European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4885

1.8.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11510 — ACS / TK / YORIZON)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/4885)

1.   

Fl-24 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

HOCHTIEF GC Beteiligungsgesellschaft mbH (“ HT ”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Actividades Construcción y Servicios, S.A. (“ ACS ”, Spanja),

Thomas-Krenn.AG (“ TK ”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Herr Dr Helmut Vorndran,

Impriża konġunta maħluqa ġdida li tinkludi Thomas-Krenn Project GmbH & Co.KG u Thomas-Krenn Project Management GmbH (flimkien “YORIZON”, il-Ġermanja).

HT u TK se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ YORIZON.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

HT hija kkontrollata mill-Grupp ACS, li jwettaq l-iżvilupp ta’ proġetti u l-istrutturar ta’ proġetti pubbliċi kbar, investimenti ta’ riżorsi proprji u esterni fi proġetti ffinanzjati privatament, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ inġinerija ċivili (b’mod partikolari fir-rigward tal-infrastruttura tat-trasport);

TK: L-installazzjoni u l-bejgħ ta’ kompjuters, ta’ apparat periferiku tal-kompjuter u aċċessorji tal-kompjuter u l-provvista tas-servizzi relatati kollha, sa fejn dawn ma jkunux suġġetti għal awtorizzazzjoni mill-Istat.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża YORIZON se jkunu dawn li ġejjin:

In-negozju ta’ YORIZON se jkun l-operat taċ-ċentri tad-data u l-forniment u d-distribuzzjoni ta’ servizzi tal-cloud relatati lil kumpaniji oħra.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11510 — ACS / TK / YORIZON

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIE


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4885/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)