European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5203

2.9.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta' Lulju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Katowice – Zachód w Katowicach – il-Polonja) – Skarb Państwa – Dyrektor Okręgowego Urzędu Miar w K.vs Z. sp.j.

(Kawża C-279/23  (1) , Skarb Państwa (Dewmien ta’ ħlas mhux sinjifikattiv jew ta’dejn żgħir))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġlieda kontra d-dewmien fil-ħlas fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2011/7/UE - Artikolu 6(1) - Somma fissa minima bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru - Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tippermetti li t-talbiet għall-ħlas ta’ din is-somma fissa jiġu miċħuda f’każ ta’ dewmien mhux sinjifikattiv jew ta’dejn żgħir - Obbligu ta’ interpetazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni)

(C/2024/5203)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Katowice - Zachód w Katowicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skarb Państwa - Dyrektor Okręgowego Urzędu Miar w K.

Konvenut: Z. sp.j.

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi prassi tal-qrati nazzjonali li tikkonsisti fiċ-ċaħda tar-rikorsi intiżi għall-kisba tas-somma f’daqqa minima bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru prevista f’din id-dispożizzjoni, għar-raġuni li l-ħlas tardiv tad-debitur huwa negliġibbli jew li s-somma tad-dejn ikkonċernat mid-dewmien fil-ħlas tad-debitur hija żgħira.


(1)   ĠU C 286, 14.8.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5203/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)