|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5179 |
21.8.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11686 – BAOSTEEL / BAOWU ALUMINUM / KOBELCO / KOBELCO BAO AUTOMOTIVE ALUMINIUM ROLLED PRODUCTS JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5179)
1.
Fid-9 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Baoshan Iron & Steel Co., Ltd. (“Baosteel”), iċ-Ċina, ikkontrollata minn China Baowu Steel Group Co., Ltd. (“Baowu Parent”), iċ-Ċina, |
|
— |
Baowu Aluminum Technology Co., Ltd. (“Baowu Aluminum”), iċ-Ċina, ikkontrollata minn Baowu Parent, iċ-Ċina, |
|
— |
Kobelco (China) Holding Co., Ltd. (“Kobelco”), iċ-Ċina, ikkontrollata minn Kobe Steel, Ltd., il-Ġappun, u, |
|
— |
Impriża konġunta li għadha kif inħolqot Kobelco Baosteel Automotive Aluminium Rolled Products Co., Ltd. (l-“IK”, isem tentattiv biss), iċ-Ċina. |
Baosteel, Baowu Aluminum u Kobelco jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-IK.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
għal Baosteel: il-manifattura, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-azzar, it-teknoloġija tal-informatika, l-industrija tal-karbonju u l-finanzi, |
|
— |
għal Baowu Aluminum: il-produzzjoni, il-bejgħ, ir-riċerka, u l-iżvilupp ta’ prodotti ta’ folji u fojl tal-aluminju b’liga għolja bi prestazzjoni għolja u prodotti oħra ta’ pproċessar fil-fond tal-aluminju u tal-liga tal-aluminju, |
|
— |
għal Kobelco: investiment fiċ-Ċina, forniment ta’ servizzi lill-entitajiet lokali ta’ Kobe Group fiċ-Ċina u operazzjonijiet ta’ xiri, bejgħ, importazzjoni u esportazzjoni. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-Impriża Konġunta se jkunu dawn: l-IK se tkun attiva fiċ-Ċina fil-manifattura u l-bejgħ ta’ folji tal-aluminju rrumblati ċatti awtomobilistiċi, li hija prodott tal-aluminju ta’ preċiżjoni għolja użat għall-manifattura ta’ parts tal-folji (inklużi folji ta’ barra, ta’ ġewwa u ta’ rinforz) għall-karozzeriji.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.11686 – BAOSTEEL / BAOWU ALUMINUM / KOBELCO / KOBELCO BAO AUTOMOTIVE ALUMINIUM ROLLED PRODUCTS JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5179/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)