|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5752 |
17.10.2024 |
P9_TA(2024)0018
L-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tad-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar (COM(2022)0143 – C9-0128/2022 – 2022/0092(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2024/5752)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0143), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0128/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2022 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim provviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-25 ta' Ottubru 2023 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tal-Parlament, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0099/2023), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 443, 22.11.2022, p. 75.
(2) Din il-pożizzjoni tieħu post l-emendi adottati fil-11 ta' Mejju 2023 (Testi adottati, P9_TA(2023)0201).
P9_TC1-COD(2022)0092
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-17 ta' Jannar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/825.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5752/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)