European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5215

2.9.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fis-7 ta’ Ġunju 2024 – AirHelp Germany GmbH vs Austrian Airlines AG

(Kawża C-399/24, AirHelp Germany)

(C/2024/5215)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AirHelp Germany GmbH

Konvenut: Austrian Airlines AG

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm “ċirkustanza straordinarja” meta l-ajruplan li kellu jopera t-titjira jkun intlaqat minn sajjetta waqt it-titjira immedjatament preċedenti, li wasslet għal kontroll tas-sigurtà obbligatorju minn persuni tekniċi ċċertifikati, bil-konsegwenza li l-ajruplan ġie rrilaxxat għas-servizz mill-ġdid biss madwar ħames sigħat wara t-tluq skedat?


(1)   ĠU 2004, L 46, p. 1,


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5215/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)