ġejjin”.
Din l-emenda editorjali tippermetti li ż-żona ġeografika tiġi identifikata b’referenza għall-verżjoni fis-seħħ fl-2020 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u l-Istudji Ekonomiċi (INSEE, Institute of Statistics and Economic Studies), u tipprovdi ċertezza legali għad-definizzjoni taż-żona ġeografika.
Il-lista tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona ġeografika u l-ismijiet tagħhom ġew aġġornati mingħajr ma nbidel il-perimetru, sabiex jitqiesu l-bidliet amministrattivi li saru.
Il-punt 6 “Żona ġeografika demarkata” tad-Dokument Uniku ġie emendat.
Fil-punt 1 tat-Taqsima IV żdiedet sentenza biex jiġi indikat li l-mapep relatati maż-żona ġeografika huma disponibbli fuq is-sit web tal-INAO.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
2. Żona fil-viċinanza immedjata
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 3(a), tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2020” jiżdied wara “li ġejjin”.
Din l-emenda editorjali tippermetti li ż-żona fil-viċinanza immedjata tiġi identifikata b’referenza għall-verżjoni fis-seħħ fl-2020 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-INSEE.
Iż-żieda ta’ din ir-referenza tipprovdi ċertezza legali għad-definizzjoni taż-żona fil-viċinanza immedjata.
Il-lista tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona fil-viċinanza immedjata u l-ismijiet tagħhom ġew aġġornati mingħajr ma nbidel il-perimetru, sabiex jitqiesu l-bidliet amministrattivi li saru.
It-taqsima “Rekwiżiti addizzjonali” tad-Dokument Uniku ġiet emendata.
3. Densità tat-tħawwil
Il-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a), tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie sostitwit bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru, b’distanza bejn ir-ringieli ta’ 2,50 metri jew inqas u b’distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ta’ 0,80 metru jew aktar.
Għad-dwieli b’densità tat-tħawwil ta’ 6 000 pjanta jew aktar għal kull ettaru, id-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela hija ta’ mill-inqas 0,70 metru.
Il-kitba oriġinali ġiet irranġata mingħajr ma nbidlet ir-regola.
Żdiedet regola ġdida li tagħmilha possibbli li fid-denominazzjoni jinżamm l-użu tad-dwieli b’densità tat-tħawwil ogħla mid-densità minima, iżda li, minħabba f’hekk, jitħawlu f’distanza bejn il-pjanti ta’ bejn 0,70 u 0,80 metru.
Il-punt 5 “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” tad-Dokument Uniku ġie emendat.
4. Rendiment ta’ limitu
Il-Kapitolu I, it-Taqsima VIII, il-punt 2, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
|
— |
in-numru “68” ġie sostitwit bin-numru “70” |
|
— |
in-numru “62” ġie sostitwit bin-numru “66” |
Il-perikli klimatiċi huma konsiderevoli fil-vinji tal-muntanji u jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti l-potenzjal tal-ħsad.
Sabiex dan it-telf jiġi kkumpensat fis-snin favorevoli, żdiedu r-rendimenti ta’ limitu (rendiment massimu).
Il-punt 5 “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” tad-Dokument Uniku ġie emendat.
5. Ċirkolazzjoni bejn l-imħażen awtorizzati
Il-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 4(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar id-data taċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn l-imħażen awtorizzati tħassar.
Id-data minn meta l-inbejjed jistgħu jiġu ċċirkolati bejn l-imħażen awtorizzati tħassret, sabiex ikunu jistgħu jsiru trasferimenti bikrin tal-inbid, b’mod partikolari lin-negozjanti.
It-titolu tal-punt (4) tat-Taqsima IX ġie emendat billi tħassar il-kliem “għaċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti u”.
Fil-punt 4(a) tat-Taqsima IX:
|
— |
il-punt (a) tat-titolu tħassar; |
|
— |
il-kliem “dispożizzjonijiet ġenerali” tħassar. |
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
6. Miżuri tranżizzjonali
It-Taqsima XI tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar il-miżuri tranżizzjonali tħassret.
Il-miżuri tranżizzjonali tlestew.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
7. Regoli ta’ preżentazzjoni u tikkettar
It-Taqsima XII tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott issir it-Taqsima XI.
F’konformità mat-tħassir tat-Taqsima XI mill-Kapitolu I, it-Taqsima XII tibdel in-numerazzjoni tagħha.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
8. Referenzi għall-istruttura ta’ kontroll
Fit-Taqsima II tal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-ewwel paragrafu ġie emendat billi r-regoli tal-kitba ġew riveduti.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet
Roussette de Savoie
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL 2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbejjed bojod bla gass
DESKRIZZJONI QASIRA
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum hija ta’ 10 %. Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbejjed ma tridx taqbeż it-13 %. Il-lottijiet tal-inbid lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew imballati għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) li ma jaqbiżx l-aċidità totali espressa fi grammi għal kull litru ta’ aċidu tartariku miżjud bi tnejn, sa massimu ta’ tmien grammi zokkor fermentabbli għal kull litru. Il-kontenut ta’ aċidità volatili u ta’ diossidu tal-kubrit tagħhom huwa kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-UE. L-ewwel impressjoni tat-togħma tal-inbejjed hija ġeneralment ikkaratterizzata mill-freskezza, b’riħa ħafna drabi kkaratterizzata minn sfumaturi ta’ frott abjad u għasel.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima: — |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
2. Inbejjed bojod bla gass issupplimentati b’isem ġeografiku addizzjonali “Frangy”, “Marestel”, “Monterminod”, “Monthoux”
DESKRIZZJONI QASIRA
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum hija ta’ 10,5 %. Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbejjed ma tridx taqbeż it-13,5 %. Il-lottijiet tal-inbid lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew imballati għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) li ma jaqbiżx l-aċidità totali espressa fi grammi għal kull litru ta’ aċidu tartariku miżjud bi tnejn, sa massimu ta’ tmien grammi zokkor fermentabbli għal kull litru. Il-kontenut ta’ aċidità volatili u ta’ diossidu tal-kubrit tagħhom huwa kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-UE. L-inbejjed bl-isem ġeografiku addizzjonali “Marestel” għandhom firxa akbar ta’ togħmiet minħabba li l-għeneb ikun aktar misjur. L-inbejjed bl-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Frangy”, “Monterminod” u “Monthoux” għandhom profil ta’ nbejjed xotti, fejn ir-riħa l-aktar qawwija tagħhom tkun ir-riħa ta’ fjuri.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima: — |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbejjed ma tridx taqbeż it-13 %.
Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbejjed bl-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Frangy”, “Marestel”, “Monterminod” jew “Monthoux” ma tridx taqbeż it-13,5 % wara l-arrikkiment.
L-użu ta’ preses kontinwi huwa pprojbit.
Prattika tal-kultivazzjoni
|
— |
Densità tat-tħawwil |
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru, b’distanza bejn ir-ringieli ta’ 2,50 metri jew inqas u b’distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ta’ 0,80 metru jew aktar.
Għad-dwieli b’densità tat-tħawwil ta’ 6 000 pjanta jew aktar għal kull ettaru, id-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela hija ta’ mill-inqas 0,70 metru.
|
— |
Regoli taż-żbir |
L-inbejjed jiġu minn dwieli li jinżabru kull sena:
|
— |
jew żabra qasira (f’forma ta’ sġajra, imrewħa jew bis-sistema tal-cordon de Royat) b’massimu ta’ 4 idfra għal kull pjanta. Kull difer ikollu massimu ta’ 2 għejun. Meta roqgħa ta’ art bid-dwieli tiġi riġenerata bis-sistema tal-cordon de Royat, l-għadd ta’ għejun għal kull pjanta għandu jkun ta’ 8 jew inqas. |
|
— |
jew żabra twila (Guyot sempliċi jew Guyot doppju), b’massimu ta’ 12-il għajn għal kull pjanta. |
|
— |
Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-trasport tal-ħsad |
|
— |
It-tagħmir għat-trasport tal-ħsad u għall-wasla tiegħu għandu jkun fi stat ta’ manutenzjoni ġenerali tajjeb. |
|
— |
L-użu ta’ pompi ċentrifugi bil-paletti fuq it-trejlers tal-ħsad huwa pprojbit. |
5.2. Rendimenti massimi
1. Roussette de Savoie
70 ettolitru għal kull ettaru
2. Roussette de Savoie ssupplimentat bl-isem ġeografiku “Frangy”, “Marestel”, “Monterminod”, “Monthoux”
66 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2020:
|
— |
Fid-département ta’ Isère: Chapareillan; |
|
— |
Fid-département ta’ Savoie: Apremont, Arbin, Barby, Billième, Le Bourget-du-Lac, Brison-Saint-Innocent, Challes-les-Eaux, Chanaz, Chignin, Chindrieux, Cruet, Entrelacs (għal dik il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-eks muniċipalità ta’ Saint-Germain-la-Chambotte), Fréterive, Jongieux, Lucey, Montmélian, Motz, Myans, Porte-de-Savoie, Ruffieux, Saint-Alban-Leysse, Saint-Baldoph, Saint-Jean-de-Chevelu, Saint-Jean-de-la-Porte, Saint-Jeoire-Prieuré, Saint-Pierre-d’Albigny, Serrières-en-Chautagne u Yenne; |
|
— |
Fid-département ta’ Haute-Savoie: Ayse, Ballaison, Bassy, Bonneville, Challonges, Chaumont, Chessenaz, Clarafond-Arcine, Desingy, Douvaine, Franclens, Frangy, Loisin, Marignier, Marin, Massongy, Musièges, Publier, Sciez, Thonon-les-Bains, Usinens, Vanzy u Ville-la-Grand. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Altesse B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Deskrizzjoni tal-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta
Il-vinji huma mifruxa f’forma ta’ nofs ċirku fuq l-għoljiet baxxi tal-katina ta’ Alpi, minn Thonon-les-Bains, fit-Tramuntana, sal-Punent ta’ Albertville fin-Nofsinhar, u jgħaddu minn Frangy, il-Lag ta’ Bourget, in-Nofsinhar ta’ Chambéry sal-Combe de Savoie. Dawn jinsabu fid-départements ta’ Savoie, Haute-Savoie u f’żona fit-Tramuntana ta’ Isère. Iż-żona ġeografika għalhekk hija mifruxa fuq it-territorju ta’ 52 muniċipalità.
Il-vinji jinsabu f’sitwazzjonijiet ġeoloġiċi differenti ħafna minn xulxin:
|
— |
L-għoljiet baxxi ta’ taħt il-muntanji ta’ Savoie, li tikkorrispondi għall-ħofra kbira madwar l-Alpi, mimlija bil-molassa (depożiti marini li nħolqu bl-erożjoni tal-Alpi fl-era Terzjarja), spiss mgħottija b’alluvjonijiet reċenti jew imħaffra aktar mill-glaċieri Kwaternarji, kif jixhdu l-lagi ta’ Ġinevra jew ta’ Bourget; |
|
— |
Formazzjonijiet Ġurassiċi fil-molassa; dawn jiffurmaw il-muntanji fl-estremità tal-Punent tal-katina ta’ muntanji (Dent du Chat, Chautagne), b’orjentazzjoni ġenerali lejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar; |
|
— |
Il-widien u l-ħofor Alpini li jaqsmu l-Alpi esterni magħmulin mill-ġebla tal-ġir (il-wied ta’ Arve, il-wied ta’ Chambéry u l-Combe de Savoie). |
Id-diversi żoni tal-vitikultura jokkupaw formazzjonijiet ġeoloġiċi ġeneralment reċenti li jirriżultaw mill-erożjoni intensa tal-katina ta’ Alpi, li għadha sseħħ sal-lum:
|
— |
l-alluvjonijiet Kwaternarji tal-grix tax-xmajjar Alpini torrenzjali, b’mod partikolari madwar il-Lag ta’ Ġinevra. |
|
— |
il-moreni glaċjali li jmorru lura għall-Kwaternarju bikri u li jiffurmaw kisja taħt il-muntanji jew fil-ġnub tal-wied; |
|
— |
iż-żrar postglaċjali li jiksi l-art ta’ taħt il-muntanji (Monterminod, Combe de Savoie); |
|
— |
il-molassi Terzjarji (Frangy); |
|
— |
Fl-aħħar nett, is-sottostrati li nħolqu mill-kollass ta’ Mont-Granier, li seħħ minħabba inċident ġeoloġiku reċenti (1248) u li ħallat il-lom (ġebel tal-ġir tafli) u l-ġebel tal-ġir Kretaċju. |
Lokalment insibu wkoll blat aktar antik li mhuwiex miksi bid-depożiti reċenti, l-aktar lom u ġebel tal-ġir tal-Ġurassiku superjuri (Marestel, Monthoux).
Il-klima għandha tendenzi oċeaniċi, influwenzati mill-irjieħ tal-Punent, li jġibu magħhom umdità u varjazzjoni moderata fit-temperatura. Madankollu, hija soġġetta għal influwenzi kontinentali u tan-Nofsinhar. L-irjieħ mit-Tramuntana jġibu kesħa xotta minn żmien għal żmien. L-irjieħ min-Nofsinhar iġibu temp moderat. It-topografija taffettwa dawn l-influwenzi. L-umdità relatata mal-klima hija msaħħa mill-preżenza ta’ riżervi tal-ilma (lagi, borra u silġ), li joħolqu network idrografiku permanenti importanti. Ix-xemx tiddi għal madwar 1 600 siegħa fis-sena b’ħarifa sħuna. Il-vinji huma orjentati lejn in-Nofsinhar u x-Xlokk, jew lejn il-Punent. Dawn l-elementi — it-topografija, l-altitudni, l-esponiment għax-xemx u l-varjazzjoni tat-temperatura abbażi tal-altitudni — joħolqu ħafna varjazzjonijiet klimatiċi li fihom il-vinji jikbru fi rqajja’ kkoltivati ta’ daqs varjabbli.
8.2. Deskrizzjoni tal-fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta
Il-preżenza tal-varjetà Altesse B ġiet ikkonfermata f’Savoie fis-seklu 14. Din għall-ewwel kienet tikber fuq l-inklinazzjonijiet imtarrġa tal-muniċipalitajiet ta’ Jongieux u Lucey u l-inbid li kien isir minnha kien jiġi riżervat għan-nobbli. Il-vinja ngħatat l-isem “Marestel” meta Claude MARESTE, konsulent tad-Duka EMMANUEL PHILIBERT DE SAVOIE ngħata t-titolu ta’ nobbli fl-1563. L-inbid kien magħruf bħala “Roussette”, b’referenza għall-kulur ħamrani tal-għenba misjura. Diversi awturi ddeskrivew l-iżvilupp tal-inbejjed ta’ kwalità prodotti mid-dwieli tan-nobbli u tal-borgiżi u mid-dwieli tal-bdiewa sas-seklu 19. Fil-fatt, fl-1774, A. COSTA de BEAUREGARD ippubblika saġġ dwar l-agrikoltura li fih jirreferi għall-varjetà tal-għeneb Altesse B. Għalkemm il-varjetà Altesse hija pjuttost delikata speċjalment fir-rigward tal-attakki tal-fungi parassiti, hija kapaċi tikseb livell għoli ta’ maturità meta l-kundizzjonijiet ambjentali jtawlu dan il-perjodu.
Filwaqt li ż-żona ġeografika hija mifruxa fuq iż-żewġ départements ta’ Savoie, erba’ siti b’dawn il-kundizzjonijiet partikolarment favorevoli għall-kultivazzjoni tal-varjetà Altesse B ġew identifikati mill-konsumaturi u rikonoxxuti bl-ismijiet ġeografiċi addizzjonali li ġejjin: “Frangy”, “Marestel”, “Monterminod”, “Monthoux”.
Bil-wasla tal-ferrovija u t-tmiem tal-indipendenza, it-tieni nofs tas-seklu 19 kien ikkaratterizzat minn kompetizzjoni mill-inbejjed Franċiżi, b’mod partikolari dawk min-Nofsinhar. Din il-kompetizzjoni rriżultat f’perjodu ta’ nuqqas ta’ bejgħ, b’mod partikolari fil-bidu tas-seklu 20. Matul il-perjodu ta’ bejn iż-żewġ gwerer, l-azjendi agrikoli żgħar biss baqgħu joperaw, iżda kienu jisfruttaw nofs il-vinja biss.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-bdiewa li kienu jipproduċu l-inbid organizzaw lilhom infushom biex jimmodernizzaw il-metodi ta’ kultivazzjoni u produzzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-produtturi ngħaqdu f’unions lokali u ħolqu erba’ kantini kooperattivi.
Minn mindu kiseb r-rikonoxximent ta’ denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata fl-1973, ir-reġjun li jipproduċi l-inbid evolva iżda żamm il-metodi ta’ kultivazzjoni tradizzjonali tiegħu.
Din id-dinamika, fi ħdan l-ismijiet ġeografiċi addizzjonali, għenet fl-iżvilupp tar-reputazzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Roussette de Savoie magħmula biss mill-varjetà Altesse B, filwaqt li fl-istess ħin ħeġġet l-irkupru ta’ siti ta’ valur agrikolu u pajsaġġistiku għoli. L-istruttura stess tal-azjendi agrikoli, li ġeneralment ikunu tal-familji u li jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra, tippermetti ż-żamma ta’ nisġa agrikola rurali. F’dan il-kuntest, il-vitikulturi kellhom it-tendenza li jbigħu l-prodott tagħhom direttament.
8.3. Interazzjonijiet kawżali
Il-preżenza tal-ktajjen ta’ muntanji, li minn naħa joħolqu esponimenti differenti u distinti u, min-naħa l-oħra, kurrenti tal-arja speċifiċi (żiffa mill-wied, kurrenti axxendenti) flimkien ma’ network idrografiku qawwi (lagi, għejun, xmajjar) wasslu biex il-vinji jikbru fi rqajja’ kkoltivati ta’ daqs varjabbli.
L-irqajja’ demarkati b’mod preċiż għall-produzzjoni tal-għeneb ġeneralment ikunu jinsabu fuq l-inklinazzjonijiet tal-katina ta’ muntanji pre-Alpini u l-għoljiet iffurmati mill-moreni b’ħamrija magħmula mill-ġir u mit-tafal b’perċentwal baxx ta’ tafal, mhux rikka, skulata sew u b’esponiment lejn in-Nofsinhar jew il-Lbiċ.
Il-vitikultur, filwaqt li jiffaċċja d-diffikultajiet tal-vinji mħawla fuq l-inklinazzjonijiet, fejn ma tantx jista’ jintuża makkinarju, jiffoka fuq it-tekniki tal-vitikultura bħall-qtugħ tal-blanzuni, il-ħsad bikri, il-qtugħ tal-weraq u fuq ir-raġunament li jwassal għal dawn il-prattiki. Dawn it-tekniki jippermettu l-kontroll tas-saħħa u r-rendiment tad-dwieli kif ukoll jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tas-saħħa tal-għeneb. Il-kombinazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet b’restrizzjonijiet agronomiċi kbar u t-tekniki użati mill-vitikulturi jagħmluha possibbli li l-għeneb tal-varjetà Altesse B jitħalla jsir iktar, b’hekk l-inbejjed jiksbu kumplessità organolettika akbar.
L-inbid jinbiegħ l-aktar fir-reġjun, b’mod partikolari lir-ristoranti. It-tqabbil tal-inbejjed mal-prodotti lokali, b’mod partikolari mal-ħut u l-ġobon, jgħin biex titjieb l-immaġni gastronomika tagħhom. Ix-xejra fil-konsum tgawdi mid-dinamiżmu kummerċjali permezz tal-attività turistika fil-muntanji fix-xitwa u tat-turiżmu fis-sajf madwar il-lagi (il-Lag ta’ Ġinevra, il-Lag ta’ Annecy, il-Lag ta’ Bourget, il-Lag ta’ Aiguebelette). Din id-dinamika tikkontribwixxi għar-reputazzjoni tal-inbejjed Roussette de Savoie lil hinn mill-fruntieri reġjonali.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2020:
Id-département ta’ Ain
Ambléon, Andert-et-Condon, Anglefort, Arboys en Bugey, Belley, Billiat, Brégnier-Cordon, Brens, Challex, Champfromier, Chanay, Chazey-Bons, Chézery-Forens, Collonges, Colomieu, Confort, Conzieu, Corbonod , Cressin-Rochefort, Culoz, Farges, Giron, Injoux-Génissiat, Izieu, Lavours, Léaz, Magnieu, Massignieu-de-Rives, Montanges, Murs-et-Gélignieux, Parves et Nattages, Péron, Peyrieu, Plagne, Pollieu, Pougny, Premeyzel, Saint-Germain-de-Joux, Saint-Germain-les-Paroisses, Saint-Jean-de-Gonville, Surjoux-Lhopital, Seyssel, Valserhône, Villes u Virignin.
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2020:
Id-département ta’ Isère
Les Abrets en Dauphiné (għal dik il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-eks muniċipalitajiet ta’ Les Abrets u Fitilieu), Les Adrets, Aoste, Barraux, La Bâtie-Montgascon, Bernin, Biviers, La Buissière, Le Champ-près-Froges, Chamrousse, Le Cheylas, Chimilin, La Combe-de-Lancey, Corbelin, Crêts en Belledonne (għal dik il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-eks muniċipalità ta’ Moretel-de-Mailles), Crolles, Domène, Entre-deux-Guiers, la Flachère, Froges, Goncelin, Granieu, Hurtières, Laval, Lumbin, Miribel-Les-Echelles, Montbonnot-Saint-Martin, Murianette, La Pierre, Plateau-des-Petites-Roches, Pontcharra, Le Pont-de-Beauvoisin, Pressins, Revel, Romagnieu, Saint-Albin-de-Vaulserre, Saint-André-le-Gaz, Saint-Christophe-sur-Guiers, Saint-Ismier, Saint-Jean-d’Avelanne, Saint-Jean-le-Vieux, Saint-Joseph-de-Rivière, Saint-Laurent-du-Pont, Saint-Martin-de-Vaulserre, Saint-Martin-d’Uriage, Saint-Maximin, Saint-Mury-Monteymond, Saint-Nazaire-les-Eymes, Saint-Pierre-de-Chartreuse, Saint-Pierre-d’Entremont, Saint-Vincent-de-Mercuze, Sainte-Agnès, Sainte-Marie-d’Alloix, Sainte-Marie-du-Mont, Tencin, La Terrasse, Theys, Le Touvet, Le Versoud u Villard-Bonnot.
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2020:
Id-département ta’ Savoie
Aiguebelette-le-Lac, Aillon-le-Jeune, Aillon-le-Vieux, Aiton, Aix-les-Bains, Argentine, Arith, Arvillard, Attignat-Oncin, Avressieux, Ayn, La Balme, Barberaz, Bassens, La Bauche, Bellecombe-en-Bauges, Belmont-Tramonet, Betton-Bettonet, La Biolle, Bonvillard, Bonvillaret, Bourdeau, Bourget-en-Huile, Bourgneuf, La Bridoire, Chambéry, Chamousset, Chamoux-sur-Gelon, Champagneux, Champ-Laurent, La Chapelle-Blanche, La Chapelle-du-Mont-du-Chat, La Chapelle-Saint-Martin, Châteauneuf, Le Châtelard, La Chavanne, Cléry, Cognin, Coise-Saint-Jean-Pied-Gauthier, La Compote, Conjux, Corbel, La Croix-de-la-Rochette, Curienne, Les Déserts, Détrier, Domessin, Doucy-en-Bauges, Drumettaz-Clarafond, Dullin, Les Echelles, Ecole, Entrelacs (għal dik il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-eks muniċipalitajiet ta’ Albens, Cessens, Epersy, Mognard u Saint-Girod), Entremont-le-Vieux, Epierre, Frontenex, Gerbaix, Grésy-sur-Aix, Grésy-sur-Isère, Hauteville, Jacob-Bellecombette, Jarsy, Laissaud, Lepin-le-Lac, Lescheraines, Loisieux, Marcieux, Méry, Meyrieux-Trouet, Les Mollettes, Montagnole, Montailleur, Montcel, Montendry, Montgilbert, Montsapey, La Motte-en-Bauges, La Motte-Servolex, Mouxy, Nances, Notre-Dame-des-Millières, Novalaise, Le Noyer, Ontex, Planaise, Plancherine, Le Pont-de-Beauvoisin, Le Pontet, Presle, Pugny-Châtenod, Puygros, La Ravoire, Rochefort, Rothèrens, Saint-Alban-de-Montbel, Saint-Alban-des-Hurtières, Saint-Béron, Saint-Cassin, Saint-Christophe, Saint-Franc, Saint-François-de-Sales, Saint-Genix-les-Villages, Saint-Georges-d’Hurtières, Saint-Jean-d’Arvey, Saint-Jean-de-Couz, Saint-Léger, Saint-Offenge, Saint-Ours, Saint-Paul, Saint-Pierre-d’Alvey, Saint-Pierre-de-Belleville, Saint-Pierre-de-Curtille, Saint-Pierre-d’Entremont, Saint-Pierre-de-Genebroz, Saint-Pierre-de-Soucy, Saint-Sulpice, Saint-Thibaud-de-Couz, Saint-Vital, Sainte-Hélène-du-Lac, Sainte-Hélène-sur-Isère, Sainte-Marie-d’Alvey, Sainte-Reine, Sonnaz, La Table, Thoiry, La Thuile, Tournon, Traize, Tresserve, Trévignin, La Trinité, Val-d’Arc, Valgelon-La Rochette, Verel-de-Montbel, Verel-Pragondran, Le Verneil, Verrens-Arvey, Verthemex, Villard-d’Hery, Villard-Léger, Villard-Sallet, Villaroux, Vimines, Vions, Viviers-du-Lac u Voglans.
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2020:
Id-département ta’ Haute-Savoie
Abondance, Alby-sur-Chéran, Allèves, Allinges, Allonzier-la-Caille, Amancy, Ambilly, Annecy (għal dik il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-eks muniċipalitajiet ta’ Annecy u Meythet), Annemasse, Anthy-sur-Léman, Araches-la-Frasse, Arbusigny, Archamps, Arenthon, Armoy, Arthaz-Pont-Notre-Dame, La Balme-de-Sillingy, La Balme-de-Thuy, La Baume, Beaumont, Bellevaux, Bernex, Le Biot, Bloye, Boëge, Bogève, Bonne, Bonnevaux, Bons-en-Chablais, Bossey, Le Bouchet-Mont-Charvin, Boussy, Brenthonne, Brizon, Burdignin, Cercier, Cernex, Cervens, Chainaz-les-Frasses, Champanges, La Chapelle-d’Abondance, La Chapelle-Rambaud, Chapeiry, Châtel, Châtillon-sur-Cluses, Chavannaz, Chêne-en-Semine, Chênex, Chens-sur-Léman, Chevenoz, Chevrier, Chilly, Choisy, Clermont, Les Clefs, La Clusaz, Cluses, Collonges-sous-Salève, Contamine-Sarzin, Contamine-sur-Arve, Copponex, Cornier, La Côte-d’Arbroz, Cranves-Sales, Crempigny-Bonneguete, Cruseilles, Cusy, Dingy-en-Vuache, Droisy, Eloise, Epagny Metz-Tessy, Essert-Romand, Etaux, Etercy, Etrembières, Evian-les-Bains, Excenevex, Faucigny, Feigères, Fessy, Feternes, Fillière (għal dik il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-eks muniċipalitajiet ta’ Aviernoz, Evires, Les Ollières u Thorens-Glières), Fillinges, La Forclaz, Gaillard, Les Gets, Glières-Val-de-Borne, Le Grand-Bornand, Groisy, Gruffy, Habère-Lullin, Habère-Poche, Hauteville-sur-Fier, Héry-sur-Alby, Jonzier-Epagny, Juvigny, Larringes, Lornay, Lovagny, Lucinges, Lugrin, Lullin, Lully, Lyaud, Machilly, Magland, Manigod, Marcellaz-Albanais, Marcellaz, Margencel, Marigny-Saint-Marcel, Marlioz, Marnaz, Massingy, Maxilly-sur-Léman, Mégevette, Meillerie, Menthonnex-en-Bornes, Menthonnex-sous-Clermont, Mésigny, Messery, Mieussy, Minzier, Monnetier-Mornex, Montriond, Mont-Saxonnex, Morzine, Moye, La Muraz, Mures, Nancy-Sur-Cluses, Nangy, Nernier, Neuvecelle, Neydens, Nonglard, Novel, Onnion, Orcier, Peillonnex, Perrignier, Pers-Jussy, Poisy, Présilly, Reignier-Esery (għal dik il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-eks muniċipalità ta’ Reignier), Le Reposoir, Reyvroz, La Rivière-Enverse, La Roche-Sur-Foron, Rumilly, Saint-André-de-Boëge, Saint-Blaise, Saint-Cergues, Saint-Eusèbe, Saint-Félix, Saint-Germain-sur-Rhône, Saint-Gingolph, Saint-Jean-d’Aulps, Saint-Jean-de-Sixt, Saint-Jean-de-Tholomé, Saint-Jeoire, Saint-Julien-en-Genevois, Saint-Laurent, Saint-Paul-en-Chablais, Saint-Pierre-en-Faucigny, Saint-Sigismond, Saint-Sixt, Saint-Sylvestre, Sales, Sallenoves, Le Sappey, Savigny, Saxel, Scientrier, Scionzier, Serraval, Seyssel, Seytroux, Sillingy, Taninges, Thyez, Thollon-les-Mémises, Thônes, Thusy, La Tour, Vachèresse, Vailly, Valleiry, Vallières-sur-Fier, Vaulx, Veigy-Foncenex, La Vernaz, Vers, Versonnex, Vétraz-Monthoux, Villard, Les Villards-sur-Thônes, Villaz, Ville-en-Sallaz, Villy-le-Bouveret, Vinzier, Viry, Viuz-la-Chiésaz, Viuz-en-Sallaz, Vougy, Vovray-en-Bornes, Vulbens u Yvoire.
Tikkettar
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Roussette de Savoie jista’ jiġi ssupplimentat bl-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Frangy” “Marestel” “Monterminod” jew “Monthoux” għall-inbejjed li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni stabbiliti għal kull wieħed minn dawn l-ismijiet.
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat bl-indikazzjoni tal-varjetà.
Id-dettalji fakultattivi kollha jinkitbu fuq it-tikketti b’karattri li d-daqs tagħhom — kemm l-għoli kif ukoll il-wisa’ — m’għandux ikun aktar mid-doppju tad-daqs tal-karattri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
L-indikazzjoni tal-varjetà tinkiteb fuq it-tikketta b’karattri li d-daqs tagħhom — kemm l-għoli kif ukoll il-wisa’ — m’għandux ikun aktar minn żewġ terzi tad-daqs tal-karattri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5918/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)