|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4990 |
7.8.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11609 — KKR / IMPILO / IMMEDICA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4990)
1.
Fit-30 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Poseidon Bidco AB (“Bidco”, l-Iżvezja), ikkontrollata minn KKR & ampCo. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Impilo AB (“Impilo”, l-Iżvezja), |
|
— |
Immedica Pharma Holding AB (“Immedica Pharma AB”, l-Iżvezja). |
KKR u Impilo se jakkwistaw fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Immedica Pharma AB kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
KKR, li għandha l-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti, hija ditta tal-investiment globali li toffri l-ġestjoni tal-assi alternattivi kif ukoll soluzzjonijiet għas-swieq finanzjarji u tal-assikurazzjoni, |
|
— |
Impilo, li għandha l-kwartieri ġenerali fl-Iżvezja, hija kumpanija ta’ investiment Nordika b’enfasi unika fuq investimenti f’kumpaniji li joperaw fl-industriji farmaċewtiċi, teknoloġija medika, servizzi farmaċewtiċi speċjalizzati jew servizzi oħra tal-kura tas-saħħa u servizzi relatati. |
|
— |
Immedica Pharma AB, li għandha l-kwartieri ġenerali fl-Iżvezja, hija kumpanija farmaċewtika ffukata fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta’ mediċini għal mard rari u prodotti għall-kura ta’ speċjalità. Immedica Pharma AB bħalissa hija kkontrollata biss minn Impilo. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11609 — KKR / IMPILO / IMMEDICA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4990/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)