|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5296 |
9.9.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ April 2024 – PE, irrappreżentat legalment mill-ġenituri vs Städteregion Aachen
(Kawża C-257/24, Städteregion Aachen)
(C/2024/5296)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: PE, irrappreżentat legalment mill-ġenituri
Konvenut: Städteregion Aachen
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għajnuna għall-integrazzjoni pprovduta fis-Sozialgesetzbuch Neuntes Buch – Rehabilitation und Teilhabe von Menschen mit Behinderungen (Ktieb IX tal-Kodiċi Soċjali – Riabilitazzjoni u parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà, iktar ’il quddiem is-“SGB IX”) fil-forma ta’ benefiċċji ta’ assistenza għall-iskola, tikkostitixxi benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 3 u taqa’ għalhekk fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dan ir-regolament? Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: |
|
2) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tissuġġetta l-benefiċċji ta’ għajnuna għall-integrazzjoni pprovduti fis-SGB IX, fil-forma ta’ benefiċċji ta’ assistenza għall-iskola, għar-residenza abitwali fit-territorju nazzjonali? |
|
3) |
Ikun hemm restrizzjoni inġustifikata tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni skont l-Artikolu 20 u l-Artikolu 21(1) TFUE jekk l-għoti ta’ għajnuna għall-integrazzjoni skont is-SGB IX fil-forma ta’ benefiċċji ta’ assistenza għall-iskola għal ċittadini tal-Unjoni li jkollhom id-domiċilju tagħhom jew ir-residenza abitwali tagħhom fi Stat Membru ieħor (viċin il-fruntiera) jiġi rrifjutat, iżda l-benefiċċju in natura jiġi pprovdut fl-Istat ta’ residenza? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5 Volum 5, p. 72.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5296/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)