European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4858

12.8.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2024 – Fest vs Il-Parlament

(Kawża T-305/23)  (1)

(Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament - Privileġġi u immunitajiet - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari - Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni - Kunċett ta’ “rabta mal-funzjonijiet parlamentari” - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

(C/2024/4858)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Nicolaus Fest (Żagreb, il-Kroazja) (rappreżentant: G. Seidel, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u A.-M. Dumbrăvan, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew P9_TA(2023)0061 tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nicolaus Fest għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)   ĠU C 286, 14.8.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4858/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)