Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/5788 |
7.10.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fl-10 ta’ Lulju 2024 – Procureur général près la Cour d’appel de Liège vs Aldi SA
(Kawża C-483/24, ALDI)
(C/2024/5788)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Procureur général près la Cour d’appel de Liège
Konvenut: Aldi SA
Domanda preliminari
L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1) kif ukoll fl-Anness II ta’ dan ir-regolament u b’mod iktar speċifiku fil-punti 2(c) tal-Kapitolu I, 1(a) tal-Kapitolu V, 2, 3 u 4 tal-Kapitolu IX, jimponu fuq l-operaturi tas-settur tal-ikel bl-ingrossa u bl-imnut obbligu ta’ riżultat, b’tali mod li l-konstatazzjoni ta’ traċċi jew ta’ ħmieġ minn pesti fi ħwienet u fi mħażen huwa biżżejjed, ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, kawża estranja jew żball li ma setgħax jiġi evitat, sabiex jiġi stabbilit il-ksur tal-imsemmi regolament, jew l-operaturi tas-settur tal-ikel huma marbuta biss b’obbligu ta’ mezzi, jiġifieri li tagħmel dak kollu li huwa possibbli sabiex tiġi evitata l-preżenza ta’ pesti, b’tali mod li s-sempliċi konstatazzjoni, mill-awtorità amministrattiva nazzjonali, ta’ traċċi u ta’ ħmieġ minn pesti fil-ħwienet u fl-imħażen ma tkunx biżżejjed sabiex jiġi stabbilit il-ksur ta’ dan ir-regolament?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 319.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5788/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)