European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5532

17.9.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Settembru 2024

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024

(C/2024/5532)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2024 ġie adottat definittivament fit-22 ta' Novembru 2023 (2);

fid-9 ta' April 2024, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2024,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 ġiet adottata fit-13 ta' Settembru 2024.

It-test sħiħ huwa disponibbli għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: https://www.consilium.europa.eu/documents-publications/public-register/public-register-search/.

Magħmul fi Brussell, 13 ta' Settembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

BÓKA J.


(1)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(2)   ĠU L 2024/207, 22.2.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5532/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)