|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5786 |
7.10.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Częstochowie (il-Polonja) fit-3 ta’ Lulju 2024 – J.J. vs PKO BP S.A.
(Kawża C-471/24, PKO BP)
(C/2024/5786)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Częstochowie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: J.J.
Konvenut: PKO BP S.A.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-eżami ta’ klawżoli kuntrattwali relatati ma’ rata ta’ interessi varjabbli bbażata fuq l-indiċi ta’ referenza WIBOR? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-eżami ta’ klawżoli kuntrattwali relatati ma’ rata ta’ interessi varjabbli bbażata fuq l-indiċi ta’ referenza WIBOR? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel u għat-tieni domanda, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali relatati ma’ rata ta’ interessi varjabbli bbażata fuq l-indiċi ta’ referenza WIBOR jistgħu jitqiesu li huma kuntrarji għar-rekwiżiti ta’ bona fide u li jirriżultaw minn żbilanċ sinjifkattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali tal-partijiet għad-dannu tal-konsumatur, minħabba li l-konsumatur ma jkunx ġie debitament informat bl-espożizzjoni tiegħu għar-riskju ta’ rata ta’ interessi varjabbli, u b’mod partikolari ma jkunx ġie informat dwar il-mod kif l-indiċi ta’ referenza li jservi ta’ bażi għad-determinazzjoni tar-rata varjabbli huwa stabbilit, u lanqas ma jkun ġie informat dwar liema dubji huma marbuta mal-assenza ta’ trasparenza ta’ dan l-indiċi, kif ukoll it-tqassim inġust ta’ dak ir-riskju bejn il-partijiet fil-kuntratt? |
|
4) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domandi preċedenti, l-Artikolu 6(1) b’rabta mal-Artikolu 3(1) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2) kif ukoll mal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk klawżola kuntrattwali dwar rata ta’ interessi varjabbli bbażata fuq l-indiċi ta’ referenza WIBOR hija meqjusa inġusta, huwa possibbli li titkompla l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt li fih l-ammont tar-rata ta’ interessi tal-kapital tal-kreditu huwa bbażat fuq it-tieni komponent tar-rata ta’ interessi li jidher fil-kuntratt, jiġifieri fil-marġni fiss tal-bank, b’mod li r-rata ta’ interessi fuq il-kreditu tgħaddi minn waħda varjabbli għal waħda fissa? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5786/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)