Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/5196 |
2.9.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Lulju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Landesverwaltungsgericht Tirol – l-Awstrija) – Umweltverband WWF Österreich, ÖKOBÜRO – Allianz der Umweltbewegung, Naturschutzbund Österreich, Umweltdachverband, Wiener Tierschutzverein vs Amt der Tiroler Landesregierung
(Kawża C-601/22 (1) , WWF Österreich et)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Validità u interpretazzjoni - Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 12(1) - Sistema ta’ protezzjoni stretta tal-ispeċi tal-annimali - Anness IV - Canis lupus (lupu) - Ugwaljanza fit-trattament bejn l-Istati Membri - Artikolu 16(1) - Awtorizzazzjoni nazzjonali għat-teħid ta’ kampjun ta’ annimal selvaġġ tal-ispeċi canis lupus - Evalwazzjoni tal-istat ta’ konservazzjoni tal-popolazzjonijiet tal-ispeċi kkonċernata - Ambitu ġeografiku - Determinazzjoni tad-dannu - Soluzzjoni alternattiva sodisfaċenti)
(C/2024/5196)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Tirol
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Umweltverband WWF Österreich, ÖKOBÜRO – Allianz der Umweltbewegung, Naturschutzbund Österreich, Umweltdachverband, Wiener Tierschutzverein
Konvenut: Amt der Tiroler Landesregierung
Dispożittiv
1) |
L-eżami tal-ewwel domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-13 ta’ Mejju 2013, moqri flimkien mal-Anness IV tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17. |
2) |
L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva “dwar il-habitats” kif emendata bid-Direttiva 2013/17, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni stabbilita fih, li tipprovdi li d-deroga mogħtija skont din id-dispożizzjoni ma għandhiex tippreġudika ż-żamma, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, tal-popolazzjonijiet tal-ispeċi kkonċernati fil-firxa naturali tagħhom, tista’ tiġi evalwata billi jittieħed inkunsiderazzjoni, fid-dawl tad-data disponibbli, il-livell tar-reġjun bijoġeografiku, li jaqbeż il-fruntieri nazzjonali, biss meta jkun ġie kkonstatat minn qabel li din id-deroga ma tippreġudikax iż-żamma ta’ tali stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-livell tat-territorju lokali u nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. |
3) |
L-Artikolu 16(1)(b) tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “ħsara serja”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, ma jkoprix id-danni indiretti futuri li ma humiex imputabbli għall-kampjun tal-ispeċi ta’ annimali li huwa s-suġġett tad-deroga mogħtija skont l-imsemmija dispożizzjoni. |
4) |
L-Artikolu 16(1)(b) tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ “alternattiva sodisfaċenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma obbligati jevalwaw, abbażi tal-aħjar għarfien xjentifiku u tekniku disponibbli, l-alternattivi l-oħra possibbli billi jieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-implikazzjonijiet ekonomiċi tagħhom, mingħajr ma dawn ikunu ta’ natura determinanti, u billi jibbilanċjawhom mal-għan ġenerali ta’ żamma jew ta’ stabbiliment mill-ġdid, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, tal-ispeċi ta’ annimali kkonċernata. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5196/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)