|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5610 |
30.9.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-5 ta’ Lulju 2024 – SX Ltd vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et
(Kawża C-476/24, SX)
(C/2024/5610)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SX Ltd
Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Comando Generale della Guardia di Finanza, Agenzia del Demanio
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), jipprekludi interpretazzjoni li tgħid li, fil-preżenza ta’ assi jew ta’ riżorsi mogħtija fi trust diskrezzjonali (li l-benefiċjarju tagħha huwa elenkat fl-Anness I tal-imsemmi regolament), l-imsemmija assi u/jew riżorsi għandhom madankollu jitqiesu bħala “li jappartjenu” lill-benefiċjarju tat-trust, minkejja li l-liġi nazzjonali applikabbli għat-trust (jew anki klawżola ta’ salvagwardja kuntrattwali inkluża fl-att ta’ kostituzzjoni tat-trust) tipprojbixxi espressament lill-benefiċjarju milli jwettaq kwalunkwe att ta’ tgawdija u ta’ disponiment tal-assi jew tar-riżorsi mogħtija għat-trust għat-tul tal-perijodu kollu li fih ikun inkluż fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 269/2014, jew fi kwalunkwe każ għall-perijodu kollu li fih it-tgawdija jew id-disponiment tal-imsemmija assi jew riżorsi jikkostitwixxu ksur tad-dritt tal-Unjoni? |
|
2) |
F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 269/2014 jipprekludi interpretazzjoni li tgħid li, fil-preżenza ta’ assi jew ta’ riżorsi mogħtija fi trust diskrezzjonali (li l-benefiċjarju tiegħu huwa elenkat fil-lista li tinsab fl-Anness I tal-imsemmi regolament), l-imsemmija assi u/jew riżorsi għandhom madankollu jitqiesu bħala “kkontrollati” mill-benefiċjarju tat-trust, minkejja li l-liġi nazzjonali applikabbli għat-trust (jew anki klawżola ta’ salvagwardja kuntrattwali inkluża fl-att ta’ kostituzzjoni tat-trust) tipprojbixxi espressament lill-benefiċjarju milli jwettaq kwalunkwe att ta’ tgawdija u ta’ disponiment tal-assi jew tar-riżorsi mogħtija għat-trust għat-tul tal-perijodu kollu li fih ikun inkluż fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 269/2014, jew fi kwalunkwe każ għall-perijodu kollu li fih it-tgawdija jew id-disponiment tal-imsemmija assi jew riżorsi jikkostitwixxu ksur tad-dritt tal-Unjoni? |
(1) ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5610/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)