|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5460 |
10.9.2024 |
KOMUNIKAZZJONI MILL-MINISTERU UNGERIŻ GĦALL-ENERĠIJA SKONT L-ARTIKOLU 3(2) TAD-DIRETTIVA 94/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAT-30 TA’ MEJJU 1994 DWAR IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-GĦOTI U L-UŻU TA’ AWTORIZZAZZJONIJIET GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TAL-IDROKARBURI
Stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għal konċessjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi b’kuntratt ta’ konċessjoni fiż-żona ta’ Kiskunhalas
(C/2024/5460)
F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Enerġija (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-ministru responsabbli għall-estrazzjoni mill-minjieri, qed toħroġ sejħa pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi b’kuntratt ta’ konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”), l-att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni mill-minjieri (“l-Att dwar l-Estrazzjoni mill-Minjieri”), id-Digriet tal-Gvern Nru 727/2020 tal-31 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli li jirregolaw il-proċeduri ta’ konċessjoni skont l-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet, u d-Digriet tal-Gvern Nru 446/2022 tas-7 ta’ Novembru 2022 dwar it-twettiq tal-kompiti tal-ministru settorjali kompetenti għal ċerti attivitajiet soġġetti għal konċessjoni, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin.
1.
Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni mill-Minjieri u r-regolamenti li jimplimentawhom. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jevalwahom Kumitat tal-Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.Skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni, il-Ministru (1) se – bi qbil bil-quddiem tal-Awtorità Superviżorja Ungeriża għall-Attivitajiet Regolati (“SZTFH”) – joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni f’konformità mat-Taqsima 5(1)-(1a) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent magħżul.
2.
Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.
3.
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija li jkollha l-kapaċità li tieħu azzjoni, u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din il-konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala r-rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt tal-konċessjoni. Skont il-proċedura tal-offerti, l-offerenti mill-pajjiż u minn barra l-pajjiż se jiġu ttrattati ugwalment.Biex iwettaq l-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt tal-konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid juża r-riżorsi tiegħu stess biex fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt tal-konċessjoni, jiftaħ kumpanija li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”); id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot fil-kumpanija meta tinfetaħ u waqt li tkun qed topera, u bħala sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt tal-konċessjoni fuq il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi tal-kuntratt tal-konċessjoni bħala operatur ta’ estrazzjoni mill-minjieri.
4.
Il-konċessjoni se ttul 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt tal-konċessjoni, li tista’ tiġi estiża darba mingħajr sejħa għall-offerti oħra għal massimu ta’ nofs il-perjodu oriġinali tagħha jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu ssodisfaw l-obbligi kollha tagħhom f’konformità mal-kuntratt u fil-ħin.
5.
Data dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:Iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni tikkonċerna t-territorji amministrattivi tal-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt fil-kontea ta’ Bács-Kiskun.
|
Muniċipalità |
Kontea |
Muniċipalità |
Kontea |
|
Balotaszállás |
Bács-Kiskun |
Kiskőrös |
Bács-Kiskun |
|
Bócsa |
Bács-Kiskun |
Kiskunhalas |
Bács-Kiskun |
|
Borota |
Bács-Kiskun |
Kiskunmajsa |
Bács-Kiskun |
|
Császártöltés |
Bács-Kiskun |
Kisszállás |
Bács-Kiskun |
|
Érsekhalma |
Bács-Kiskun |
Kunfehértó |
Bács-Kiskun |
|
Hajós |
Bács-Kiskun |
Mélykút |
Bács-Kiskun |
|
Harkakötöny |
Bács-Kiskun |
Móricgát |
Bács-Kiskun |
|
Imrehegy |
Bács-Kiskun |
Pirtó |
Bács-Kiskun |
|
Jánoshalma |
Bács-Kiskun |
Rém |
Bács-Kiskun |
|
Jászszentlászló |
Bács-Kiskun |
Soltvadkert |
Bács-Kiskun |
|
Kecel |
Bács-Kiskun |
Szank |
Bács-Kiskun |
|
Kéleshalom |
Bács-Kiskun |
Tázlár |
Bács-Kiskun |
Saff tal-materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: il-wiċċ u s-sodda tal-blat: 6 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku
Iż-żoni awtorizzati għall-konċessjoni ma jinkludux iż-żoni mnaddfa biex jagħmlu spazju għal minjiera biex jiġu estratti r-riżorsi minerali tal-idrokarburi.
Il-koordinati tal-ponot tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali (“EOV”), u d-data dwar iż-żoni mnaddfa għas-siti tal-minjieri stabbiliti għar-riżorsi minerali tal-idrokarburi, li mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, jinsabu fil-website tal-Awtorità Superviżorja Ungeriża għall-Attivitajiet Regolati (https://sztfh.hu) u tal-Ministeru għall-Enerġija (https://kormany.hu/energiaugyi-miniszterium) minn “Koncesszió”.
Id-daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 945.9 km2.
6.
It-tariffa netta minima għall-konċessjoni hija HUF 530 000 000 (ħames mija u tletin miljun forint) apparti l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiddaħħal offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent magħżul irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni skont l-ammont, il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt tal-konċessjoni.
7.
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 20 000 000 (għoxrin miljun forint) apparti l-VAT, li trid titħallas bil-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. It-tariffa tal-parteċipazzjoni trid tasal fil-kont stabbilit fid-Dokument tal-Offerta sa nofsillejl (00:00) ta’ lejliet l-iskadenza għat-tressiq tal-offerti.
8.
Apparti li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jħallsu garanzija tal-offerta ta’ HUF 100 000 000 (mitt miljun forint) sa nofsillejl (00:00) ta’ lejliet l-iskadenza għat-tressiq tal-offerti bħala garanzija li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxilu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta trid titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.
9.
L-inqas rata tar-royalty tal-estrazzjoni mill-minjieri li titħallas għall-produzzjoni konvenzjonali tal-idrokarburi skont il-kuntratt tal-konċessjoni se tkun ta’ 20 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru. Fil-proċedura tal-offerti tista’ titressaq offerta li toffri rata ogħla għar-royalty tal-estrazzjoni mill-minjieri mir-rata minima tar-royalty, diment li r-royalty li tirriżulta tiġi rreġistrata fil-kuntratt tal-konċessjoni u titħallas għall-perjodu tal-konċessjoni. Fil-każijiet speċifikati fit-Taqsima 20(3)(e) u (i) u fit-Taqsima 20(5) tal-Att dwar l-Estrazzjoni mill-Minjieri, ir-royalty kuntrattwali tal-estrazzjoni mill-minjieri se tkun ir-rata tar-royalty tal-estrazzjoni mill-minjieri li hemm speċifikata fl-Att dwar l-Estrazzjoni mill-Minjieri li tkun applikabbli fid-data meta titressaq l-offerta.
10.
Il-kundizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn u l-informazzjoni relatata mal-proċedura tal-offerti jinsabu fid-Dokument tal-Offerta.
11.
Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinkiseb mill-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Enerġija (Október huszonharmadika utca 18, 1117 Budapest), it-tielet sular, l-uffiċċju 333, fil-jiem tax-xogħol bejn id-09:00 u t-15:00 sa lejliet l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, diment li tintwera prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Il-Ministeru għall-Enerġija se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, biex ikun jista’ jiġi kkuntattjat u jirċievi komunikazzjoni, l-akkwirent irid iressaq wkoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mill-website tal-Ministeru għall-Enerġija (https://kormany.hu/energiaugyi-miniszterium) minn “Koncesszió”.
12.
Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta hu HUF 200 000 (mitejn elf forint) apparti l-VAT, li jrid jitħallas bi trasferiment bankarju fil-kont qafas tal-użu tal-approprjazzjoni tal-Ministeru għall-Enerġija Nru 10032000-00290713-00000000 (L-IBAN: HU30 1003 2000 0029 0713 0000 0000, il-kodiċi SWIFT: HUSTHUHB, l-istituzzjoni finanzjarja tal-kont: it-Teżor tal-Istat Ungeriż). Il-messaġġ mat-trasferiment irid juri l-kodiċi KISKUBUCHDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u mhuwiex rimborsabbli, la kollu u lanqas parzjalment. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza tas-sejħa għall-offerti.
13.
L-offerti jistgħu jitressqu biss mill-persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni u l-garanzija tal-offerta b’mod verifikabbli. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta.
14.
L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-16 ta’ Jannar 2025 bejn l-10:00 u 12:00 fil-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Enerġija (Október huszonharmadika utca 18, 1117 Budapest), it-tielet sular, l-uffiċċju 333, bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.
15.
L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent mill-mument meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom.
16.
Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jirtira l-istedina għall-offerti mingħajr ġustifikazzjoni fi kwalunkwe mument sal-iskadenza tas-sejħa għall-offerti.
17.
Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti ma rnexxietx mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni fi kwalunkwe mument sakemm il-kuntratt tal-konċessjoni jiġi konkluż wara l-iskadenza għat-tressiq tal-offerti, u li jwaqqaf il-proċedura. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, kontra l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew kontra l-Ministeru għall-Enerġija bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.
18.
Jekk il-Ministru jirtira l-istedina għall-offerti jew jiddikjara li l-proċedura tal-offerti ma rnexxietx, dan jagħti rifużjoni tat-tariffa tal-parteċipazzjoni mħallsa mill-offerent fi żmien 15-il jum mill-waqfien tal-proċedura.
19.
L-offerent magħżul jikseb id-dritt esklużiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għall-perjodu tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni stabbilita b’mod obbligatorju għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-estrazzjoni mill-minjieri ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona tal-prospettar ikun ristrett għaż-żona tas-sit tal-estrazzjoni mill-minjieri.
20.
Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss.
21.
Il-limitu taż-żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza tas-sejħa għall-offerti.
22.
L-Awtorità Kontraenti se tiżgura ambjent ekwu u mhi se tapplika l-ebda kriterju preferenzjali.
23.
Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:|
(I) |
Kriterji tal-valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Ħidma tar-Riċerka soġġett għall-konċessjoni:
|
|
(II) |
Kriterji tal-valutazzjoni relatati mal-kapaċità teknika u finanzjarja tal-offerent:
|
|
(III) |
Kriterji tal-valutazzjoni relatati mal-obbligi tal-pagament impenjati fil-kuntratt tal-konċessjoni:
Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, u kif għandu jsir u jitlesta huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta. |
24.
Il-kuntratt tal-konċessjoniIl-kuntratt tal-konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu taż-żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b’massimu ta’ 60 jum.
L-offerent magħżul hu intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi f’żona delimitata) permessa mill-konċessjoni għall-perjodu tal-konċessjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt tal-konċessjoni.
Meta jressqu l-offerta, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar l-Estrazzjoni mill-Minjieri, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt jew il-permess tal-prospettar ta’ operatur tal-estrazzjoni mill-minjieri ma jistgħux ikopru territorju tal-prospettar li b’kollox jaqbeż l-20 000 km2. Meta jkun qed jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, irid jitqies ukoll it-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-estrazzjoni mill-minjieri li jikkontrolla – skont it-tifsira tal-Att V tal-2013 tal-Kodiċi Ċivili – l-operatur tal-estrazzjoni mill-minjieri li jkun jixtieq jikseb id-dritt għall-prospettar. F’każ ta’ offerti konġunti, kull offerent irid jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali.
L-abbozz tal-kuntratt tal-konċessjoni hu anness mad-Dokument tal-Offerta.
25.
L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż, bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, bil-mod stipulat fid-Dokument tal-Offerta stess. Il-Ministeru għall-Enerġija se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha bl-indirizz tal-email indikat fuq l-Iskeda tal-Identifikazzjoni tal-Offerent imressqa meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta.
Budapest, is-27 ta' Ġunju 2024
Lajos Csaba LANTOS
Ministru
(1) Fir-rigward tal-attivitajiet individwali soġġetti għal konċessjoni, il-Ministru għall-enerġija huwa awtorizzat jaġixxi bħala r-rappreżentant legali tal-Istat Ungeriż bħala konċedent, abbażi tat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet, it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Estrazzjoni mill-Minjieri, it-Taqsima 160(1) tad-Digriet tal-Gvern Nru 182/2022 tal-24 ta’ Mejju 2022 dwar id-dmirijiet u s-setgħat tal-membri tal-Gvern, it-Taqsima 1 u l-Anness 1 tad-Digriet tal-Gvern Nru 446/2022 tas-7 ta’ Novembru 2022 dwar it-twettiq tal-kompiti tal-ministru settorjali kompetenti, it-Taqsima 3(1) tad-Digriet tal-Gvern Nru 727/2020 tal-31 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli li jirregolaw il-proċeduri ta’ konċessjoni skont l-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet, u d-Deċiżjoni Nru 335/2022 tal-President tar-Repubblika tat-30 ta’ Novembru 2022 li taħtar il-Ministru.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5460/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)