Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/4840 |
12.8.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-23 ta’ April 2024 – Meliá Hotels International, S.A. vs Associação Ius Omnibus
(Kawża C-286/24, Meliá Hotels International)
(C/2024/4840)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Meliá Hotels International, S.A.
Konvenut: Associação Ius Omnibus
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (1), huwa applikabbli għal azzjoni intiża li jinkiseb l-aċċess għal provi qabel tittieħed azzjoni għad-danni fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preliminari preċedenti: |
2) |
Ir-rekwiżit ta’ plawżibbiltà tad-dannu li jirriżulta mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/104/UE [...] dejjem jimponi l-obbligu fuq ir-rikorrent li juri li, fis-sitwazzjoni inkwistjoni, huwa iktar probabbli li l-konsumaturi rrappreżentati, f’dan il-każ dawk residenti l-Portugall, ġarrbu dannu milli l-kuntrarju? |
3) |
Il-qrati nazzjonali jistgħu jibbażaw l-osservanza tal-kriterju tal-plawżibbiltà tad-dannu, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/104/UE [...], fuq is-sempliċi eżistenza ta’ deċiżjoni tal-awtoritajiet ta’ kompetizzjoni kompetenti? B’mod partikolari, għall-finijiet ta’ tali analiżi, x’effett għandu l-fatt li d-deċiżjoni inkwistjoni ngħatat fil-kuntest ta’ proċeduri għar-riżoluzzjoni, dwar ksur vertikali minħabba l-għan tad-dritt Ewropew tal-kompetizzjoni? |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4840/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)